Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R1900

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1900/2002 ta' l-24 ta' Ottubru 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1249/96 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazji fuq l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92

    ĠU L 287, 25.10.2002, p. 15–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/07/2010; Impliċitament imħassar minn 32010R0642

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/1900/oj

    32002R1900



    Official Journal L 287 , 25/10/2002 P. 0015 - 0015


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1900/2002

    ta' l-24 ta' Ottubru 2002

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1249/96 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazji fuq l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92, tat-30 ta' Ġunju 1992, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1666/2000 [2], u partikolarment l-Artikolu 10(4) miġjub fih,

    Billi:

    (1) Bi qbil ma’ l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 597/2002 [4], il-Kummissjoni tuża’ l-kwotazzjonijiet għal US Barley Nru 2 dwar l-Iskambju ta' Qamħ ta' Minneapolis biex tistabbilixxi l-prezz rappreżentattiv ta' importazzjoni p.a.t. għax-xgħir. Jekk dawn il-kwotazzjonijiet mhumiex rappreżentattivi, kwotazzjonijiet frank abbord (fob) disponibbli fl-Istati Uniti ta' l-Amerika huma wżati minflok. Fix-xhur tas-sajf, il-Kummissjoni normalment tuża l-kwotazzjonijiet frank abbord (fob) għax-xgħir f'Duluth (Great Lakes). Fix-xitwa, madankollu, u minħabba li l-Great Lakes jiffriżaw, kwotazzjonijiet frank abbord (fob) huma normalment użati (Il-Golf jew Portland).

    (2) It-tieni nota f'qiegħ il-paġna ta' l-anness II mar-Regolament (KE) Nru 1249/96 tistipula li jrid jitqies ammont li jikkorrespondi għall-ispejjeż tal-vjaġġ, mill-post tal-kowtazzjoni sal-Golf tal-Messiku. Bħala riżultat ta' l-użu tal-kwotazzjoni tal-frank abbord (fob) f'Portland, xi tagħwiġ ikun seħħ fil-kalkolu tal-prezz rappreżentattiv p.a.t. ta' importazzjoni għax-xgħir. Minħabba li l-erji li jipproduċu x-xgħir huma lokati fl-Istati Ċentrali tan-Nord ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika, id-distanzi li jridu jiġu koperti u, bħala konsegwenza, il-prezzijiet tal-vjaġġ mill-erji ta' produzzjoni sal-portijiet ta' l-esportazzjoni huma kollha simili. Il-ħtieġa li jitqiesu l-prezzijiet tal-vjaġġ bejn il-port magħżul tal-kwotazzjoni frank abbord (fob) u l-Golf tal-Messiku għandha għalhekk titneħħa.

    (3) Kosegwentement, r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 irid jiġi emendat.

    (4) Il-Kumitat tat-Ġestjoni taċ-Ċereali ma tax opinjioni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    It-tieni nota f'qiegħ il-paġna ta' l-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 1249/96 tiġi mibdula b'dan li ġej:

    "Fejn l-ebda kwotazzjoni ma hija disponibbli li tista’ tintuża biex tikalkula prezz cif rappreżentattiv ta' importazzjoni, il-kwotazzjonijiet frank abbord (fob) disponibbli pubblikament fl-Istati Uniti ta' l-Amerika jistgħu jintużaw."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fl-24 ta' Ottubru 2002.

    Fl-isem il-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 181, ta' l-1.7.1992, p. 21.

    [2] ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 1.

    [3] ĠU L 161, tad-29.6.1996, p. 125.

    [4] ĠU L 91, ta' l-6.4.2002, p. 9.

    --------------------------------------------------

    Top