This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002R0786
Commission Regulation (EC) No 786/2002 of 13 May 2002 amending Council Regulation (EC) No 747/2001 as regards Community tariff quotas and reference quantities for certain agricultural products originating in Jordan
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 786/2002 tat-13 ta' Mejju 2002 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 rigward il-kwoti tat-tariffi u l-kwantitajiet tar-riferenzi tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fil-Ġordan
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 786/2002 tat-13 ta' Mejju 2002 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 rigward il-kwoti tat-tariffi u l-kwantitajiet tar-riferenzi tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fil-Ġordan
ĠU L 127, 14.5.2002, pp. 3–5
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 127 , 14/05/2002 P. 0003 - 0005
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 786/2002 tat-13 ta' Mejju 2002 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 rigward il-kwoti tat-tariffi u l-kwantitajiet tar-riferenzi tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fil-Ġordan IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 tad-9 ta' April 2001 li jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi u l-kwantitajiet tar-riferenza tal-Komunità għall-prodotti eliġibbli għall-preferenzi bis-saħħa tal-ftehim ma’ ċerti pajjiżi Mediterranji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1981/94 u (KE) Nru 934/95 [1], u partikolarment l-Artikolu 5 tiegħu, Billi: (1) Fil-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Renju Hashemite tal-Ġordan, min-naħa l-oħra [2], minn issa ’l quddiem riferut bħala "il-Ftehim", il-konċessjonijiet tat-tariffi ġewwa il-qafas tal-kwoti tat-tariffi tal-Komunità ngħataw ma' l-importazzjoni lejn il-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fil-Ġordan. (2) Għal ċerti ħjar u bettieħ li għalihom il-konċessjonijiet tat-tariffi skond il-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim tal-Ko-operazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju Hashemite tal-Ġordan approvati mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/512/KEE [3] japplikaw taħt kwantità tar-riferenza, il-Ftehim jipprovdi għal eżenzjoni mid-dazji doganali għal volumi mhux limitati ma’ l-importazzjoni fil-Komunità. (3) Għall-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet tat-tariffi pprovduti fil-Ftehim hemm bżonn li tinbidel il-lista tal-prodotti agrikoli li għalihom huma applikabbli l-kwoti tat-tariffi u li jitħassru l-kwantitajiet tar-riferenza għal ċerti ħjar u bettieħ. (4) Skond il-Ftehim il-volumi tal-kwoti tat-tariffi għal xi prodotti għandhom jiżdiedu mid-dħul fis-seħħ ta' dak il-Ftehim b’erba’ ammonti ndaqs fis-sena, kull wieħed jikkorrispondi għal 3 % tal-volumi bażi speċifikati fil-Ftehim. (5) Ir-Regolament (KE) Nru 747/2001 għandu għalhekk ikun b'hekk emendat. (6) Il-miżuri li hemm provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 747/2001 huwa mibdul bit-test ippreżentat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Jibda jgħodd b'effett mill-1 ta' Mejju 2002. