Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002L0081

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/81/KE ta’ l-10 ta’ Ottubru 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tinkludi l-flumioxazine bħala sustanza attivaTest b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 276, 12.10.2002, pp. 28–30 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/81/oj

32002L0081



Official Journal L 276 , 12/10/2002 P. 0028 - 0030


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/81/KE

ta’ l-10 ta’ Ottubru 2002

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tinkludi l-flumioxazine bħala sustanza attiva

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tpoġġija fis-suq ta’ prodotti li jipproteġu l-pjanti [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/64/KE [2], partikolarment l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1) Bħal ma jingħad fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, fit-2 ta’ Mejju 1994, Franza rċiviet applikazzjoni minn Sumitomo SA biex is-sustanza attiva flumioxazine tiġi nkluża fl-Anness I għad- Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/631/KE [3] tat-12 ta’ Settembru 1997 ikkonfermat li l-inkartament kien "komplut", fis-sens li seta’ jiġi kkunsidrat bħala sodisfaċenti fil-prinċipju, id-data u l-informazzjoni mitluba fl- Annessi II u III għal Direttiva 91/414/KEE.

(2) Għal din is-sustanza attiva, kienu mkejjla l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent, skond dak li jingħad fl-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użu propost mill-applikant. Ir-rapporteur nominat mill-Istat Membru, fl-20 ta’ Jannar 1998 issottometta quddiem il-Kummissjoni abbozz ta’ rapport dwar is-sustanza.

(3) L-abbozz ta’ rapport ġie moqri mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali. Ir-rapport kien finalizzat fit-28 ta’ Ġunju fil-format tar-rapport tal-Kummissjoni għall-flumioxazine.

(4) L-inkartament u l-informazzjoni mir-rapport kienu sottomessi wkoll quddiem il-Kumitat Xjentifiku għall-Pjanti. Il-Kumitat kien mitlub jikkummenta dwar il-protokolli ta’ l-eżamijiet użati fi studji ta’ livell aktar ogħli biex jikkalkulaw l-effetti tas-sustanza attiva fuq pjanti ta’ l-ilma u dud ta’ l-art u fuq l-effetti għall-iżvilupp li jidher fi studji ta’ l-annimali. Fl-opinjoni tiegħu [4] il-Kumitat innota li l-istudji ta’ livell aktar ogħli li jeżistu dwar il-pjanti ta’ l-ilma m’humiex biżżejjed għal eżami sħiħ tar-relazzjoni bejn il-presenza tas-sustanza u l-effett. L-istudji dwar id-dud ta’ l-art u dawk dwar l-iżvilupp tossiku kienu kkunsidrati bħala biżżejjed u adegwati biex jappoġġjaw l-eżamijiet dwar ir-riskju. L-osservazzjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku ttieħdu inkonsiderazzjoni meta ġiet miktuba din id-Direttiva u r-rapport relevanti. Reviżjoni ta’ l-eżami dwar ir-riskju għal pjanti ta’ l-ilma sar abbażi ta’ l-istudju standard li jeżisti.

(5) Mid-diversi eżamijiet li saru deher li l-prodotti li jipproteġu l-pjanti li għandhom il-flumioxazine jistgħu jissodisfaw, b’mod ġenerali, dak li hemm mitlub fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, partikolarment dwar modi differenti ta’ l-użu tagħhom li kienu eżaminati u li ingħata dettalji dwarhom fir-Rapport tal-Kummissjoni. Għalhekk huwa ġust li fl-Anness I tiġi inkluża s-sustanza flumioxazine, biex ikun żgurat li l-Istati Membri kollha, l-awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti li jipproteġu l-pjanti u li għandhom fihom din is-sustanza, jkunu jistgħu jingħataw skond il-proviżjonijiet ta’ dik id-Direttiva.

(6) Ir-rapport tal-Kummissjoni huwa bżonjuż għall-implimentazzjoni proprja mill-Istati Membri, ta’ diversi taqsimiet ta’ prinċipji uniformi stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE. Għalhekk, huwa mitlub li r-rapport finali, apparti informazzjoni kunfidenzjali, għandu jinżamm mill-Istati Membri f’post fejn jista’ jiġi kkonsultat mill-partijiet kollha nteressati.

