Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R0787

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 787/2002 tat-13 ta’ Mejju 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 174/1999, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 rigward liċenzi għall-esportazzjoni u rifużjonijiet fuq esportazzjoni fil-każ tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, rigward esportazzjoni għall-Isvizzera

    ĠU L 127, 14.5.2002, p. 6–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R1282

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/787/oj

    32002R0787



    Official Journal L 127 , 14/05/2002 P. 0006 - 0006


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 787/2002

    tat-13 ta’ Mejju 2002

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 174/1999, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 rigward liċenzi għall-esportazzjoni u rifużjonijiet fuq esportazzjoni fil-każ tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, rigward esportazzjoni għall-Isvizzera

    IL-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 509/2000 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 26(3) u l-Artikolu 31(14) tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 174/1999 [3], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 156/2002 [4], jippreskrivi li rigward il-ġobnijiet imsemmija fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament, esportati lejn l-Isvizzera, liċenza ta’ esportazzjoni għandha tiġi ppreżentata li tafferma li l-prodotti relatati oriġinaw fil-Komunità u tispeċifika jekk rifużjoni fuq esportazzjoni tħallsitx jew le. Wara t-tneħħija ta’ rifużjonijiet dwar esportazzjoni fuq il-ġobnijiet kollha tal-Komunità esportati lejn l-Isvizzera li hemm previst dwarha fil-Ftehim Bilaterali bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fuq kummerċ fil-prodotti agrikoli (minn hawn ’il quddiem magħruf bħala "l-Ftehim"), iffirmat fil-Lussemburgu fil-21 ta’ Ġunju 1999, u approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2002 [5], u fl-interess tas-semplifikazzjoni tal-formalitajiet doganali, l-esportazzjoni ta’ ġobnijiet lejn l-Isvizzera għandha titħalla fuq bażi ta’ dikjarazzjoni sempliċi ta’ esportazzjoni flimkien mal-prova ta’ oriġini, skond il-Protokoll Nru 3, dwar it-tifsira tal-kunċett ‘ta’ prodotti li joriġinaw’ u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattivi, għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera tat-22 ta’ Lulju 1972, kif emendat l-aħħar bidDeċiżjoni Nru 1/2001 tal-Kumitat Konġunt KE-Svizzera ta’ l-24 ta’ Jannar 2001 [6], approvat bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2840/72 tad-19 ta’ Diċembru 1972 [7]. Dik id-disposizzjoni għandha għalhekk tkun emendata u l-Anness III għandu jitħalla barra.

    (2) Il-miżuri li għalihom hemm previst f’dan ir-Regolament huma skond il-fehma tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 174/1999 huwa emendat kif ġej:

    1. L-Artikolu 19 huwa mibdul b’dan li ġej:

    "L-Artikolu 19

    Sabiex tikkwalifika għal tnaqqis fil-, jew eżenzjoni mid-dazji doganali fuq l-importazzjoni lejn l-Isvizzera tal-ġobnijiet elenkati fl-Appendiċi 2 ta’ l-Anness III tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fil-kummerċ ta’ prodotti agrikoli, tkun meħtieġa dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni akkompanjata bi prova ta’ oriġini maħruġa skond il-Protokoll Nru. 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera tat-22 ta’ Lulju 1972."

    2. L-Anness III huwa mħassar.

    L-Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2002.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-13 ta’ Mejju 2002.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48.

    [2] ĠU L 79, tat-22.3.2002, p. 15.

    [3] ĠU L 20, tas-27.1.1999, p. 8.

    [4] ĠU L 25, tad-29.1.2002, p. 24.

    [5] Għad mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

    [6] ĠU L 51, tal-21.2.2001, p. 40.

    [7] ĠU L 300, tal-31.12.1972, p. 188.

    --------------------------------------------------

    Top