Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R0748

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 748/2002 tad-29 ta’ April 2002 Dwar is-sospenzjoni u l-ftuħ ta’ kwoti ta’ tariffi applikabli għal importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti prodotti agrikoli proċessati li joriġinaw fl-Ungerija u li temenda Regolament (KE) Nru 1477/2000

ĠU L 115, 1.5.2002, pp. 15–19 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/01/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/748/oj

32002R0748



Official Journal L 115 , 01/05/2002 P. 0015 - 0019


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 748/2002

tad-29 ta’ April 2002

Dwar is-sospenzjoni u l-ftuħ ta’ kwoti ta’ tariffi applikabli għal importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti prodotti agrikoli proċessati li joriġinaw fl-Ungerija u li temenda Regolament (KE) Nru 1477/2000

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsudrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jispeċifika l-arranġamenti kummerċjali applikabli għal ċerti beni li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 [2], u partikolarment l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1997/67/KE tat-22 ta’ Ottubru 1998 li għandha x’taqsam mal-konklużjonijiet ta’ Protokoll għal adattament ta’ l-aspetti kummerċjali tat-Trattat Ewropew bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika Ungeriża fuq in-naħa l-oħra, sabiex jieħdu akkont ta’ l-Adezzjoni tar-Repubblika ta’ l-Awstria, r-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja fl-Unjoni Ewropea w ir-riżultati tan-negozjati agrikoli tas-seduta tal-Urugwaj, titjib fis-sistema preferenzjali eżistenti [3], u partikolarment l-Artikolu 2 tiegħu,

Billi:

(1) Protokol 3 tat-Trattat Ewropew li stabbilixxa assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika ta’ l-Ungerija fuq in-naħa l-oħra, approvat b’deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 93/742/Euratom, KEFA, KE [4], jispeċifika l-arranġamenti kummerjali għal prodotti agrikoli proċessati li huma elenkati hawn ta]t.

(2) Protokol 3 tat-Trattat Ewropew kien emendat, fejn għandu x’jaqsam il-volum ta’ kwoti ta’ tariffi w s-sistema biex ikunu kalkulati l-komponenti agrikoli u dazji addizzjonali, bid-Deċiżjoni Nru 2/2002 tal-Kunsill ta’ l-Assoċjazzjoni KE-Ungerija tas-16 ta’ April 2002 dwar titjib fl-arranġamenti kummerċjali għal prodotti agrikoli proċessati skond kif ipprovdut fil-Protokol 3 tat-Trattat Ewropew [5]. Dawn l-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2002.

(3) Bħala riżultat, huwa xieraq li tkun sospiża l-applikazzjoni ta’ tariffi ta’ kwota, miftuħa għas-sena 2002 għal importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta’ prodotti li joriġinaw fl-Ungerija bir-Regolament tal-Kummissjoni(KE) Nru 2542/2001 [6], u sabiex jinfetħu l-kwoti ġodda annwali ppreżentati fl-Anness I tal-Protokol 3. Għas-sena 2002, il-kwoti l-ġodda għandhom ikunu miftuħa mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru. Fl-istess ħin, għandu jkun speċifikat li l-importazzjoni diġa rċevuta mill-Ungerija li għalihom il-kwoti ta’ tariffi elenkati fir-Regolament (KE) Nru 2542/2001 ġew applikati għandhom ikunu meqjusa bħala parti mill-kwoti tat-tariffi l-ġodda. Id-dazji applikati lil din l-importazzjoni għandhom ikunu mħallsa lura, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 878 sa 898 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2913/92 li stabbilixxa l-Kodiċi ta’ Dazji tal-Komunità [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 444/2002 [8].

(4) Il-kwoti ta’ tariffi miftuħa għal-Ungerija għandhom ikunu mħaddma skond ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

(5) Il-kontenut imnaqqas agrikolu u dazji addizzjonali applikabli mill-1 ta’ Lulju 2000 għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ l-oġġetti koperti bir-Regolament (KE) Nru 3448/93, stabbilit fil-qafas tat-Trattat Ewropew ma l-Ungerija bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1477/2000 [9], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 176/2002 [10], għandu jkun imħassar.

(6) Ir-Regolament (KE) Nru 14772000 għandu jkun emendat kif meħtieġ.

(7) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma skond l-oppinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestroji għal kwestjonijiet orizzontali li jikkonċernaw il-kummerċ fi prodotti agrikoli pproċessati mhux elenkati fl-Anness I,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. L-applikazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi miftuħa bl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2542/2001 hija sospiża sa l-1 ta’ Jannar 2002.

2. Il-kwoti ta’ tariffi Komunitarji għal prodotti li joriġinaw fl-Ungerija, elenkati fl-Annessi I u II, għandhom ikunu miftuħa annwalment mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru.

Għas-sena 2002, għandhom ikunu miftuħa mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2002.

