This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002R1580
Commission Regulation (EC) No 1580/2002 of 4 September 2002 amending for the second time Council Regulation (EC) No 881/2002 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities associated with Usama bin Laden, the Al-Qaida network and the Taliban, and repealing Council Regulation (EC) No 467/2001
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2002 ta’ l-4 ta’ Settembru 2002 li jemenda għat-tieni darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 u jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti lejn ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-networks ta’ l-Al Qaida u t-Talibani, u jirrevoka Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2002 ta’ l-4 ta’ Settembru 2002 li jemenda għat-tieni darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 u jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti lejn ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-networks ta’ l-Al Qaida u t-Talibani, u jirrevoka Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001
ĠU L 237, 5.9.2002, pp. 3–5
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 237 , 05/09/2002 P. 0003 - 0005
Ir-Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 1580/2002 ta’ l-4 ta’ Settembru 2002 li jemenda għat-tieni darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 u jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti lejn ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-networks ta’ l-Al Qaida u t-Talibani, u jirrevoka Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti lejn ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-networks ta’ l-Al Qaida u t-Talibani, u jirrevoka Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jiprojbixxu l-esportazzjoni ta’ ċertu merkanzija u servizzi lejn l-Afghanistan, isaħħu l-projbizzjoni tat-titjir u jestendu t-twaqqif tal-fondi u riżorsi finanzjarji oħra fir-rigward tat-Talibani ta’ l-Afganistan [1], kif emendati l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 951/2002 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1), l-ewwel inċiż, tiegħu, Billi: (1) L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li fuqhom huwa mpost it-twaqqif tal-fondi u riżorsi ekonomiċi skond ir-Regolament. (2) Fit-8 ta’ Lulju, is-26 ta’ Awissu u t-3 ta’ Settembru 2002, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet iddeċieda li jemenda l-elenku tal-persuni, l-gruppi u l-entitajiet fir-rigward ta’ min japplika t-twaqqif tal-fondi u riżorsi ekonomiċi, u għalhekk, l-Anness I għandu jkun emendat. (3) Ummah Tameer E-Nau ġie elenkat bħala persuna naturali f’regolament (KE) No 881/2002. Madankollu, d-deċiżjoni tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-24 ta’ Diċembru li fuqha huwa bbażat dan id-dħul fl-elenku, u l-elenku konsolidat mil-Kumitat tas-Sanzjonijiet juru illi Ummah Tameer E-Nau hija persuna, grupp jew entità naturali. Peress illi r-Regolament (KE) Nru 881/2002 jagħti lwok biex jimplimenta deskrizzjonijiet ta’ l-UN biss, huwa neċessarju u xieraq illi Ummah Tameer E-Nau jitniżżel fit-taqsima relevanti ta’ l-elenku. (4) Biex ikun assigurat illi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet elenkati fl-Anness għandhom ikunu miżjuda ma’ l-elenku fl--Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002. 2. Il-persuni, l-gruppi u l-entitajiet li ġejjin għandhom jiġu mneħħija mill-elenku f’L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002: "Ali, Abdi Abdulaziz, Drabantvägen 21, 177 50 Spånga, l-Isvezja, data tat-twelid l-1 ta’ Jannar 1955."; "Aden, Adirisak, Skäftingebacken 8, 163 67 Spånga, l-Isvezja, data tat-twelid l-1 ta’ Ġunju 1968."; "Hussein, Liban, 925, Washington Street, Dorchester, Massachussets, United States of America; 2019, Bank Street, Ontario, Ottawa, Kanada."; "Jama, Garad (magħruf anki bħala Nor, Garad K.) (magħruf anki bħala Wasrsame, Fartune Ahmed, 2100, Bloomington Avenue, Minneapolis, Minnesota, United States of America; 1806, Riverside Avenue, 2nd Floor, Minneapolis, Minnesota; data tat-twelid is-26 ta’ Ġunju 1974.";J "Aaran Money Wire Service, Inc., 1806, Riverside Avenue, Second Floor, Minneapolis, Minnesota, United States of America."; "Barakat Enterprise, 1762, Huy Road, Columbus, Ohio, United States of America."; "Global Service International, 1929, 5th Street, Suite 204, Minneapolis, Minnesota, United States of America." 