Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R2104

    Ir-regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 2104/2002 tat-28 ta' Novembru 2002 li jaddatta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/98 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol fil-Komunità u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1575/2000 li jimplimenta r-Regolamenttal-Kunsill (KE) Nru. 577/98 safejn u sakemm jirrigwarda l-lista tad-divarji ta' l-edukazjoni u tat-taħriġ u l-kodifika tagħhom sabiex jintużaw għat-trasmissjoni ta' l-informazzjoni mis-sena 2003 ’il quddiem

    ĠU L 324, 29.11.2002, p. 14–19 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32019R1700

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/2104/oj

    32002R2104



    Official Journal L 324 , 29/11/2002 P. 0014 - 0019


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2104/2002

    tat-28 ta' Novembru 2002

    li jaddatta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/98 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol fil-Komunità u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1575/2000 li jimplimenta r-Regolamenttal-Kunsill (KE) Nru. 577/98 safejn u sakemm jirrigwarda l-lista tad-divarji ta' l-edukazjoni u tat-taħriġ u l-kodifika tagħhom sabiex jintużaw għat-trasmissjoni ta' l-informazzjoni mis-sena 2003 ’il quddiem

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/2002 tad-9 Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol fil-Komunità [1], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1991/98 [2] tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill, u b'mod partikolari Artikolu 4(3) tiegħu,

    Billi:

    (1) L-evoluzzjoni tal-modi tat-teknika u tal-kunċetti, b'mod partikolari fejn jirrigwardaw id-distinzjoni bejn l-edukazzjoni formali u għamliet oħra ta' attivitajiet ta' tagħlim u l-implimentazzjoni tal-klassifika fl-oqsma ta' l-edukazzjoni u tat-taħriġ, jagħmluha ta' ħtieġa illi tiġi addattata l-lista tad-divarji ta' l-edukazzjoni u tat-taħriġ stabbilita f'Artikolu 4(1)(h) tar-Regolament (KE) Nru 577/98.

    (2) Bħala konsegwenza ta' dan, għandha tiġi addattata wkoll il-kodifika ta' dawn id-divarji stabbilita fl-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1575/2000 tad-19 ta' Lulju 2003 [3]. Il-lista l-ġdida u l-kodifika għandhom ikunu diġà implimentati fis-sena 2003 sabiex jiggarantixxu l-kompatibbiltà intiera mal-modulu ad hoc tas-sena 2003 dwar it-tagħlim tul il-ħajja [4].

    (3) Il-miżuri pprovvduti f'dan ir-Regolament huma bi skond l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatistika stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom [5],

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Artikolu 4(1)(ħ) tar-Regolament (KEE) Nru 577/98 jinbidel hawnhekk b'dan li ġej:

    "(ħ) l-edukazzjoni u t-taħriġ:

    il-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni jew it-taħriġ formali matul l-erba’ ġimgħat ta' qabel

    - il-livell,

    - il-qasam;

    il-parteċipazzjoni f'korsijiet u attivitajiet oħra mgħallma matul l-erba’ ġimgħat ta' qabel

    - it-tul totali

    - l-għan tal-kors jew ta' attività oħra mgħallma l-iktar riċenti

    - il-qasam ta' l-attività mgħallma l-iktar riċenti

    - ipparteċipata fl-attività mgħallma l-iktar riċenti matul is-sigħat tax-xogħol;

    il-livell edukattiv milħuq

    - l-ogħla livell ta' edukazzjoni jew taħriġ ikkompletati b'suċċess

    - il-qasam ta' dan l-ogħla livell ta' edukazzjoni u taħriġ.

    - is-sena meta kien ikkompletat b'suċċess dan l-ogħla livell."

    Artikolu 2

    Il-kodifika tad-divarji ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ li jridu jiġu wżati għat-trasmissjoni ta' l-informazzjoni għas-snin 2003 u iktar ’il quddiem stabbiliti fl-Anness mar-Regolament preżenti tieħu l-post tad-divarji korrispondenti inklużi fl-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1575/2000.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-28 ta' Novembru 2000.

    Għall-Kummissjoni

    Pedro Solbes Mira

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 77, ta' l-14.3.1998, p. 3.

    [2] ĠU L 308, tad-9.11.2002, p. 1.

    [3] ĠU L 181, ta' l-20.7.2000, p. 16.

    [4] ĠU L 192, ta' l-20.7.2002, p. 16.

