Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R1298

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1298/2002 tas-17 ta’ Lulju 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1503/96 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3072/95 dwar dazji ta’ importazzjoni fuq ir-ross

    ĠU L 189, 18.7.2002, p. 8–8 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2004

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/1298/oj

    32002R1298



    Official Journal L 189 , 18/07/2002 P. 0008 - 0008


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1298/2002

    tas-17 ta’ Lulju 2002

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1503/96 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3072/95 dwar dazji ta’ importazzjoni fuq ir-ross

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3072/95 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fir-ross [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 411/2002 [2] u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

    Billi:

    (1) Bis-saħħa ta’ l-Artikolu 4a(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1503/96 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2831/98 [4], ċertifikat ta’ awtentiċità għandu jakkumpanja l-applikazzjoni għall-liċenza ta’ l-importazzjoni għar-ross Basmati. Ċertifikat bħal dak għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti li għandha l-għarfien mill-Kummissjoni. L-Anness III li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1503/96 jipprovdi għall-lista tal-korpi kompetenti li għandhom l-għarfien mill-Kummissjoni. L-awtoritajiet tal-Pakistan infurmaw lill-Kummissjoni li l-korp kompetenti għall-ħruġ taċ-ċertifikati ta’ awtentiċità għar-ross Basmati Pakistani għandu jibidel mill-1 ta’ Awissu 2002. L-Anness III li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1503/96 għandu għalhekk jiġi hekk emendat.

    (2) Sabiex ikunu permessi l-importazzjonijiet ta’ ross Basmati Pakistani akkumpanjati b’ċertifikat ta’ awtentiċità maħruġ sa mill-1 ta’ Awissu 2002 mill-korp kompetenti ġdid Pakistani, dan ir-Regolament għandu jkun japplika minn dik id-data.

    (3) Il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv taċ-Ċereali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    Fl-Anness III li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1503/96 l-indent "– Rice Export Corporation of Pakistan Ltd, Karachi" huwa mibdul bi "– Trading Corporation of Pakistan (Pvt) Ltd".

    L-Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu jkun jgħodd mill-1 ta’ Awissu 2002.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-17 ta’ Lulju 2002.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 329, tat-30.12.1995, p. 18.

    [2] ĠU L 62, tal-5.3.2002, p. 27.

    [3] ĠU L 189, tat-30.7.1996, p. 71.

    [4] ĠU L 351, tad-29.12.1998, p. 25.

    --------------------------------------------------

    Top