3. 1. it-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 2 għandu jitħassar;

4. 2. l-Annessi V, VI, VII u VIII għandhom jitħassru.4. Fi ħdan il-limiti tal-kwoti tat-tariffi fl-Anness II, dazju ta’ 0 % +EUR 1,8100 kg/net għandu jkun applikat għal prodotti korrispondenti. Dan id-dazju hu suġġett għal tnaqqis annwali ta’ 10 % mill-1 ta’ Jannar 2003.

Artikolu 2

Il-kwantitajiet ta’ l-oġġetti suġġetti għal kwoti ta’ tariffi u f’ċirkolazzjoni ħielsa mill-1 ta’ Jannar 2002 skond ir-Regolament (KE) Nru 2542/2001 u qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu nklużi fil-kwantitajiet elenkati fl-Annessi I u II.

Artikolu 3

Il-kwoti ta’ tariffi komunitarji elenkati fl-Artikolu 1(2) għandhom ikunu amministrati mill-Kummissjoni skond l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.3. Il-kwoti ta’ tariffi għal prodotti elenkati fl-Anness I huma eżentati minn dazju.

Artikolu 4

Ir-Regolament (KE) Nru 1477/2000 għandu jkun emendat kif ġej:

1. it-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 2 għandu jitħassar;

2. l-Annessi V, VI, VII u VIII għandhom jitħassru.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2002.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, Id-29 ta’ April 2002.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 318, ta’ l-20.12.1993, p. 18.

[2] ĠU L 298, tal-25.11.2000, p. 5.

[3] ĠU L 28, tat-2.2.1999, p. 1.

[4] ĠU L 347, tal-31.12.1993, p. 1.

[5] Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

[6] ĠU L 341, tat-22.12.2001, p. 82.

[7] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.

[8] ĠU L 68, tat-12.3.2002, p. 11.

[9] ĠU L 171, tal-11.7.2000, p. 44.

[10] ĠU L 30, tal-31.1.2002, p. 39.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Kwoti ta’ tariffi preferenzjali għall-importazzjoni Komunitarja ta’ prodotti li joriġinaw fl-Ungerija – eżenti mid-dazju

Numru ta' Serje | Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Kwota għal 2002 | Żieda annwali mill-2003 |

(1000 kg/net) | (1000 kg/net) |

(1) | (2) | (3) | (4) | (4) |

09.5616 | 04031051–04031099 | Jogurt, bit-toma jew bil-frott jew ċikkulata miżjuda | 132 | 12 |

09.5257 | 0405201004052030 | Butir b'kontenut ta' xaħam, b'piż, ta' 39 % jew aktar pero anqas minn 75 % | 4498 | 409 |

ex2106 | Preparazzjonijiet ta' l-ikel mhux inklużu jew speċifikati, barra minn dawk li jaqgħu taħt Kodiċi NM 2106 90 20 w oħrajn barra zokkor bit-toma jew kulur |

ex330210 | Taħlitiet ta' sustanzi u taħlitiet b'riħa (inklużi soluzzjonijiet alkoħoliċi) b'bażi b'waħda jew aktar minn dawn is-sustanzi, ta' tip użati fl-industriji ta' l-ikel jew ix-xorb: |

33021021 | – li jkun fihom xaħmijiet tal-ħalib, zokkor tal-kannamiela, iżoglukosju, glukosju jew lamtu jew li jkun fihom, b'piż t'inqas minn 1,5 % xaħmijiet tal-ħalib, 5 % zokkor tal-kannamiela jew iżoglukosju, 5 % glukosju jew lamtu |

33021029 | – oħrajn |

09.5213 | ex1704 | Zokkor tad-dolċerija (inkluża ċikkultata bajda) li ma jkunx fiha kawkaw, barra astratt ta' likwirizzja li jkun fih aktar minn 10 % piż ta' zokkor tal-kannamiela pero li ma jkux hif sustanzi addittivi oħra, li jaqgħu taħt il-kodiċi NC 1704 90 10 | 5205 | 473 |

09.5215 | 1803 | Taħlita tal-kawkaw, bix-xaħamu mingħajru | 1170 | 106 |

09.5217 | 18040000 | Butir tal-kawkaw, xaħam u żejt | 2173 | 198 |

09.5219 | 18050000 | Trab tal-kawkaw, li ma jkunx fih zokkor miżjud jew materja oħra ħelwa | 54 | 5 |

09.5221 | 1806 | Ċikkulata u preparazzjonijiet oħra ta' l-ikel li fiho il-kawkaw | 6948 | 632 |

| 1901 | Astratt tax-xgħir; preparazzjonijiet ta' l-ikel tat-dqiq, ikel, lamtu, ikel, astratt tal-lamtu jew xgħir, li ma jkunx fih kawkaw jew li jkun inqas minn 40 % piż kawkaw kalkulat fuq bażi kompletament mingħajr xaħam, li ma jkunx speċifikat jew inkluż x'imkien ieħor; preparazzjonijiet ta' qabel l-ikel ta' beni taħt it-titolu Numru 0401 sa 0404, li ma jkunx fihom kawkaw jew li jkun fihom inqas minn 5 % piż kawkaw kalkulat fuq bażi kompletament mingħar xaħam, li ma jkunx speċifikat jew inkluż x'imkien ieħor: | | |