    [5] ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    1. Id-divarji huma kodifikati fil-manjiera li ġejja:

    Id-Divarju | Il-Kolonna | Il-Kodiċi | | Il-Filtri/kummenti |

    EDUCSTAT | 293 | | L-istudent jew l-apprendist fl-edukazzjoni regolari matul l-aħħar erba’ġimgħat | Kulħadd ta’ l-età ta’ 15-il sena jew fuqhom |

    1 | Kien/et student/a jew apprendist/a |

    2 | Ma kien/kenitx student/a jew apprendist/a |

    9 | Ma japplikax (tifel/tifla ta’ inqas minn 15-il sena) |

    Battal | L-ebda tweġiba |

    EDUCLEVEL | 294 | | Il-livell ta’ din l-edukazzjoni jew dan it-taħriġ | EDUCSTAT = 1 |

    1 | L-ISCED 1 |

    2 | L-ISCED 2 |

    3 | L-ISCED 3 |

    4 | L-ISCED 4 |

    5 | L-ISCED 5 |

    6 | L-ISCED 6 |

    9 | 9 = Ma japplikax (EDUCSTAT = 2, 9, battal) |

    Battal | L-ebda tweġiba |

    EDUCFIELD | 295/297 | | Il-qasam ta’ din l-edukazzjoni jew dan it-taħriġ | EDUCSTAT = 1 u EDUCLEVEL = 3 sa 6 |

    000 | Il-programmi ġenerali |

    100 | It-taħriġ tal-għalliema u l-edukazzjoni fix-xjenzi |

    200 | L-Umanitajiet, il-Lingwi u l-Arti |

    222 | Il-Lingwi barranija |

    300 | Ix-Xjenzi Soċjali, il-Kummerċ u l-Liġi |

    400 | Ix-Xjenza, il-Matematika u l-Informatika |

    420 | Ix-Xjenza tal-Ħajja (inklużi l-Bijoloġija u x-Xjenza Ambjenali) |

    440 | Ix-Xjenzia Fiżiċi (inklużi l-Fiżika, il-Kemsitrija u x-Xjenza tad-Dinja) |

    460 | Il-Matematika u l-Istatistika |

    481 | Ix-Xjenza tal-Kompjuter |

    482 | L-Użu tal-Kompjuter |

    500 | L-Inġinerija, il-Fabbrikazzjoni u l-Kostruzzjoni |

    600 | L-Agrikoltura u x-Xjenza |

    700 | Is-Saħħa u s-Sigurtà |

    800 | Is-Servizzi |

    900 | Mhux magħrufa |

    999 | Ma japplikax (ESUCSTAT = 2, 9, battal jew EDUCLEVEL = (3 sa 6) |

    Battal | L-ebda tweġiba |

    COURATT | 298 | | Attendejt xi korsijiet, seminarji, konferenzi jew irċevejt xi lezzjonijiet privati jew tagħlim’ il barra mis-sistema ta’ l-edukazzjoni regolari (minn issa’ l quddiem imsemmija bħala attivitajiet imgħallma) matul dawn l-aħħar erba’ ġimgħat? | Kulħadd ta’ l-età ta’ 15-il sena jew fuqhom |

    1 | Iva |

    2 | In-Numru |

    9 | Ma japplikax (tifel/tifla ta’ inqas minn 15-il sena) |

    Battal | L-ebda tweġiba |

    COURLEIN | 299/301 | | In-numru ta’ sigħat imgħoddija fl-attivitajiet imgħallma kollha matul l-aħħar erba’ ġimgħat | COURATT = 1 |

    3 cifri | In-Numru ta’ sigħat |

    999 | Ma japplikax (COURATT = 2, 9, battal) |

    Battal | L-ebda tweġiba |

    COURPURP | 302 | | Il-għan ta’ l-attività tat-tagħlim imgħallma l-iktar riċenti | COURATT = 1 |

    1 | Fil-biċċa l-kbira għandu x’jaqsam max-xogħol (professjonali) |

    2 | Fil-biċċa l-kbira personali/soċjali |

    9 | Ma japplikax (COURATT = 2, 9, battal) |

    Battal | L-ebda tweġiba |

    COURFIELD | 303/305 | | Il-qasam ta’ l-attività tat-tagħlim imgħallma l-iktar riċenti | COURATT = 1 |

    000 | Il-programmi ġenerali |

    100 | It-taħriġ tal-għalliema u l-edukazzjoni fix-xjenzi |

    200 | L-Umanitajiet, il-Lingwi u l-Arti |

    222 | Il-Lingwi barranija |

    300 | Ix-Xjenzi Soċjali, il-Kummerċ u l-Liġi |

    400 | Ix-Xjenza, il-Matematika u l-Informatika |

    420 | Ix-Xjenza tal-Ħajja (inklużi l-Bijoloġija u x-Xjenza Ambjenali) |

    440 | Ix-Xjenzi Fiżiċi (inklużi l-Fiżika, il-Kemsitrija u x-Xjenza tad-Dinja) |

    460 | Il-Matematika u l-Istatistika |

    481 | Ix-Xjenza tal-Kompjuter |

    482 | L-Użu tal-Kompjuter |

    500 | L-Inġinerija, il-Fabbrikazzjoni u l-Kostruzzjoni |

    600 | L-Agrikoltura u x-Xjenza |

    700 | Is-Saħħa u s-Sigurtà |

    800 | Is-Servizzi |

    900 | Mhux magħrufa |

    999 | Ma japplikax (COURATT = 2, 9, battal) |

    Battal | L-ebda tweġiba |

    COURWORH | 306 | | L-attività tat-tagħlim imgħallma l-iktar riċenti saret matul is-sigħat tax-xogħol? | COURATT = 1 |

