EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R0113

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 113/2002 tat-23 ta' Jannar 2002 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 dwar klassifikazzjonijiet riveduti ta' spejjez skond l-għanTest b'relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 21, 24.1.2002, p. 3–9 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/113/oj

32002R0113



Official Journal L 021 , 24/01/2002 P. 0003 - 0009


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 113/2002

tat-23 ta' Jannar 2002

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 dwar klassifikazzjonijiet riveduti ta' spejjez skond l-għan

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta' Ġunju 1996 fuq is-sistema Ewropea ta' rendikonti nazzjonali u reġjonali fil-Komunità [1], kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2558/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u b'mod partikolari l-Artikoli 2(2) u 3(2) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 2223/96 jiġbor fih il-qafas ta' referenza għal standards komuni, definizzjonijiet, klassifikazzjonijiet u regoli ta' rendikont għat-tfassil ta' rendikonti tal-Istati Membri għall-ħtiġijiet statistiċi tal-Komunità Ewropea, sabiex jiġu akkwistati riżultati komparabbli bejn l-Istati Membri.

(2) Il-Grupp ta' Ħidma Inter-Segretarjali dwar Rendikonti Nazzjonali (ISWGNA) irreveda u n-Nazzjonijiet Uniti ppublika fl-2000 il-klassifikazzjonijiet riveduti ta' spejjez skond il-bżonn, b'mod partikolari l-Klassifikazzjoni tal-Funzjonijiet tal-Gvern (COFOG), il-Klassifikazzjoni ta' Konsum Individwali Skond l-Għan (COICOP) u l-Klassifikazzjoni tal-Għanijiet ta' Istituzzjonijiet li jservu ta' Akkomodazzjoni Mingħajr Qligħ (COPNI).

(3) Il-klassifikazzjonijiet fir-Regolament (KE) Nru 2223/96 għandu għalhekk jiġi emendat, skond dan.

(4) Il-miżuri li huma għalhekk ipprovduti f' dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Ipprogrammar Statistiku [3],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness A "Sistema Ewropea ta" Rendikonti ESA 1995' għar-Regolament (KE) Nru 2223/96 huwa emendat kif imqiegħed fl-Anness ta' dan ir- Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum ta' wara li jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' Jannar 2002.

Għall-Kummissjoni

Pedro Solbes Mira

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 310, tat-30.11.1996, p. 1.

[2] ĠU L 344, tat-28.12.2001, p. 1.

[3] ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Anness A għar-Regolament (KE) Nru 2223/96 huwa emendat kif ġej:

(a) F'Kapitolu 3, is-sezzjoni 3.85 hija mibdula b'dan li ġej:

"3.85. Għall-merkanzija u servizzi pprovduti mill-oqsma tal-gvern, il-limitu bejn merkanzija u servizzi individwali u kollettivi huwa mfassal fuq il-bażi tal-Klassifikazzjoni tal-Funzjonijiet tal-Gvern (COFOG).

Skond i-konvenzjoni, kull spiza ta' konsum finali tal-gvern taħt kull titolu segwenti għandha tiġi ttrattata bħala spiża fuq konsum individwali:

(a) 7.1 Prodotti mediċi, Strumenti u tagħmir

7.2 Servizzi ta' outpatients

7.3 Servizzi ta' sptar

7.4 Servizzi ta' saħħa pubblika

(b) 8.1 Servizzi ta' rekreazzjoni u sportivi

8.2 Servizzi kulturali

(ċ) 9.1 Edukazzjoni pre-primarja u primarja

9.2 Edukazzjoni sekondarja

9.3 Edukazzjoni post-sekondarja mhux terzjarja

9.4 Edukazzjoni terzjarja

9.5 Edukazzjoni mhux mfissra b'livell

9.6 Servizzi sussidjarji għall-edukazzjoni

(d) 10.1 Mard u diżabilità

10.2 anzjanità

10.3 Soppravissuti

10.4 Familji u tfal

10.5 Il-qagħad

10.6 L-akkomodazzjoni

10.7 Esklużjoni soċjali n.e.c

Alternattivament, spejjez ta' konsum individwali ta' gvern ġenerali jikkorispondu ma' diviżjoni 14 tal-COICOP, li jinkludu s-segwenti gruppi:

