Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R0563

    Ir-Regolment tal-kKummissjoni (KE) Nru 563/2002 tat-2 ta' April 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 466/2001 li jiffissa l-livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta' l-ikel

    ĠU L 86, 3.4.2002, p. 5–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/563/oj

    32002R0563



    Official Journal L 086 , 03/04/2002 P. 0005 - 0006


    Ir-Regolment tal-Kummissjoni (KE) Nru 563/2002

    tat-2 ta' April 2002

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 466/2001 li jiffissa l-livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta' l-ikel

    Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta' Frar 1993 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-kontaminanti fl-ikel [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

    Billi:

    (1) Ir-Regolament (KEE) Nru 315/93 jipprovdi illi jridu jiġu ffissati l-livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta' l-ikel sabiex tiġi protetta s-saħħa pubblika.

    (2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 455/2001 [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 472/2002 [3], japplika mill-5 ta' April 2002, billi jieħu l-post tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 194/97 tal-31 ta' Jannar 1997 li jiffissa l-livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta' l-ikel [4], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 864/1999 [5], li jiffissa l-livelli massimi għan-nitrat fil-ħass u l-ispinaċi.

    (3) L-Istati Membri huma meħtieġa li jikkomunikaw ir-riżultati tal-monitoraġġ tagħhom u jirrapportaw dwar il-miżuri meħuda u l-progress rigward l-applikazzjoni tal-kodiċijiet tal-prattika t-tajba tal-biedja sabiex inaqqsu l-livelli tan-nitrat. Bl-użu ta' dan it-tagħrif il-Kummissjoni għandha tipproċedi kull tliet snin, u għall-ewwel darba qabel l-1 ta' Jannar 2002, li tirrevedi l-livelli massimi għan-nitrati fil-ħass u fl-ispinaċi, bil-mira ġenerali li jitnaqqsu l-livelli msemmija.

    (4) L-informazzoni ta' kull sena tal-monitoraġġ mill-Istati Membri juri tnaqqis fil-livelli tan-nitrati fil-ħass. Jistgħu jinkisbu livelli massimi iktar baxxi għal ċerti kategoriji ta' ħass imsejsa fuq prattiċi tajba tal-biedja. F'uħud mir-reġjuni jiġu rrappurtati livelli tan-nitrati spiss ogħla minn dawk iffissati fl-Annes mar-Regolament (KE) Nru 466/2001, għalkemm ix-xejra ġenerali turi illi l-livelli tan-nitrati fil-ħass qegħdin jonqsu. Il-livelli tan-nitrati fl-ispinaċi ma juru l-ebda xejra ċara ta' tnaqqis. Għall-ħass dan il-perijodu transitorju taż-żmien għandu jkollu l-limitu taż-żmien, imma għall-ispinaċi għadha ma tistax titbassar data tat-tmiem.

    (5) Ir-Regolament (KE) Nru 466/2001 għandu jiġi emendat kif jixraq.

    (6) Il-miżuri pprovduti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 466/2001 huwa emendat kif ġej:

    1. L-Artikolu 3(1) jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "1. L-Istati Membri jistgħu, meta ġġustifikat, jawtorizzaw għal perijodu transitorju ta' żmien it-tqegħid fis-suq tal-ħass frisk u l-ispinaċi friska, imkabbra u maħsuba għall-konsum fit-territorju tagħhom, b'livelli ta' nitrati ogħla minn dawk iffisati bħala livelli massimi fil-punti 1.1, 1.3 u 1.4 ta' l-Anness sakemm jiġu applikati l-kodiċijiet tal-prattika t-tajba tal-biedja sabiex jinkseb progress bil-mod lejn il-livelli stabbiliti f'dan ir-Regolament.

    Il-perjodu transitorju ta' żmien:

    (a) rigward il-ħass, għandu jtemm fl-1 ta' Jannar 2005;

    (b) rigward l-ispinaċi, għandu jiġi rrivedut mhux iktar tard mill-1 ta' Jannar 2005.

