EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R0134

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 134/2002 tat-22 ta' Jannar 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2531/98 li għandu x'jaqsam ma' l-applikazzjoni ta' riservi minimi tal-Bank Ċentrali Ewropew

ĠU L 24, 26.1.2002, p. 1–1 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/134/oj

32002R0134



Official Journal L 024 , 26/01/2002 P. 0001 - 0001


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 134/2002

tat-22 ta' Jannar 2002

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2531/98 li għandu x'jaqsam ma' l-applikazzjoni ta' riservi minimi tal-Bank Ċentrali Ewropew

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ l-"Istatut"), u parikolarment l-Artikolu 19.2 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1];

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummssjoni [2],

Waqt li jaġixxi skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 107(6) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u fl-Artikolu 42 ta' l-Istatut u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 43.1 ta' l-Istatut, paragrafu 8 tal-Protokoll fuq ċerti disposizzjonijiet li jirrigwardaw lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u paragrafu 2 tal-Protokoll fuq ċerti disposizzjonijiet li jirrigwardaw id-Danimarka, biż-żewġ Protokolli huma annessi ma' l-imsemmi Trattat,

Billi:

(1) Fit-23 ta' Novembru 1998 il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 2531/98 dwar l-applikazzjoni ta' riservi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew [3].

(2) Sanzjonijiet u proċeduri speċifiċi huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2531/98, li jipprovdi għal proċedura simplifikata għall-imposizzjoni ta' sanzjonijet fil-każ ta' ċerti tipi ta' ksur imma waqt li jirriferi għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet [4] għall-prinċipji u proċeduri li jirrigwardaw l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet.

(3) L-esperjenza bil-proċedura ta' reviżjoni stipulata fl-Artikolu 3(7) tar-Regolament (KE) Nru 2532/98 u simplifikata mill-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 uriet li l-perjodu ridott ta' 15-il ġurnata ma jipprovdix żmien suffiċjenti għall-Kunsill Governattiv biex jieħu deċiżjoni sewwa.

(4) Sabiex jipprovdi għal proċedura ta' reviżjoni effettiva, il-perjodu biex il-Kunsill Governattiv jieħu deċiżjoni għandu jiġi estiż għal xahrejn,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 2531/98, ir-riferenza għall-Artikolu 3(7) tar-Regolament (KE) Nru 2532/98 għandha tiġi mħassra.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jgħodd għat-talbiet li huma magħmulin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Għal dan l-iskop, id-data li fiha t-talba hi riċevuta mill-BĊE għandha tkun id-data rilevanti.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixi l-Komunità Ewropea.

Magħmul fi Brussel, it-22 Jannar 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

R. De Rato y Figaredo

[1] Opinjoni mogħtija fl- 4.7.2001 (li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] Opinjoni mogħtija fl- 24.10.2001 (li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 318, tas-27.11.1998, p. 1.

[4] ĠU L 318, tas-27.11.1998, p. 4.

--------------------------------------------------

Top