This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002R2014
Commission Regulation (EC) No 2014/2002 of 7 November 2002 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2014/2002 tas-7 ta' Novembru 2002 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2014/2002 tas-7 ta' Novembru 2002 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
ĠU L 311, 14.11.2002, pp. 11–12
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 311 , 14/11/2002 P. 0011 - 0012
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2014/2002 tas-7 ta' Novembru 2002 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 2002 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistikali u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 969/2000 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu, Billi: (1) Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness li jinsab ma' dan ir-Regolament. (2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli wkoll japplikaw għal xi nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi subdiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bil-ħsieb ta' l-applikazzjoni tat-tariffa u miżuri oħra li jirrelataw ma' kummerċ ta' l-oġġetti. (3) Skond dawk ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mniżżla fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu kklassifikati skond il-kodiċi NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet imniżżla fil-kolonna 3. (4) Huwa xieraq li informazzjoni tat-tariffa vinkolanti maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda u li mhumiex konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, jistgħu jkomplu jintalbu mid-detentur, taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [4], għal perjodu ta' tliet xhur. (5) Il-miżuri li li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mniżżla fl-Anness huma kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikati fil-kolonna 2 ta' dik it-tabella. Artikolu 2 L-informazzjoni tat-tariffa vinkolanti maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri li mhix skond id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament tista' tkompli tintalab taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' Novembru 2002. Għall-Kummissjoni Frederik Bolkestein Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [2] ĠU L 149, tas-7.6.2002, p. 20. [3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. [4] ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 17. -------------------------------------------------- L-ANNESS Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Kodiċi NM | Raġunijiet | (1) | (2) | (3) | Espoxide resin f'forma ta' pilloli ċilindriċi, li t-tul tagħhom ma jaqbiżx id-dijametru, komposti minn trab ikkompressat Dawn il-plastiks jintużaw għall-enkapsulazzjoni ta' semi-kondutturi u ċ-ċirkwiti integrati elettroniċi | 39269099 | Il-klassifikazzjoni hij stabbilità bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u bil-kliem tal-kodiċi NM 3926, 392690 u 39269099 Il-materjal tal-plastik ippreżentat f'forma ta' pillola ċilindrika mhux ikkunsidrat li huwa forma primarja ta' l-intestaturi 3901 sa 3914, kif deskritt fin-nota 6 tal-Kapitolu 39 | --------------------------------------------------