This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002R2103
Commission Regulation (EC) No 2103/2002 of 28 November 2002 approving operations to check conformity to the marketing standards applicable to fresh fruit and vegetables carried out in South Africa prior to import into the European Community
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 21032002 tat-28 ta’ Novembru 2002 li japprova operazzjonijiet biex tiġi vverifikata l-konformità ma’ l-istandards tal-marketing li japplikaw għall-frott u ħaxix frisk imwettqa fl-Afrika t’ Isfel qabel l-importazzjoni fil-Komunità Ewropea
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 21032002 tat-28 ta’ Novembru 2002 li japprova operazzjonijiet biex tiġi vverifikata l-konformità ma’ l-istandards tal-marketing li japplikaw għall-frott u ħaxix frisk imwettqa fl-Afrika t’ Isfel qabel l-importazzjoni fil-Komunità Ewropea
ĠU L 324, 29.11.2002, p. 11–13
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007; Imħassar b' 32007R1580
Official Journal L 324 , 29/11/2002 P. 0011 - 0013
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 21032002 tat-28 ta’ Novembru 2002 li japprova operazzjonijiet biex tiġi vverifikata l-konformità ma’ l-istandards tal-marketing li japplikaw għall-frott u ħaxix frisk imwettqa fl-Afrika t’ Isfel qabel l-importazzjoni fil-Komunità Ewropea IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottobru 1996 dwar l-organizzazjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħaxix [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 545/2002 [2], u partikolarment l-Artikolu 10 tiegħu, Billi: (1) l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1148/2001 tat-12 ta’ Ġunju 2001 dwar il-verifiki fuq konformità ma’ l-istandards tal-marketing kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru [3] kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2590/2001 [4], jistipula l-ħtiġijiet għall-approvazzjoni tal-verifiki tal-konformità mwettqa qabel l-importazzjoni lejn il-Komunità minn pajjiżi terzi li jitolbu hekk. (2) Fil-11 ta’ Marzu 2002 l-awtoritajiet ta’ l-Afrika t’Isfel bagħtu talba lill-Kummissjoni għall approvazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ verifika mwettqa mill-Bord tal-Kontroll ta’ l-Esportazzjoni tal-Prodotti li Jitħassru (BKEPJ) taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru ghall-agrikoltura. Din tgħid illi l-istabbiliment in kwistjoni għandu l-impjegati, it-tagħmir u l-faċilitajiet meħtieġa biex iwettaq verifiki, li juża metodi ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001 u li l-frott u l-ħaxix frisk esportat mill-Afrika t’ Isfel lejn il-Komunità jridu jissodisfaw standards ekwivalenti għall-istandards tal-marketng tal-Komunità (3) L-informazzjoni mibgħuta mill-Istati Memnri u fil-pussess tal-Kummisjoni turi illi, bejn l-1997 u l-2002, importazzjonijiet ta’ frott u ħaxix frisk mill-Afrika t’ Isfel ippreżentaw inċidenza relativament baxxa ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ l-istandards dwar il-kummerċ. (4) Rappreżentanti tas-servizzi ta’ ispezzjoni ta’ l-Afrika ta’ Isfel huma parteċipanti regolari fi sforzi internazzjonali biex jiġu miftehma standards tal-marketing għall-frott u l-ħaxix fil-Kumitat ta’ Ħidma dwar l-Istandardizzazjoni tal-Prodotti li Jitħassru u l-Iżvilupp tal-Kwalità tal-Kumitat Ekonomiku għall-Ewropa tal-Ġnus Magħquda (UNECE). L-Afrika t’ Isfel qed tieħu wkoll sehem fl-iskema għall-Applikazzjoni ta’ Standards Internazzjonali dwar il-Frott u l-Ħaxix taħt l-Organizzazjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD). Fl-aħħar, għal numru ta’snin, is-servizzi ta’ ispezzjoni ta’ l-Afrika t’ Isfel ħadu sehem f’ diversi konferenzi u attivitajiet ta’ taħriġ organizzati minn diversi Stati Membri. (5) Il-verifiki dwar konformità mwettqa mill-Afrika t’ Isfel għandhom għalhekk jiġu approvati b’ effett mid-data li fiha l-kooperazzjoni amministrativa msemmija fl-Artikolu 7(8) tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001 tiġi stabbilita. (6) Il-miżuri provduti f’ dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni dwar il-Frott u Ħaxix Frisk. ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-verifiki dwar konformità ma’ l-istandards tal-marketing fil-frott u l-ħaxix frisk imwettqa mill-Afrika t’ Isfel qabel l-importazzjoni fil-Komunità għandhom jiġu approvati skond it-termini stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001. Artikolu 2 Dettalji dwar l-entitajiet uffiċjali korrispondenti u ta’ l-ispezzjoni fl-Afrika t’ Isfel imsemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001 huma mogħtija f’L-Anness I ta’ dan ir-Regolament Artikolu 3 Iċ-ċertifikati msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(3) tar-Regolament KE) Nru 1148/2001, maħruġa wara l-verifiki msemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, għandhom isiru fuq formoli konformi mal-mudell mogħti f’L-Anness II ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika mid-data tal-pubblikazzjoni fis-serje Ċ tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej ta’ l-avviż imsemmi fl-Artikolu 7(8) tar-Regolament KE) Nru 1148/2001 dwar l-istabbiliment ta’ kooperazzjoni amministrativa bejn il-Komunità Ewropea u l-Afrika t’ Isfel. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2002. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1. [2] ĠU L 84, tat-28.3.2002, p. 1 [3] ĠU L 156, tat-13.6.2001, p. 9. [4] ĠU L 345, tad-29.12.2001, p. 20. -------------------------------------------------- L-ANNESS I Korrispondent uffiċjali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 7(2) tar-Regolament KE) Nru 1148/2001: Dipartiment Nazzjonali ta’ l-Agrikoltura DPHQ Private Bag X258 Pretoria 0001 L-Afrika t’ Isfel Tel.: (27-12) 3196502 Fax (27-12) 3265606 Posta Elettronika: smph@nda.agric.za Korp ta’ Spezzjoni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 7(2) tar-Regolament KE) Nru 1148/2001: PPCEB (Bord tal-Kontroll ta’ l-Esport ta’ Prodotti li Jitħassru) Kaxxa Postali 15289 7500 Panorama, Parow L-Afrika t’ Isfel Tel.: (27-21) 9301134 Fax (27-21) 9306046 Posta Elettronika: ho@ppecb.com -------------------------------------------------- L-ANNESS II +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------