    L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni kull sena dwar il-passi meħuda sabiex jimplimentaw l-ewwel subparagrafu."

    2. It-Taqsima 1 ta' l-Anness I hija mibdula bit-test fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-2 ta' April 2002.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 37, tat-13.2.1993, p. 1.

    [2] ĠU L 77, taa-16.3.2001, p. 1.

    [3] ĠU L 75, tas-16.3.2002, p. 18.

    [4] ĠU L 31, ta' l-1.2.1997, p. 48.

    [5] ĠU L 108, tas-27.4.1999, p. 16.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    It-Taqsima 1 ta' l-Anness I mar-Regolament (KEE) Nru 466/2001 li tirrigwarda n-nitrati għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:

    "Prodott | Livell massimu (mg NO3/kg) | Metodu tat-teħid tal-kampjuni | Referenza tal-metodu ta' l-analiżi |

    |

    1.1. L-Ispinaċi friska (Spinacia oleracea) | Maqlugħa mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Marzu | 3000 | Id-Direttiva tal-Kummissjoni 79/700/KEE |

    Maqlugħa mill-1ta' April sal-31 ta' Ottubru | 2500 |

    1.2.L-Ispinaċi, ippriservata, iffriżata deep-frozen jew iffriżata | | 2000 | Id-Direttiva 79/700/KEE |

    1.3.Il-Ħass frisk (Lactuca sativa L.) (il-ħass protett u mkabbar fl-apert) għajr il-ħass elenkat fil-punt (1.4). | Maqlugħ mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Marzu: | | Id-Direttiva 79/700/KEE. Madankollu, in-numru minimu ta' unitajiet skond il-kampjun tal-laboratorju huwa 10. |

    – ħass imkabbar taħt il-għata | 4500 |

    – imkabbar fl-apert | 4000 |

    Maqlugħ mill-1 ta' April sal-31 ta' Settembru: | |

    – ħass imkabbar taħt il-għata | 3500 |

    – ħass imkabbar fl-apert | 2500 |

    1.4. Il-ħass tat-tip "Iceberg" | Ħass imkabbar taħt il-għata | 2500 | Id-Direttiva 79/700/KEE. Madankollu, in-numru minimu ta' unitajiet skond il-kampjun tal-laboratorju huwa 10 |

    Ħass imkabbar fl-apert | 2000 |

    1.1. L-Ispinaċi friska (Spinacia oleracea) | Maqlugħa mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Marzu | 3000 | Id-Direttiva tal-Kummissjoni 79/700/KEE |

    Maqlugħa mill-1ta' April sal-31 ta' Ottubru | 2500 |

    1.2. L-Ispinaċi, ippriservata, iffriżata deep-frozen jew iffriżata

    | | 2000 | Id-Direttiva 79/700/KEE |

    1.3. Il-Ħass frisk (Lactuca sativa L.) (il-ħass protett u mkabbar fl-apert) għajr il-ħass elenkat fil-punt (1.4).

    | Maqlugħ mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Marzu: | | Id-Direttiva 79/700/KEE. Madankollu, in-numru minimu ta' unitajiet skond il-kampjun tal-laboratorju huwa 10. |

    – ħass imkabbar taħt il-għata | 4500 |

    – imkabbar fl-apert | 4000 |

    Maqlugħ mill-1 ta' April sal-31 ta' Settembru: |

    – ħass imkabbar taħt il-għata | 3500 |

    – ħass imkabbar fl-apert | 2500 |

    1.4. Il-ħass tat-tip "Iceberg" | Ħass imkabbar taħt il-għata | 2500 | Id-Direttiva 79/700/KEE. Madankollu, in-numru minimu ta' unitajiet skond il-kampjun tal-laboratorju huwa 10 |

    Ħass imkabbar fl-apert | 2000" |

    --------------------------------------------------

    Top