14.1 Akkomodazzjoni (ekwivalenti għal grupp COFOG 10.6)

14.2 Saħħa (ekwivalenti għal gruppi COFOG 7.1 sa 7.4)

14.3 Rekreazzjoni u kultura (ekwivalenti għal gruppi COFOG 8.1 sa 8.2)

14.4 Edukazzjoni (ekwivalenti għal gruppi COFOG 9.1 sa 9.6)

14.5 Ħarsien soċjali (ekwivalenti għal gruppi COFOG 10.1 sa 10.5 u grupp 10.7)

L-ispejjez ta' konsum kollettiv huwa li jibqa mill-ispejjez ta' konsum finali tal-gvern.

Skond COFOG, din tikkonsisti b'mod partikolari minn:

(a) Servizzi pubbliċi ġenerali (diviżjoni 1)

(b) Difiża (diviżjoni 2)

(ċ) Ordni pubblika u sigurtà (diviżjoni 3)

(d) Materji ekonomiċi (diviżjoni 4)

(e) Ħarsien ambjentali (diviżjoni 5)

(f) Bżonnijiet ta' akkomodazzjoni u tal-komunità (diviżjoni 6)

(g) Amministrazzjoni ġenerali, regolament, tixrid ta' informazzjoni ġenerali u statistika (kull diviżjoni)

(h) Riċerka u żvilupp (kull diviżjoni)."

(b) l-Anness IV "Klassifikazzjoni u redikonti" huwa emendat b'li ġej:

(i) Il-parti ntitolata "KLASSIFIKAZZJONI TA' KONSUM INDIVIDWALI SKOND L-GĦAN (COICOP)" huwa mibdul b'dan li ġej:

"KLASSIFIKAZZJONI TA' KONSUM INDIVIDWALI SKOND L-GĦAN (COICOP)

