Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R0951

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2002 tat-3 ta’ Ġunju 2002 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001

    ĠU L 145, 4.6.2002, p. 14–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/951/oj

    32002R0951



    Official Journal L 145 , 04/06/2002 P. 0014 - 0015


    Ir-Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 951/2002

    tat-3 ta’ Ġunju 2002

    li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban ta’ Afganistan [1], u b’ mod partikolari l-Artikolu 7(1),

    Billi:

    (1) L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jagħti s-setgħa lill-Kummssjoni sabiex temenda jew tissupplimenta l-Anness I ta’ dak ir-Regolament fuq il-bażi ta’ determinazzjonijiet mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit mir-Resoluzzjoni 1267(1999) tal-Kunsill ta’ Sigurtà.

    (2) L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, gruppi u entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament.

    (3) Fil-15 ta’ Marzu u l-24 ta’ April 2002, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet iddeċieda li jemenda u jissuplimenta l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi u, għalhekk, l-Anness I għandu jiġi emendat kif xieraq.

    (4) Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri provduti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. Il-persuni, gruppi u entitajiet mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu miżjuda mal-lista fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002.

    2. Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, id-daħla "Al Rashid Trust" għandha tiġi mibdula b’li ġej:

    "Al Rashid Trust (sive Al Rasheed Trust, Al-Rasheed Trust, Al-Rashid Trust, L-Organizzazzjoni ta’ Għajnuna ta’ l-Ulema):

    - Kitas Ghar, Nazimabad 4, Dahgel-Iftah, Karachi, Pakistan,

    - Jamia Maajid, Sulalman Park, Melgium Pura, Lahore, Pakistan,

    - Kitab Ghar, Darul Ifta Wal Irshad, Nazimabad No 4, Karachi, Pakistan, tel. 668 33 01; tel. 0300-820 91 99; Fax 662 38 14,

    - Jamia Masjid, Sulaiman Park, Begum Pura, Lahore, Pakistan; tel. 042-681 20 81,

    - 302b-40, Good Earth Court, Opposite Pia Planitarium, Block 13a, Gulshan -I Iqbal, Karachi; tel. 497 92 63,

    - 617 Clifton Center, Block 5, 6th Floor, Clifton, Karachi; tel. 587-25 45,

    - 605 Landmark Plaza, 11 Chundrigar Road, Opposite Jang Building, Karachi, Pakistan; tel. 262 38 18-19,

    - Office Dha’rbi M’unin, biswit Khyber Bank, Triq Abbottabad, Mansehra, il-Pakistan,

    - Office Dhar’bi M’unin ZR Brothers, Katcherry Road, Chowk Yadgaar, Peshawar, Pakistan,

    - Office Dha’rbi-M’unin, Room No. 3 Moti Plaza, Near Liaquat Bagh, Muree Road, Rawalpindi, Pakistan,

    - Office Dha’rbi-M’unin, Top floor,, Main Baxae, Mingora, Swat, Pakistan,

    - Operazzjonijiet fl-Afganistan: Herat, Jalalabad, Kabul, Kandahar, Mazar Sherif,

    - Operazzjonijiet ukoll fil-Kosovo, iċ-Ċeċnija."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tieghu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, fit-3 ta’ Ġunju 2002.

    Għall-Kummissjoni

    Christopher Patten

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 139, tad-29.5.2002, p. 9.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Persuni, gruppi u entitajiet li għandhom jiżdiedu ma' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002

    1. AL-FAWAZ, Khalid (sive AL-FAUWAZ, Khaled; AL-FAUWAZ, Khaled A.; AL-FAWWAZ, Khalid; AL FAWWAZ, Khalik; AL-FAWWAZ, Khaled; AL FAWWAZ, Khaled); data tat-twelid: 25 ta' Awissu 1962; 55 Hawarden Hill, Brooke Road, Londra NW2 7BR, United Kingdom.

    2. Fondazzjoni Islamika AL-HARAMAIN, Bosnija u Ħerżegovina.

    3. Fondazzjoni Islamika AL-HARAMAIN, Somalja.

    4. AL-MASRI, Abu Hamza (sive AL-MISRI, Abu Hamza); data tat-twelid: 15 ta' April 1958; 9 Triq Alboume, Shepherds Bush, London W12 OLW, United Kingdom; 8 Adie Road, Hammersmith, London W6 OPW, United Kingdom.

    5. AOUADI, Mohamed Ben Belgacem (sive. AOUADI, Mohamed Ben Belkacem); data tat-twelid 12 ta' Novembru 1974; post tat-twelid Tunesija; indirizz: Via A. Masina No 7, Milan, Italy; Kodiċi Fiskali Taljana: DAOMMD74T11Z352Z.

    6. BEN HENI, Lased; data tat-twelid 5 ta' Frar 1969; post tat-twelid Libja.

    7. BOUCHOUCHA, Mokhtar (sive. BUSHUSHA, Mokhtar); data tat-twelid 13 ta' Ottubru 1969; post tat-twelid Tunesija; indirizz: Via Milano No 38, Spinadesco (CR), Italy; Kodiċi Fiskali Taljana: BCHMHT69R13Z352T.

    8. CHARAABI, Tarek (sive. SHARAABI, Tarek); data tat-twelid 31 ta' Marzu 1970; post tat-twelid Tunesija; indirizz: Viale Bligny No 42, Milan, Italy; Kodiċi Fiskali Taljana: CHRTRK70C31Z352U.

    9. ES SAYED, Abdelkader Mahmoud (sive. ES SAYED, Kader); data tat-twelid 26 ta' Diċembru 1962; post tat-twelid l-Eġittu; indirizz: Via del Fosso di Centocelle No 66, Rome, Italy; Kodiċi Fiskali Taljana: SSYBLK62T26Z336L.

    10. ESSID, Sami Ben Khemais; data tat-twelid 10 ta' Frar 1968; post tat-twelid Tunesija; indirizz: Via Dubini No 3, Gallarate (VA), Italy; Kodiċi Fiskali Taljana: SSDSBN68B10Z352F.

    11. NASREDDIN, Ahmed Idris (sive. NASREDDIN, Ahmad I.; sive. NASREDDIN, Hadj Ahmed; sive. NASREDDINE, Ahmed Idriss); Corso Sempione 69, 20149 Milan, Italy; 1 via delle Scuole, 6900 Lugano, Switzerland; Piazzale Biancamano, Milan, Italy; Rue De Cap Spartel, Tangiers, Morocco; data tat-twelid: 22 ta' Novembru 1929; post tat-twelid: Adi Ugri, Ethiopia; Kodiċi Fiskali Taljana: NSRDRS29S22Z315Y.

    --------------------------------------------------

    Top