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, it-13 ta' Mejju 2002. Għall-Kummissjoni Frederik Bolkestein Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 109, 19.4.2001, p. 2. [2] Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali. [3] ĠU L 297, 21.10.1987, p. 18. -------------------------------------------------- ANNESS L-ANNESS V IL-ĠORDAN Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandhom jitqiesu li m'għandhomx aktar minn valur indikattiv, l-iskema preferenzjali għandha tkun stabbilita, fil-kuntest ta' dan l-Anness, bil-kopertura tal-kodiċi tan-NM kif jeżistu fil-mument ta' l-adozzjoni tar-regolament kurrenti. Meta ex kodiċi tan-NM huma indikati, l-iskema preferenzjali għandha tkun stabbilita bl-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni li tikkorrispondi meħuda flimkien. Kwoti tat-tariffi Nru ta' l-Ordni | Kodiċi tan-NM | Suddiviżjoni tat-TARIC | Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Perijodu ta' kwota | Volum ta' kwota (tunnellati metriċI) | Dazju tal-kwota | 09.1151 | 060240 | Ward, mlaqqma jew le | Mill-1.1 sa 31.12 | 100 | Eżenzjoni | 09.1152 | 060310 | | Fjuri maqtugħin friski u rimja tal-fjuri ta' tip tajjeb għall-bukketti jew għal skopijiet ta' ornamenti | Mill-1.1 sa 31.12 | 100 | Eżenzjoni | 09.1153 | ex07019050 | | Patata ġdida, friska jew imkessħa | Mill-1.1 sa 31.3 | 1000 | Eżenzjoni | 09.1154 | 07051100 | | Ħass ikkabuċċat (ħass tar-ras) frisk jew imkessaħ | Mill-1.11 sa 31.3 | 200 | Eżenzjoni | 09.1155 | 07092000 | | Spraġ, frisk jew imkessaħ | Mill-1.10 sa 31.3 | 100 | Eżenzjoni | 09.1156 | ex08052050 | 07 | Mandolin, frisk | Mill-1.1 sa 31.12 | 1000 | Eżenzjoni | 09.1157 | ex08055010 | 10 | Lumi (Citrus limon, Citrus limonum), frisk | Mill-1.1 sa 31.12 | 1000 | Eżenzjoni | 09.1158 | 08101000 | | Frawli, frisk | Mill-1.1 sa 31.3 | 100 | Eżenzjoni | 09.1159 | ex2001 | | Ħxejjex, frott, lewż u partijiet oħra li jittieklu tal-pjanti, ippreparati jew ippriservati fil-ħall jew aċidu aċetiku, barra l-prodotti riferuti fis-subintestaturi 20019030, 20019040, 20019050 u 20019060 | Mill-1.1 sa 31.12 | 1000 | Eżenzjoni | ex2004 | | Hxejjex oħra ppreparati jew ippriservati b'mod ieħor minbarra fil-ħall jew aċidu aċetiku, iffriżati, barra l-prodotti ta' l-intestatura 2006 u barra l-prodotti riferuti fis-subintestaturi 20041091 u 20049010 | ex2005 | | Hxejjex oħra ppreparati jew ippriservati b'mod ieħor minbarra fil-ħall jew aċidu aċetiku, mhux iffriżati, barra l-prodotti ta' l-intestatura 2006 u barra l-prodotti riferuti fis-subintestaturi 20052010, 20056000 u 20058000 | 09.1161 | 2007 | | Ġamm, jellies tl-frott, marmalades, puree tal-frott jew tal-lewż jew krema tal-lewż, miksub mit-tisjir, kemm jekk fihom zokkor miżjud jew materja oħra ta' ħlewwa jew le | Mill-1.1 sa 31.12 | 1000 | Eżenzjoni | ex2008 | | Frott, lewż u partijiet oħra li jittieklu tal-pjanti, ippreparati jew ippriservati mod ieħor, kemm jekk fihom zokkor miżjud jew materja oħra ta' ħlewwa jew spirtu jew le, mhux speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor, barra l-prodotti riferuti fl-intestaturi 20081110, 200840, 200870, 20089100, 20089985 u 20089991 | ex2009 | | Meraq tal-frott (inkluż għeneb magħsur) u meraq tal-ħxejjex, mhux fermentat u ma fihx spirtu miżjud, kemm jekk fih zokkor miżjud jew materja ta' ħlewwa oħra jew le, barra l-prodotti riferuti fl-intestaturi 200911, 20091200, 200919, 20092100, 200929, 200931 u 200939 | 09.1162 | 20029031200290392002909120029099 | | Tadam ippreparat jew ippriservat b'mod ieħor minbarra fil-ħall jew f'aċidu aċetiku, barra sħiħ jew f'biċċiet, b'kontenut ta' materja niexfa ta' mhux anqas minn 12 % bħala toqol | Mill-1.1 sa 31.12 | 4000 ta' kontenut ta' materja niexfa ta' 28 sa 30 % bħala toqol | Eżenzjoni | --------------------------------------------------