Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R1232

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1232/2002 tad-9 ta' Lulju 2002 li jibdel l-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3677/90 li jistabilixxi miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jiskoraġġixxu d-diverżjoni ta' ċerti sustanzi lejn il-manifattura illegali ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi u jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3769/92

ĠU L 180, 10.7.2002, pp. 5–8 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

⏵Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/08/2005; Impliċitament imħassar minn 32005R0111

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/1232/oj

32002R1232



Official Journal L 180 , 10/07/2002 P. 0005 - 0008


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1232/2002

tad-9 ta' Lulju 2002

li jibdel l-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3677/90 li jistabilixxi miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jiskoraġġixxu d-diverżjoni ta' ċerti sustanzi lejn il-manifattura illegali ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi u jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3769/92

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3677/90 tat-13 ta' Diċembru 1990 li jistabilixxi miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jiskoraġġixxu d-diverżjoni ta' ċerti sustanzi lejn il-manifattura illegali ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi [1], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 988/2002 [2], u partikolarment l-Artikolu 9a tiegħu,

Wara li kkunnsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3769/92 tal-21 ta' Diċembru 1992 li jimplimenta u jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3677/90 li jistabbilixxi l-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jiskoraġġixxu d-diverżjoni ta' ċerti sustanzi għall-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1251/2001 [4],

Billi:

(1) Huwa meħtieġ li jingħata effett għad-deċiżjoni meħudha mill-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drogi Narkotiċi f'Marzu 2001 biex iżżid l-anadridu aċetiku u l-permangenat tal-putassa mat-Tabella I ta' l-Anness tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1988.

(2) Huwa meħtieġ li jkun emendat l-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 3677/90 biex ikun konformi ma "din id-Deċiżjoni. L-emenda tista" ssir mill-Kummissjoni permezz ta' l-Artikolu 9a(e) tar-Regolament.

(3) Ir-Regolament (KEE) Nru 3769/92 għandu jkun emendat biex jittieħed kont tal-bidliet fir-Regolament (KEE) Nru 3677/90 li jisseparaw id-dispożizzjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni ta' l-esportazzjoni minn dawk tan-notifika ta' qabel l-esportazzjoni għal sustanzi skedati kif elenkati fil-Kategorija 1 ta' l-Anness.

(4) Il-miżuri li hemm provediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat referut fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 3677/90,

ADOTTAT DAN ID-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 3677/90 huwa mibdul b'L-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KEE) Nru 3769/92 huwa emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 2 hu mibdul bit-test li ġej:

"L-Artikolu 2

Ħtiġiet speċifiċi ta' l-esportazzjoni għal sustanzi skedati elenakti fil-Kategorija 2

Permezz ta' l-Artikolu 5(2) tar-Regolament bażiku, l-esportazzjoni tas-sustanzi skedati elenkati fil-Kategorija 2 huma suġġetti mutatis mutandis għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 4 u 4a tar-Regolament bażiku kull meta dawn ikunu intiżi għal operatur stabbilit f'pajjiż li huwa elenkat fil-lista u pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, is-serje Ċ. Dawn il-listi għandhom ikunu regolarment aġġornati mill-Kummissjoni Ewropea.";

2. L-Artikolu 3 hu mibdul bit-test li ġej:

"L-Artikolu 3

Ħtiġiet speċifiċi ta' l-esportazzjoni għal sustanzi skedati elenakti fil-Kategorija 3

Mingħajr preġudizju għal ħtiġiet aktar speċifiċi li għandhom ikunu determinati fuq il-bażi ta' ftehim mall-pajjiżi konċernati, l-esportazzjoni ta' sustanzi skedati fil-Kategorija 3 huma suġġetti, permezz ta' l-Artikolu 5a(2) tar-Regolament bażiku, għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4 u 4a tar-Regolament bażiku kull meta jkunu intiżi għal operatur stabbilit f'pajjiż li huwa inkluż fil-lista pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, is-serje Ċ, u awtorizzazzjoni miftuħa individwali ma tistax tkun mogħtija permezz tal-paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu. Dawn il-listi għandhom ikunu regolarment aġġornati mill-Kummissjoni Ewropea.";

3. L-Anness I huwa mibdul b'L-Anness 2 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-9 ta' Lulju 2002.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 357, ta' l-20.12.1990, p. 1.

[2] ĠU L 151, tal-11.6.2002, p. 1.

[3] ĠU L 383, tad-29.12.1992, p. 17.

[4] ĠU L 173, tas-27.6.2001, p. 26.

--------------------------------------------------

L-ANNESS 1

"

L-ANNESS

KATEGORIJA 1

L-imluħa tas-sustanzi elenkati f'din il-Kategorija kull meta l-eżistenza ta' dawn l-imluħa tkun possibbli.

Sustanza | Denominazzjoni NM (jekk differenti) | Kodiċi NM |

1-Phenyl-2 propanone | Phenylacetone | 29143100 |

Aċidu aċetilantraniliku | Aċidu 2-aċetamidbenżojku | 29242300 |

Isosafrole (cis + trans) | | 29329100 |

3,4-Methylenedioxyphenylpropan-2-one | 1-(1,3-Benzodioxole-5-yl)propane-2-one | 29329200 |

Piperonal | | 29329300 |

Safrole | | 29329400 |

Efedrin | | 29394100 |

Psewdoefedrin | | 29394200 |

Norefedrin | | ex29394900 |

Ergometrin | | 29396100 |

Ergotamin | | 29396200 |

Aċidu liserġiku | | 29396300 |

KATEGORIJA 2

L-imluħa tas-sustanzi elenkati f'din il-Kategorija kull meta l-eżistenza ta' dawn l-imluħa tkun possibbli.

Sustanza | Denominazzjoni NM (jekk differenti) | Kodiċi NM |

Permangenat tal-potassa | | 28416100 |

Aċidu anidridu | | 29152400 |

Aċidu fenilaktiku | | 29163400 |

Aċidu antraniliku | | 29224300 |

Piperidin | | 29333200 |

KATEGORIJA 3

Sustanza | Denominazzjoni NM (jekk differenti) | Kodiċi NM |

Aċidu idrokloriku | Klorid tal-idroġenu | 28061000 |

Aċidu sulfuriku | | 28070010 |

Toluene | | 29023000 |

Eteru ta' l-etil | Eteru dijetiliku | 29091100 |

Aċeton | | 29141100 |

Methylethylketone (MEK) | Butanon | 29141200 |

"

--------------------------------------------------

L-ANNESS 2

"

L-ANNESS I

Sustanza | Kwantità |

Aċeton | 50 kg |

Eteru ta' l-etil | 20 kg |

Methylethylketone | 50 kg |

Toluene | 50 kg |

Aċidu sulfuriku | 100 kg |

Aċidu idrokloriku | 100 kg |

"

--------------------------------------------------

Top