1. Ikel u xorb mhux alkoħoliku

1.1. Ikel

1.2. Xorb mhux alkoħoliku

2. Xorb alkoħoliku, tabakk u narkotiċi

2.1. Xorb alkoħoliku

2.2. Tabakk

2.3. Narkotiċi

3. Ilbies u żraben

3.1. Ilbies

3.2. Żraben

4. Akkomodazzjoni, ilma, elettriku, gass u karburanti oħrajn

4.1. Kirjiet attwali ta' djar

4.2. Kiri attribwit ta' djar

4.3. Manutenzjoni u tiswija tad-dar

4.4. Fornitura ta' ilma u servizzi mixellanji relatati mad-dar

4.5. Elettriku, gass u karburanti oħrajn

5. Għamara, tagħmir tad-dar u manutenzjoni rutina tad-dar

5.1. Għamara u għamajjar, twapet, u koperturi oħra tal-art

5.2. Tessuti tad-dar

5.3. Appliances għad-dar

5.4. Oġġetti tal-ħġieġ, oġġetti tal-mejda u utensili tad-dar

5.5. Għodda u tagħmir għad-dar u ġħall-ġnien

5.6. Oġġetti u servizzi għal-manutenzjoni rutina tad-dar

6. Saħħa

6.1. Prodotti mediċi, strumenti u tagħmir

6.2. Servizzi tal-outpatient

6.3. Servizzi tal-isptar

7. Trasport

7.1. Xiri ta' vetturi

7.2. Tħaddim ta' tagħmir ta' trasport personali

7.3. Servizzi ta' trasport

8. Komunikazzjoni

8.1. Servizzi postali

8.2. Tagħmir ta' telefon u fax

8.3. Servizzi ta' telefon u fax

9. Rekreazzjoni u kultura

9.1. Tagħmir awdjo-viżiv, fotografiku u pproċċessar ta' informazzjoni

9.2. Oġġetti oħra ewliena li jservu għar-rekreazzjoni u kultura

9.3. Oġġetti u tagħmir ta' rekreazzjoni oħra, ġonna u animali domestiċi

9.4. Servizzi ta' rekreazzjoni u kulturali

9.5. Gazzetti kotba u kartolerija

9.6. Vaganzi organizzati

10. Edukazzjoni

10.1. Edukazzjoni pre-primarja u primarja

10.2. Edukazzjoni sekondarja

10.3. Edukazzjoni post-sekondarja mhux terzjarja

10.4. Edukazzjoni terzjarja

10.5. Edukazzjoni mhux mfissra b'livell

11. Ristoranti u lukandi

11.1. Servizzi tal-catering

11.2. Servizzi ta' akkomodazzjoni

12. Servizzi u oġġetti mixellanji

12.1. Kura persunali

12.2. Prostituzzjoni

12.3. Effetti persunali n.e.c.

12.4. Ħarsien soċjali

12.5. Assigurazzjoni

12.6. Servizzi finanzjarji n.e.c.

12.7. Servizzi oħra n.e.c.

13. Spejjez ta' komsum individwali ta' istituzzjonijiet ta' mingħajr qliegħ li jservu familji li jgħixu taħt saqaf wieħed (NPISHs)

13.1. Akkomodazzjoni

13.2. Saħħa

13.3. Rekreazzjoni u kultura

13.4. Edukazzjoni

13.5. Ħarsien soċjali

13.6. Servizzi oħra

14. Spejjez ta' konsum individwali tal-gvern ġenerali

14.1. Akkomodazzjoni

14.2. Saħħa

14.3. Rekreazzjoni u kultura

14.4. Edukazzjoni

14.5. Ħarsien soċjali"

(ii) Il-parti ntitolata "KLASSIFIKAZZJONI TAL-FUNZJONIJIET TAL-GVERN (COFOG)" huwa mibdul b'dan li ġej:

"KLASSIFIKAZZJONI TAL-FUNZJONIJIET TAL-GVERN (COFOG)

1. Servizzi publiċi ġenerali

1.1. Organi eżekuttivi u leġislattivi, materji finanzjarji u fiskali, materji esteri

1.2. Assistenza ekonomika barranija

1.3. Servizzi ġenerali

1.4. Riċerka bażika

1.5. Servizzi pubbliċi ġenerali ta' R u Ż

1.6. Servizzi pubbliċi ġenerali n.e.c.

1.7. Transazzjonijiet ta' dejn pubbliku

1.8. Trasferiment ta' karattru ġenerali bejn livelli differenti ta' gvern

2. Difiża

2.1. Difiża militari

2.2. Difiża ċivili

2.3. Assistenza militari barranija

2.4. Difiża R u Ż

2.5. Difiża n.e.c.

3. Sigurtà u ordni pubblika

3.1. Servizzi ta' pulizija

3.2. Servizzi ta' protezzjoni minn-nirien

3.3. Qrati

3.4. Ħabsijiet

3.5. Sigurtà u ordni pubblika R u Ż

3.6. Sigurtà u ordni pubblika n.e.c.

4. Materji ekonomiċi

4.1. Materji ta' ekonomija ġenerali, kummerċjali u xogħol

4.2. Agrikoltura, foresti, sajd u kaċċa

4.3. Karburanti u enerġija

4.4. Xogħol fil-minjieri, manufattura u kostruzzjoni

4.5. Trasport

4.6. Komunikazzjoni

4.7. Industriji oħra

4.8. Materji ekonomiċi R u Ż

4.9. Materji ekonomiċi n.e.c.

5. Ħarsien ambjentali

5.1. Immaniġġjar tal-iskart

5.2. Immaniġġjar tal-ilma użat

5.3. Tnaqqis tat-tniġġiz

5.4. Ħarsien tal-biodiversità u l-pajsaġġ

5.5. Ħarsien ambjentali R u Ż

5.6. Ħarsien ambjentali n.e.c.