    1 | Matul is-sigħat tax-xogħol bi ħlas biss |

    2 | Fil-biċċa l-kbira matul is-sigħat tax-xogħol bi ħlas |

    3 | Fil-biċċa l-kbira ’il barra mis-sigħat tax-xogħol bi ħlas |

    4 | Il barra mis-sigħat tax-xogħol bi ħlas biss |

    5 | Ma kelli l-ebda xogħol dik il-ħabta |

    9 | Ma japplikax (COURATT = 2, 9, battal) |

    Battal | L-ebda tweġiba |

    HATLEVEL | 307/308 | | L-ogħla livell ta’ edukazzjoni jew taħriġ ikkompletati b’suċċess | Kulħadd ta’ l-età ta’ 15-il sena jew fuqhom |

    00 | L-ebda edukazzjoni formali jew taħt l-ISCED 1 |

    11 | L-ISCED 1 |

    21 | L-ISCED 2 |

    22 | L-ISCED 3ċ (inqas minn tliet snin) |

    31 | L-ISCED 3ċ (tliet snin u fuqhom) |

    32 | L-ISCED 3 a, b |

    30 | L-ISCED 3 (mingħajr distinzjoni possibbli ta’ l-a, il-b, jew iċ-ċ, 3 snin+) |

    41 | L-ISCED 4 a, b |

    42 | L-ISCED 4ċ |

    43 | L-ISCED 4 (mingħajr distinzjoni possibbli ta’ l-a, il-b, jew iċ-ċ) |

    51 | L-ISCED 5b |

    52 | L-ISCED 5a |

    60 | L-ISCED 6 |

    99 | Ma japplikax (tifel/tifla ta’ inqas minn 15-il sena) |

    Battal | L-ebda tweġiba |

    HATFIELD | 309/311 | | Il-qasam ta’ l-ogħla livell ta’ edukazzjoni jew taħriġ ikkompletati b’suċċess | HATFIELD = 22 sa 60 |

    000 | Il-programmi ġenerali |

    100 | It-taħriġ tal-għalliema u l-edukazzjoni fix-xjenzi |

    200 | L-Umanitajiet, il-Lingwi u l-Arti |

    222 | Il-Lingwi barranija |

    300 | Ix-Xjenzi Soċjali, il-Kummerċ u l-Liġi |

    400 | Ix-Xjenza, il-Matematika u l-komputazzjoni (l-ebda distinzjoni possibbli) |

    420 | Ix-Xjenza tal-Ħajja (inklużi l-Bijoloġija u x-Xjenza Ambjenali) |

    440 | Ix-Xjenzi Fiżiċi (inklużi l-Fiżika, il-Kemsitrija u x-Xjenza tad-Dinja) |

    460 | Il-Matematika u l-Istatistika |

    481 | Ix-Xjenza tal-Kompjuter |

    482 | L-Użu tal-Kompjuter |

    500 | L-Inġinerija, il-Fabbrikazzjoni u l-Kostruzzjoni |

    600 | L-Agrikoltura u x-Xjenza |

    700 | Is-Saħħa u s-Sigurtà |

    800 | Is-Servizzi |

    900 | Mhux magħrufa |

    999 | Ma japplikax (HATFIELD = 00,11, 21, 99,Battal) |

    Battal | L-ebda tweġiba |

    HATYEAR | 312/315 | | Is-sena meta l-ogħla livell ta’ edukazzjoni jew taħriġ kienu kkompletati b’suċċess | Kulħadd ta’ l-età ta’ 15-il sena jew fuqhom u HATFIELD =11 sa 60 |

    | Jiddaħħlu l-erba’ ċifri għas-sena meta kien ikkompletat b’suċċess l-ogħla livell ta’ edukazzjoni jew taħriġ |

    9999 | Ma japplikax (tifel/tifla ta’ inqas minn 15-il sena jew HATFIELD = 00) |

    Battal | L-ebda tweġiba |

    2. Id-divarji li gejjin mhumiex obbligatorji:

    EDUCFIELD, COURFIELD, COURPURP, COURWORH.

    3. Id-divarji li ġejjin mhumiex obbligatorji għas-sena 2003:

    EDUCSTAT, EDUCLEVEL, COURATT, COURLEN.

    --------------------------------------------------

    Top