09.5223 | 19011000 | – preparazzjonijiet għal użu mminn tfal, impoġġija għal bejgħ | 139 | 13 |

09.5225 | 19012000 | – taħlitiet u għaġina għal preparazzjoni t'oġġetti tal-furnara ta' titolu Nru 1905 | 1692 | 154 |

09.5227 | ex190190 | – oħrajn, esklużu prodotti li jaqgħu taħt Kodiċi NM 1901 90 91 | 2596 | 236 |

09.5228 | ex1902 | Għaġin, imsajjar jew nej jew preparat biex b'mod ieħor, minbarra għaġina mimlija li taqa taħt kodiċi NM 1902 20 10 u 1902 20 30; kuskus, preparat u mhux | 1144 | 104 |

09.5229 | 19030000 | Tapjoka u sostituti preparati mill-lamtu, fil-forma ta' fjakki, żerriegħa, perli, passaturi jew forom simili | 61 | 6 |

09.5231 | 1904 | Ikel lest miksub mill-infiħ jew tixwija ta' ċereali jew prodotti taċ-ċereali (per eżempju, corn flakes); ċereali (barra mill-qamħirrun (qamħ)) fil-forma ta' żerriegħa jew filforma ta' fjakki jew żerriegħa oħra maħdua (barra dqiq u ikel), imsajjar minn qabel, jew preparat b'xi mod ieħor, li mhux speċifikat jew inkluż x'imkien ieħor | 200 | 18 |

09.5233 | 1905 | Ħobż, pasti, kejkijiet, biskuttini w oġġetti oħra tal-furnar, li jkun fihom kawkaw jew le; ostji, boroż vojta tat-tip użati għal għanijiet farmaċewtiċi, wejfer li tissiġilla, karta tar-ross u prodotti simili | 4580 | 416 |

09.5617 | 20089985 | Qamħirrun (qamħ), barra qamħ irrun (Zea mays var. saccharata) | 220 | 20 |

20089991 | Jams, patata ħelwa u partijiet simili ta' pjanti oħra, li jkun fihom 5 % jew akta rpiż ta' lamtu |

09.5237 | 21011298 | Preparazzjonijiet b'bażi t'astratti, essenzi jew konċentrazzjonijiet ta' kafe taħt il-kodiċi NM 2101 12 92 | 23 | 2 |

210120 | – Astratti, essenzi u konċentrati, ta' te jew mate', u preparazzjonijiet b'bażi ta' dawn l-astratti, essenzi u konċentrazzjonijiet, jew b'bażi ta' te jew mate' |

09.5239 | 210130 | Ċikwejra nkaljata u sostituti oħra tal-kafe nkaljata, w astratti, essenzi u konċentrati tagħhom | 1016 | 92 |

09.5619 | 2102201121022019 | Ħmira mhux attiva | 286 | 26 |

09.5241 | 2103 | 52412103Zlazet jew preparazzjonijiet tagħhom; kondimenti mħalta u taħlitiet imħalta; mustarda dqiq w ikel u mustarda preparata | 4365 | 397 |

09.5243 | 2104 | Sopop u brodu u preparazzjonijiet tagħhom; kompożizzjonijiet omoġenizzati ta' preparazzjonijieet t'ikel | 1186 | 108 |

09.5245 | 210500 | Ġelat u silġ ieħor li jittiekel, kemm bil-kawkaw kif ukoll mingħajru | 97 | 9 |

09.5251 | 2202 | Ilmijiet, inklużi ilma minerali w ilma bil-gas, li jkun fihom zokkor miżjud jew materji ħelwin oħra jew bit-toma, u xarbiet oħra mhux alkoħoliċi, li ma jinkludux meraq tal-frott jew ħaxix ta' titolu Nru 2009) | 3307 | 301 |

09.5253 | 220300 | Birra magħmula mill-lamtu | 2341 | 213 |

09.5255 | 2205 | Vermut u inbid ieħor minn għeneb frisk b'toma minn sustanzi ta' pjanti jew sustanzi aromatiċi | 678 | 62 |

09.5211 | 3823 | Aċdi ndustrijali monokarboxiliċi li jħaxxnu; żjut aċidużi minn tisfija; alkoliċi industrijali li jħaxxnu: | 1269 | 115 |

382312 | – – Aċdu olejiku |

382370 | – Alkoliċi industrijali li jħaxxnu |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Kwoti ta’ tariffi preferenzjali għall-importazzjoni Komunitarja ta’ prodotti li joriġinaw fl-Ungerija

Numru ta' Serje | Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Kwoti annwali għal 2002 | 1.1.2003Żieda annwali mill- | Dazji applikabli mill- 1.1.2002 |

(1000 kg/net) | (1000 kg/net) |

09.5209 | 07104000 | Qamħ ir-rum | 16882 | 1688 | 0 % + 1,8 net eda |

07119030 |

09.5235 | 20019030 | Qamħ ir-rum | 14074 | 1407 | 0 % + 1,8 net eda |

20049010 |

20058000 |

--------------------------------------------------

Top