3. Fl-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-isem "Ummah Tameer E-Nau (UTN), Street 13, Wazir Akbar Khan, Kabul Afghanistan, il-Pakistan" għandu jkun trasferit mill-elenku ta’ persuni naturali għall-elenku ta’ persuni, gruppi u entitajiet ġuridiċi. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Kommunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fl-4 ta’ Settembru 2002. Għall-Kummissjoni Christopher Patten Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 139, tad-29.5.2002, p. 9. [2] ĠU L 145, ta’ l-4.6.2002, p. 14. -------------------------------------------------- ANNESS Il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għandhom ikunu miżjuda ma' l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 Persuni Naturali 1. Adel Ben Soltane, Via Latisana no. 6, Milan, l-Italja, data tat-twelid: l-14 ta' Lulju 1970; post tat-twelid: Tunis, Tunisia; Kodiċi Fiskali Taljan: BNSDLA70L14Z352B 2. Nabil Benattia, data tat-twelid: l-11 ta' Mejju 1966; post tat-twelid: Tunis, Tunisia 3. Yassine Chekkouri, data tat-twelid: s-6 ta' Ottubru 1966; post tat-twelid: Safi, il-Marokk 4. Riadh Jelassi, data tat-twelid: l-15 ta' Diċembru 1970; post tat-twelid: Tunisia 5. Mehdi Kammoun, Via Masina no. 7, Milan, l-Italja; data tat-twelid: t-3 ta'April 1968; post tat-twelid: Tunis, Tunisia; Kodiċi Fiskali Taljan: KMMMHD68D03Z352N 6. Samir Kishk, data tat-twelid: l-14 ta' Mejju 1955; post tat-twelid: Gharbia, l-Eġittu 7. Tarek Ben Habib Maaroufi, data tat-twelid: t-23 ta' Novembru 1965; post tat-twelid: Ghardimaou, Tunisia 8. Abdelhalim Remadna, data tat-twelid: t-2 ta' April 1966; post tat-twelid: Bistra, Algeria 9. Mansour Thaer, data tat-twelid: l-21 ta' Marzu 1974; post tat-twelid: Baghdad, l-Iraq 10. Lazhar Ben Mohammed Tlili, Via Carlo Porta no. 97, Legnano, l-Italja; dat tat-twelid: s-26 ta' Marzu 1969; post tat-twelid: Tunis, Tunisia; Kodiċi Fiskali Taljan: TLLLHR69C26Z352G 11. Habib Waddani, Via unica Borighero no. 1, San Donato M.se (MI), l-Italja; data tat-twelid: l-10 ta' Ġunju 1970; post tat-twelid: Tunis, Tunisia; Kodiċi Fiskali Taljan: WDDHBB70H10Z352O Persuni, gruppi u entitajiet ġuridiċi 12. AKIDA BANK PRIVATE LIMITED (formalment magħruf bħala AKIDA ISLAMIC BANK INTERNATIONAL LIMITED); (formalment magħruf bħala IKSIR INTERNATIONAL BANK LIMITED); c/o Arthur D. Hanna & Company; 10 Deveaux Street, Nassau, Bahamas; Kaxxa Postali N-4877, Nassau, l-Bahamas. 13. AKIDA INVESTMENT CO. LTD., (magħruf anki bħala AKIDA INVESTMENT COMPANY LIMITED); (formalment magħruf bħala AKIDA BANK PRIVATE LIMITED); c/o Arthur D. Hanna & Company; 10 Deveaux Street, Nassau, Bahamas; Kaxxa Postali N-4877, Nassau, il-Bahamas. 14. BA TAQWA FOR COMMERCE AND REAL ESTATE kumpanniji LIMITED, Vaduz, Liechtenstein; (formerly c/o Asat Trust reg.). 15. GULF CENTER S.R.L., Corso Sempione 69, 20149 Milan, l-Italja; KodiċI Fiskali: 07341170152; Nru tal-V.A.T.: IT 07341170152. 16. MIGA-MALAYSIAN SWISS, GULF AND AFRICAN CHAMBER, (formalment magħruf bħala GULF OFFICE ASSOC. PER LO SVILUPPO COMM. IND. E TURIS. FRA GLI STATI ARABI DEL GOLFO E LA SVIZZERA); Via Maggio 21, 6900 Lugano TI, l-Isvizzera. 17. NADA INTERNATIONAL ANSTALT, Vaduz, Liechtenstein; (formalment c/o Asat Trust reg.). 18. NASCO BUSINESS RESIDENCE CENTER SAS DI NASREDDIN AHMED IDRIS EC, Corso Sempione 69, 20149 Milan, l-Italja; Kodiċ Fiskali: 01406430155; Nru tal-V.A.T.: IT 01406430155. 19. NASCO NASREDDIN HOLDING A.S., Zemin Kat, 219 Demirhane Caddesi, Zeytinburnu, Istanbul, t-Turkija. 20. NASCOSERVICE S.R.L., Corso Sempione 69, 20149 Milan, l-Italja; Kodiċi Fiskali: 08557650150; Nru tal-V.A.T.: IT 08557650150. 21. NASCOTEX S.A., (magħruf anki bħala INDUSTRIE GENERALE DE FILATURE ET TISSAGE); (magħruf anki bħala INDUSTRIE GENERALE DE TEXTILE); KM 7 Route de Rabat, BP 285, Tangiers, il-Marokk; KM 7 Route de Rabat, Tangiers, il-Marokk. 22. NASREDDIN COMPANY NASCO SAS DI AHMED IDRIS NASREDDIN EC, Corso Sempione 69, 20149 Milan, l-Italja; Kodiċi Fiskali: 03464040157; Nru tal-V.A.T.: IT 03464040157. 23. NASREDDIN FOUNDATION, (magħruf anki bħala NASREDDIN STIFTUNG); c/o Rechta Treuhand-Anstalt, Vaduz, Liechtenstein. 24. NASREDDIN GROUP INTERNATIONAL HOLDINGS LIMITED, (magħruf anki bħala NASREDDIN GROUP INTERNATIONAL HOLDING LIMITED); c/o Arthur D. Hanna & Company; 10 Deveaux Street, Nassau, l-Bahamas; Kaxxa Postali N-4877, Nassau, l-Bahamas. 25. NASREDDIN INTERNATIONAL GROUP LIMITED HOLDING, (magħruf anki bħala NASREDDIN INTERNATIONAL GROUP LTD. HOLDING); c/o Rechta Treuhand-Anstalt, Vaduz, Liechtenstein; Corso Sempione 69, 20149, Milan, l-Italja. --------------------------------------------------