Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R0154

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 154/2002 tal-21 ta’ Jannar 2002 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2358/71 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żerriegħa u li jistabilixxi l-għajnuna mogħtija lis-settur taż-żerriegħa għal marketing fl-2002/2003 u 2003/2004

ĠU L 25, 29.1.2002, pp. 18–21 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/154/oj

32002R0154



Official Journal L 025 , 29/01/2002 P. 0018 - 0021


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 154/2002

tal-21 ta’ Jannar 2002

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2358/71 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żerriegħa u li jistabilixxi l-għajnuna mogħtija lis-settur taż-żerriegħa għal marketing fl-2002/2003 u 2003/2004

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi:

(1) L-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 [4] jipprovdi li l-ammont ta’ l-għajnuna għandu jkun iffissat wara li tkun ikkunsidrata inter alia l-ħtieġa li jkun assigurat bilanċ bejn il-volum tal-produzzjoni meħtieġa fil-Komunità u l-ammont li jista’ jkun promoss. Mill-ħsad ta’ l-1994/1995, il-produzzjoni u l-esportazzjoni taż-żerriegħa żdiedu kostantament; barra minn hekk, il-ħażniet taż-żerriegħa fil-Komunità laħaq livell li x’aktarx jaffettwa l-bilanċ tas-suq taż-żerriegħa.

(2) Huwa għalhekk ġustifikat li jkun introdott mekkaniżmu biex jistabilizza l-produzzjoni taż-żerriegħa għajr iż-żerriegħa tar-ross, li għaliha diġa’ hemm mekkaniżmu. Il-mekkaniżmu li jistabillizza ż-żerriegħa għajr iż-żerriegħa tar-ross għandu jiffissa kwantità massima eliġibbli għall-għajnuna determinata fuq il-bażi tal-kwantità medja rappreżentattiva maħsuda matul perjodu riċenti ta’ referenza u wkoll marġni biex jikkunsidraw il-varjanzi ċikliċi li huma karatteristika tal-produzzjoni taż-żerriegħa. Huwa wkoll meħtieġ li jinħolqu l-kondizzjonijiet li jippermettu l-iżvilupp jew il-priservazzjoni ta’ setturi vijabbli ta’ produzzjoni żgħar bil-garanzija tal-kwantità minima għall-Istati Membri fejn hemm ftit jew xejn produzzjoni ta’ żerriegħa.

(3) L-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 jirreferi għall-varjetajiet ta’ Lolium perenne L. ta’ persistenza għolja, tard jew ftit tard, varjetajiet ġodda jew oħra u varjetajiet ta’ persistenza baxxa, ftit tard, ftit kmieni jew kmieni. Peress li l-prezzijiet għal dawk il-varjetajiet fuq is-suq estern m’għadhomx jiġġustifikaw dik id-distinzjoni, id-distinzjoni bejn it-tliet gruppi differenti tal-varjetajiet ta’ Lolium perenne L. għandha għalhekk titneħħa u rata waħda ta’ għajnuna tkun iffissata.

(4) Minħabba s-sitwazzjoni u l-prospett tas-suq tal-Komunità, il-produtturi mhumiex assigurati qligħ xieraq miż-żerriegħa mniżżla fl-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 li tkun promossa fis-snin ta’ promozzjoni 2002/2003 u 2003/2004. Għajnuna għall-produzzjoni għandha tingħata għal dawk iż-żerriegħa.

(5) L-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 jipprovdi li meta l-għajnuna tkun iffissata, ikun ikkunsidrat, min-naħa waħda, il-bżonn li jkun assigurat bilanċ bejn il-produzzjoni fil-Komunità u postijiet għal din il-produzzjoni u, min-naħa l-oħra, tal-prezzijiet għal dawn il-prodotti fuq is-swieq esterni.

(6) L-applikazzjoni ta’ dawn il-kriteri jirriżultaw fl-iffissar ta’ l-għajnuna applikabbli għas-snin ta’ promozzjoni 2002/2003 u 2003/2004 fuq il-livelli preżentati fl-Anness.

(7) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu addottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tniżżel il-proċeduri għall-eserċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [5].

ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2358/71 huwa issa emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 3 (4a) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"4a. Il-kwantità massima taż-żerriegħa li fuqha l-għajnuna hija pagabbli lill-Komunità tkun iffissata skond il-proċedura msemmija fil-paragrafu 5. Dik il-kwantità titqassam bejn l-Istati Membri produtturi.

Il-kwantità massima taż-żerriegħa għajr iż-żerriegħa tar-ross li fuqha l-għajnuna hija pagabbli tkun daqs it-total tal-kwantitajiet relatati ma’ kull Stat Membru li huma stabiliti fuq il-bażi tal-medja massima tal-kwantitajiet maħsuda li kienu kkunsidrati għal marketing bejn l-1996/1997 u l-2000/2001, b’żieda ta’ 5 %.

Fejn il-kwantità stabilita għal Stat Membru skond it-tieni subparagrafu ma taqbiżx it-800 tunnellata metrika, kwantità addizzjonali ta’ 300 tunnellata metrika tingħata lil dak l-Istat Membru.

Jekk, għaż-żerriegħa għajr iż-żerriegħa tar-ross, is-somma totali tal-kwantitajiet li għalihom kienet applikata għajnuna fl-Istat Membru produttur teċċedi l-kwantità massima ffissata għall-Komunità, l-għajnuna titnaqqas fis-sena ta’ marketing ta’ wara f’kull Stat Membru konċernat fil-proporzjon tal-qbiż tal-kwantità nazzjonali tiegħu wara li jkunu kkunsidrati l-kwantitajiet mhux użati mill-Istati Membri. F’dan il-każ il-Kummissjoni tiffissa l-persentaġġi tat-tnaqqis applikabbli għal kull Stat Membru produttur.";

2. L-Artikolu 10 għandu jitħassar.

3. L-Artikolu 11 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"L-Artikolu 11

1. Il-Kummissjoni tkun mgħejjuna mill-Kumitat ta’ l-Amministrazzjoni Taż-Żerriegħa (minn issa ‘l quddiem riferut bħala "l-Kumitat").

