This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002R0780
Commission Regulation (EC) No 780/2002 of 8 May 2002 amending Regulation (EC) No 3063/93 laying down detailed rules for the application of Council Regulation (EEC) No 2019/93 with regard to the aid scheme for the production of honey of specific quality
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 780/2002 tat-8 ta’ Mejju 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3063/93 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2019/93 fir-rigward ta’ l-iskema ta’ għajnuna għall-produzzjoni ta’ għasel ta’ kwalità speċifika
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 780/2002 tat-8 ta’ Mejju 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3063/93 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2019/93 fir-rigward ta’ l-iskema ta’ għajnuna għall-produzzjoni ta’ għasel ta’ kwalità speċifika
ĠU L 123, 9.5.2002, pp. 32–33
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R1914
Official Journal L 123 , 09/05/2002 P. 0032 - 0033
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 780/2002 tat-8 ta’ Mejju 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3063/93 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2019/93 fir-rigward ta’ l-iskema ta’ għajnuna għall-produzzjoni ta’ għasel ta’ kwalità speċifika IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2019/93 tad-19 ta’ Lulju 1993 li introduċa miżuri speċifiċi għall-gżejjer iż-żgħar ta’ l-Eġew li jikkonċernaw ċerti prodotti agrikoli [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 442/2002 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu, Billi: (1) Ir-Regolament (KEE) Nru 2019/93 jintroduċi skema għall- gżejjer iż-żgħar ta’ l-Eġew ta’ għajnuna għal doqqajs għall-produzzjoni ta’ għasel ta’ kwalità speċifika. L-Artikolu 12 ta’ dak ir-Regolament, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 442/2002, issa jirreferi għall- "għaqdiet ta’ min irabbi n-naħal", għalhekk it-terminoloġija użata fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3063/93 [3] trid tiġi emendata. (2) Sabiex ir-Regolament (KE) Nru 3063/93 jiġi aġġornat, id-derogi għall-1993 li jirrigwardaw id-dati għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna u ħlasijiet, u fuq in-notifikazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar informazzjoni ta’ kemm għajnuna ġiet imħallsa, u tal-perċentwali ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna li ġew iċċekkjati fuq il-post, għandhom jiġu mħassra. (3) Ir-Regolament (KE) Nru 3063/93 għandu għalhekk jiġi emendat. (4) Il-miżuri li hemm maħsuba f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għal-Laħam tat-Tjur u l-Bajd, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: L-Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru. 3063/93 huwa emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej: "L-Artikolu 1 Għandha tiġi mogħtija għajnuna għall-gżejjer iż-żgħar ta’ l-Eġew lill-għaqdiet ta’ min irabbi n-naħal li huma aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti għall-produzzjoni ta’ għasel ta’ kwalità speċifika li jkun fih proporzjon kbir ta’ għasel tas-sagħtar; dawn l-għaqdiet iridu jwettqu programmi kull sena ta’ inizjattivi biex itejjbu l-kondizzjonijiet li bihom jikkummerċjalizzaw u jirreklamaw l-għasel ta’ kwalità." 2. L-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 2(2) tinbidel b’dan li ġej: "Il-programmi għandhom jiġu ppreżentati għall-approvazzjoni lill-awtorità Griega mill-għaqdiet ta’ dawk li jrabbu n-naħal." 3. L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej: (a) it-tieni subparagrafu ta’ paragrafu 1 jiġi mħassar; (b) l-ewwel inċiż ta’ paragrafu 2 jiġi mibdul b’dan li ġej: "— l-isem u l-indirizz ta’ l-għaqda ta’ dawk li jrabbu n-naħal, jew l-isem, kunjom u indirizz tal-persuna li trabbi n-naħal,". 4. It-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 4 jiġi mħassar. 5. L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej: (a) fl-ewwel paragrafu, l-ewwel u t-tieni inċiżi jiġu midbula b’dan li ġej: "— in-numru ta’ l-għaqdiet ta’ min irabbi n-naħal u n-numru ta’ persuni li jrabbu n-naħal individwalment li bagħtu applikazzjoni għall-għajnuna, — in-numru ta’ doqqajs li għalihom tkun intbagħtet applikazzjoni għall-għajnuna kemm minn għaqdiet ta’ min irabbi n-naħal kif ukoll minn persuni li jrabbu n-naħal individwalment, fejn l-għajnuna tkun ġiet mogħtija,"; (b) it-tieni paragrafu jiġi mħassar. 6. It-tieni sentenza fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 6(2), tiġi mħassra. 7. L-Artikolu 8 jiġi mħassar. L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-8 ta’ Mejju 2002. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 184, tas-27.7.1993, p. 1. [2] ĠU L 68, tat-12.3.2002, p. 4. [3] ĠU L 274, tas-6.11.1993, p. 5. --------------------------------------------------