Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R1824

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1824/2002 tat-8 ta' Ottubru 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2505/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti awtonomi Komunitarji tat-tariffa għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

    ĠU L 277, 15.10.2002, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2003; Impliċitament imħassar minn 32004R0226

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/1824/oj

    32002R1824



    Official Journal L 277 , 15/10/2002 P. 0001 - 0002


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1824/2002

    tat-8 ta' Ottubru 2002

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2505/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti awtonomi Komunitarji tat-tariffa għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Billi:

    (1) Il-Kunsill fetaħ, bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 2505/96 [1], kwoti Komunitarji tat-tariffa għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali. Ħtieġa tal-Komunità għall-prodotti msemmija għandha tintlaħaq taħt il-kondizzjonijiet l-aktar favorevoli. Kwoti Komunitarji tat-tariffa għandhom għalhekk jinfetħu fi skali ta' dazju żero għal volumi xierqa mill-1 ta' Lulju 2002, waqt li jiġi evitat xi tfixkil għal dawn il-prodotti.

    (2) Ir-Regolament (KE) Nru 2505/96 għandu għalhekk jiġi emendat,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-kwoti tat-tariffa mniżżla f'lista fl-Anness ma' dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu ma' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2505/96.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2002.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fit-8 ta' Ottubru 2002.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    T. Pedersen

    [1] ĠU L 345, tal-31.12.1996, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1578/2002 (ĠU L 236, ta' l-4.9.2002, p. 3).

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Nru fl-Ordni | Kodiċi NM | Kodiċi tat– TARIC | Deskrizzjoni | Ammont ta' kwota | Dazju tal-kwota (%) | Perjodu tal-kwota |

    09.2610 | ex29252000 | 20 | (Chloromethylene) dimethyl-ammonium chloride | 25 tunnellata mettrika | 0 | 1.7.2002 sal- 31.12.2002 |

    09.2976 | ex84079010 | 10 | Magni tal-petrol four-stroke ta' ċilindru ta' kapaċità mhux aktar minn 250 cc, għall-użu fil-fabbrikazzjoni ta' magni li jqarwsu li ħaxix (lawnmowers) tas-sottointestatura 843311 | 650000 unitajiet | 0 | ta' l- 1.7.2002 sat- 30.6.2003 |

    --------------------------------------------------

    Top