6. Akkomodazzjoni u ħtiġijiet tal-komunità

6.1. Zvilupp tad-djar

6.2. Żvilupp tal-komunità

6.3. Provvista ta' ilma

6.4. Dwal tat-toroq

6.5. R u Ż fl-akkomodazzjoni u ħtiġijiet tal-komunità

6.6. Akkomodazzjoni u ħtiġijiet tal-komunità n.e.c.

7. Saħħa

7.1. Prodotti mediċi, strumenti u tagħmir

7.2. Servizzi ta' outpatient

7.3. Servizzi ta' sptar

7.4. Servizzi ta' saħħa pubblika

7.5. Saħħa R u Ż

7.6. Saħħa m.i.b.

8. Rekreazzjoni, kultura u reliġjon

8.1. Servizzi ta' rekreazzjoni u sportivi

8.2. Servizzi kulturali

8.3. Servizzi ta' xandir u ppublikar

8.4. Servizzi reliġjuż u oħrajn tal-komunità

8.5. R & Ż Rekreazzjoni, kultura u reliġjon

8.6. Rekreazzjoni, kultura u reliġjon n.e.c.

9. Edukazzjoni

9.1. Edukazzjoni pre-primarja u primarja

9.2. Edukazzjoni sekondarja

9.3. Edukazzjoni post-sekondarja mhux terzjarja

9.4. Edukazzjoni terzjarja

9.5. Edukazzjoni mhux mfissra b'livell

9.6. Servizzi sussidjarji għal edukazzjoni

9.7. Edukazzjoni R u Ż

9.8. Edukazzjoni m.i.b

10. Ħarsien soċjali

10.1. Mard u disabilità

10.2. Anzjanità

10.3. Sopravissuti

10.4. Familji u tfal

10.5. Il-qagħad

10.6. Akkomodazzjoni

10.7. Esklużjoni soċjali n.e.c

10.8. Ħarsien ambjentali R u Ż

10.9. Ħarsien soċjali n.e.c."

(iii) Wara l-parti ntitolata "KLASSIFIKAZZJONI TAL-FUNZJONIJIET TAL-GVERN (COFOG)", hija nserita l-parti li jmiss:

"KLASSIFIKAZZJONI GĦALL-GĦANIJIET TA' ISTITUZZJONIJIET MHUX TA' QLIGĦ LI JSERVU D-DJAR (COPNI)

1. Akkomodazzjoni

1.0. Akkomodazzjoni

2. Saħħa

2.1. Prodotti mediċi, strumenti u tagħmir

2.2. Servizzi ta' outpatient

2.3. Servizzi ta' sptar

2.4. Servizzi ta' saħħa pubblika

2.5. Saħħa R u Ż

2.6. Servizzi oħra ta' saħħa pubblika

3. Rekreazzjoni u kultura

3.1. Servizzi ta' rekreazzjoni u sportivi

3.2. Servizzi kulturali

4. Edukazzjoni

4.1. Edukazzjoni pre-primarja u primarja

4.2. Edukazzjoni sekondarja

4.3. Edukazzjoni post-sekondarja mhux terzjarja

4.4. Edukazzjoni terzjarja

4.5. Edukazzjoni mhux mfissra b'livell

4.6. Edukazzjoni R u Ż

4.7. Servizzi oħra ta' edukazzjoni

5. Ħarsien soċjali

5.1. Servizzi ta' ħarsien soċjali

5.2. Ħarsien soċjali R u Ż

6. Reliġjon

6.0. Reliġjon

7. Partijiet politiċi, organizzazzjonijiet tax-xogħol u professjonali

7.1. Servizzi tal-partiti politiċi

7.2. Servizzi tal-organizzazzjonijiet tax-xogħol

7.3. Servizzi tal-organizzazzjonijiet professjonali

8. Ħarsien ambjentali

8.1. Servizzi ta' ħarsien ambjentali

8.2. Ħarsien ambjentali R u Ż

9. Servizzi n.e.c.

9.1. Servizzi n.e.c.

9.2. Servizzi R u Ż"

--------------------------------------------------

Top