2. Meta ssir riferenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jgħoddu.

Il-perjodu mniżżel fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ikun iffissat għal xahar.

3. Il-Kumitat jaddotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura."

Artikolu 2

Għas-snin ta’ marketing 2002/2003 u 2003/2004, l-għajnuna mogħtija lis-settur taż-żerriegħa kif hemm provdut fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 tkun iffissata fl-Anness li hawn mehmuż.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata ta’ wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Jibda jgħodd mill-1 ta’ Lulju 2002.

Dan ir-Regolament għandu jorbot kollu kemm hu u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta’ Jannar 2002.

F’isem il-Kunsill

Il-President

M. Arias Cañete

[1] ĠU C 213 E, tal-31.7.2001, p. 249.

[2] Opinjoni li twasslet fil-11 ta’ Diċembru 2001 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 311, tas-7.11.2001, p. 30.

[4] ĠU L 246, tal-5.11.1971, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2371/2000 (ĠU L 275, tat-23.10.2000, p. 1).

[5] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

IS-SNIN TA' MARKETING 2002/2003 U 2003/2004

Għajnuna applikabbli fil-Komunità

(EUR/100 kg) |

Kodiċi tan-NM | Id-Deskrizzjoni | L-ammont ta' għajnuna |

2002/2003 | 2003/2004 |

1.CERES

10019010 | Triticum spelta L. | 14,37 | 14,37 |

10061010 | Oryza sativa L. | | |

| —Varjetajiet long-grain li l-qamħa tagħhom hija ta' tul li jaqbeż 6,0 millimetri u ta' ratio tul/wisa' ta' aktar minn jew daqs 3 | 17,27 | 17,27 |

| —Varjetajiet oħra li l-qamħa tagħhom hija ta' tulli jaqbeż, ma jaqbiżx jew daqs 6,0 millimetri uta' ratio tul/wisa' ta' inqas minn 3 | 14,85 | 14,85 |

2.OLEAGINEAE

ex12040010 | Linum usitatissimum L. (qanneb tal-fibra) | 28,38 | 28,38 |

ex12040010 | Linum usitatissimum L. (żerriegħa tal-kittien) | 22,46 | 22,46 |

ex12079910 | Cannabis sativa L. (varjetajiet b'kontenut ta' THC li ma jaqbiżx il-0,2 %) | 20,53 | 20,53 |

3.GRAMINEAE

ex12092910 | Agrostis canina L. | 75,95 | 75,95 |

ex12092910 | Agrostis gigantea Roth. | 75,95 | 75,95 |

ex12092910 | Agrostis stolonifera L. | 75,95 | 75,95 |

ex12092910 | Agrostis capillaris L. | 75,95 | 75,95 |

ex12092980 | Arrhenatherum elatius (L.) P. Beauv. ex J.S. u K.B. Presl. | 67,14 | 67,14 |

ex12092910 | Dactylis glomerata L. | 52,77 | 52,77 |

ex12092380 | Festuca arundinacea Schreb. | 58,93 | 58,93 |

ex12092380 | Festuca ovina L. | 43,59 | 43,59 |

12092311 | Festuca pratensis Huds. | 43,59 | 43,59 |

12092315 | Festuca rubra L. | 36,83 | 36,83 |

ex12092980 | Festulolium | 32,36 | 32,36 |

12092510 | Lolium multiflorum Lam. | 21,13 | 21,13 |

12092590 | Lolium perenne L. | 30,99 | 30,99 |

ex12092980 | Lolium x boucheanum Kunth | 21,13 | 21,13 |

ex12092980 | Phleum Bertolinii (DC) | 50,96 | 50,96 |

12092600 | Phleum pratense L. | 83,56 | 83,56 |

ex12092980 | Poa nemoralis L. | 38,88 | 38,88 |

12092400 | Poa pratensis L. | 38,52 | 38,52 |

ex12092910 | Poa palustris u Poa trivialis L. | 38,88 | 38,88 |

4.LEGUMINOSAE

ex12092980 | Hedysarum coronarium L. | 36,47 | 36,47 |

ex12092980 | Medicago lupulina L. | 31,88 | 31,88 |

ex12092100 | Medicago sativa L. (ekotipi) | 22,10 | 22,10 |

ex12092100 | Medicago sativa L. (varjetajiet) | 36,59 | 36,59 |

ex12092980 | Onobrichis viciifolia Scop. | 20,04 | 20,04 |

ex07131010 | Pisum sativum L. (partim) (piżelli ħadra) | 0 | 0 |

ex12092280 | Trifolium alexandrinum L. | 45,76 | 45,76 |

ex12092280 | Trifolium hybridum L. | 45,89 | 45,89 |

ex12092280 | Trifolium incarnatum L. | 45,76 | 45,76 |

12092210 | Trifolium pratense L. | 53,49 | 53,49 |

ex12092280 | Trifolium repens L. | 75,11 | 75,11 |

ex12092280 | Trifolium repens L. var. Giganteum | 70,76 | 70,76 |

ex12092280 | Trifolium resupinatum L. | 45,76 | 45,76 |

ex07135010 | Vicia faba L. (partim) (favetta) | 0 | 0 |

ex12092910 | Vicia sativa L. | 30,67 | 30,67 |

ex12092910 | Vicia villosa Roth | 24,03 | 24,03 |

--------------------------------------------------

Top