Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R1997

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1997/2002 tat-8 ta’ Novembru 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 296/96 dwar id-data magħrufa li jridu jiġu trasmessi mill-Istati Membri u r-reġistrazzjoni tan-nefqa ta’ kull xahar iffinanzjata mis-Sezzjoni ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija (FAEGG)

ĠU L 308, 9.11.2002, p. 9–9 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/10/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R0883

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/1997/oj

32002R1997



Official Journal L 308 , 09/11/2002 P. 0009 - 0009


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1997/2002

tat-8 ta’ Novembru 2002

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 296/96 dwar id-data magħrufa li jridu jiġu trasmessi mill-Istati Membri u r-reġistrazzjoni tan-nefqa ta’ kull xahar iffinanzjata mis-Sezzjoni ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija (FAEGG)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbillixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-iffinanzjar tal-politika komuni ta’ l-agrikoltura [1], u b’mod partikolari l-Artikoli 5(3) u 7(5) tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament ta’ Finanzjament applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [2] jipprovdi illi l-budget għandu jkun imfassal u implimentat f’euros u l-akkonti kollha għandhom ikunu ippreżentati f’euros.

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 296/96 [3], hekk kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1934/2001 [4], għandu jkun emendat sabiex jiġi skond dan il-provvediment il-ġdid.

(3) Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-Artikolu 4(1a) tar-Regolament (KE) Nru 296/96 huwa għaldaqstant imħassar.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2003.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-8 ta’ Novembru 2002.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 103.

[2] ĠU L 248, tas-16.9.2002, p. 1.

[3] ĠU L 39, tas-17.2.1996, p. 5.

[4] ĠU L 262, tat-2.10.2001, p. 8.

--------------------------------------------------

Top