(7) Wara d-dħul, l-Istati Membri jridu jingħataw perjodu raġjonevoli biex jimplimentaw il-proviżjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE dwar il-prodotti li jipproteġu l-pjanti u li għandhom il-flumioxazine, u b’mod partikolari biex jaraw l-awtorizzazzjonijiet proviżorji eżistenti u, jingħataw l-aktar sa l-aħħar ta’ dan il-perjodu, biex jittrasformaw l-awtorizzazzjonijiet f’awtorizzazzjonijiet sħaħ, biex jemendawhom, jew biex jeliminawhom, skond kif stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE.

(8) Huwa għalhekk tajjeb li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata b’dan il-mod.

(9) Il-miżuri msemmija f’din id-Direttiva jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom iżommu r-rapport għall-flumioxazine, għajr għal informazzjoni kunfidenzjali, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 14 tad-Direttiva 91/414/KEE, f’post fejn jista’ jiġi kkonsultat mill-partijiet kollha nteressati jew inkella għandu jingħata lil dawn il-partijiet fuq talba speċifika.

Artikolu 3

L-Istati Membri jridu jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2003, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li hemm bżonn biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Wara, jridu jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

L-Istati Membri jridu jdaħħlu fis-seħħ dawn il-provvedimenti mill-1 ta’ Lulju 2003.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-provvedimenti, dawn iridu jkunu jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza simili meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw huma stess il-mod ta’ kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom jaraw l-awtorizzazzjoni għal kull prodott li jipproteġi l-pjanti u li jkun jinkludi fih il-flumioxazine biex jiżguraw li l-kondizzjonijiet dwar din is-sustanza attiva msemmija fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE qegħdin jiġu obduti. Fejn ikun hemm il-ħtieġa, l-Istati għandhom jemendaw jew jeliminaw din l-awtorizazzjoni, skond kif tgħid id-Direttiva 91/414/KEE qabel it-30 ta’ Ġunju 2003.

2. L-Istati Membri għandhom, għal kull prodott li jipproteġi l-pjanti u li għandu fih il-flumioxazine jew bħala l-unika sustanza attiva jew bħala waħda minn diversi sustanzi attivi li lkoll kienu elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE sal-1 ta’ Jannar 2003, jerġgħu jevalwaw il-prodott skond il-prinċipji uniformi msemmija fl-Anness VI għad-Direttiva 91/414/KEE, abbażi ta’ inkartament li jissodisfa dak li hemm stipulat fl-Anness III għal din l-istess Direttiva. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, huma għandhom jiddeterminaw jekk il-prodott jissodisfax il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4(1)(b), (ċ), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE. Fejn ikun hemm il-ħtieġa, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2004, huma għandhom jemendaw jew jikkanċellaw l-awtorizzazzjoni għal kull wieħed minn dawn il-prodotti simili li jipproteġu l-pjanti.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2003.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Maghmula fi Brussel, fl-10 ta’ Ottubru 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1.

[2] ĠU L 189, tat-18.7.2002, p. 27.

[3] ĠU L 262, ta’ l-24.9.1997, p. 7.

[4] Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti, fuq l-inklużjoni ta’ flumioxazine fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar it-tpoġġija fis-suq ta’ prodotti li jipproteġu l-pjanti (SCP/FLUMIO/002 – finali, tat- 23.5.2001).

--------------------------------------------------

ANNESS

Fl-Anness I dan li ġej huwa miżjud fl-aħħar tat-tabella:

"Nru | Isem Komuni, Numri ta' identifikazzjoni | Isem ta' l-IUPAC | Purita' | Dħul fis-seħħ | Meta tiskadi l-inklużjoni | Proviżjonijiet Speċifiċi |

39 | Flumioxazine CAS No 103361-09-7 CICAP No 578 | N-(7-fluoro-3,4-dihydro-3-oxo-4-prop-2-ynyl-2H-1,4-benzoxazin-6-yl)cyclohex-1-ene-1,2-dicarboximide | 960 g/kg | 1 ta' Jannar 2003 | 31 ta' Diċembru 2012 | Jista' jiġi awtorizzat biss l-użu bħala bexx. Biex jiġu implimentati l-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport dwar il-flumioxazine, partikolarment l-Appendiċi I u II tiegħu, kif finalizzati mill-Kumitat dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali fit-28 ta' Ġunju 2002 iridu jiġu kkunsidrati. Quddiem dan kollu, l-Istati Membri: jridu jikkunsidraw sew ir-riskju għal pjanti ta' l-ilma u għall-alka. Il-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għandhom, fejn ikun hemm il-bżonn, jinkludu miżuri li jnaqqsu r-riskji. |

--------------------------------------------------

Top