Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002L0078

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/78/KE ta' l-1 ta' Ottubru 2002 li tadatta għall-progress tekniku tad-Direttiva tal-Kunsill 71/320/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-mezzi ta' l-ibbrejkjar ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

ĠU L 267, 4.10.2002, pp. 23–26 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Impliċitament imħassar minn 32009R0661

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/78/oj

32002L0078



Official Journal L 267 , 04/10/2002 P. 0023 - 0026


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/78/KE

ta' l-1 ta' Ottubru 2002

li tadatta għall-progress tekniku tad-Direttiva tal-Kunsill 71/320/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-mezzi ta' l-ibbrejkjar ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/116/KE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 71/320/KEE tas-26 ta' Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-mezzi ta' l-ibbrejkjar ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [3], kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 98/12/KE [4], u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva 71/320/KEE hija waħda mid-Direttivi separati tal-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE li ġiet stabbilita permezz tad-Direttiva 70/156/KEE. Konsegwentament, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 70/156/KEE li għandhom x'jaqsmu ma' sistemi, komponenti u l-unitajiet tekniċi separati ta' vetturi japplikaw għad-Direttiva 71/320/KEE.

(2) Mhuwiex ikkunsidrat neċessarju li jiġu applikati il-ħtiġiet li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-assemblaġġi tal-brake linings mibdula wara l-bejgħ għal dawk l-assemblaġġi użati fl-approvazzjoni tas-sistema ta' l-ibbrejkjar, basta li tali assemblaġġi jistgħu ikunu identifikati in konformita' mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva.

(3) Huwa neċessarju li tkun iċċarata l-applikazzjoni tad-Direttiva 71/320/KEE għall-assemblaġġi tal-brake linings mibdula wara l-bejgħ fir-rigward ta' l-immarkar u l-imballaġġ tagħhom. Hemm bżonn li ssir differenza bejn dawk l-assemblaġġi ta' brake lining ta' tibdil li huma identiċi għat-tagħmir oriġinali pprovduti għall-vetturi speċifikati u dawk li mhumiex.

(4) Id-Direttiva 71/320/KEE għandha tiġi hekk emendata.

(5) Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma inkonformita' ma' l-opinjoni tal-Kumitat għall-Addattament għall-Progress Tekniku stabbilit permezz tad-Direttiva 70/156/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-Annessi I, IX u XV għad-Direttiva 71/320/KEE huma emendati skond l-Anness għal din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

B'effett mill-1 ta' Jannar ta' l-2003 l-Istati Membri m'għandhomx, għal raġunijiet li jirrigwardaw is-sistemi ta' l-ibbrejkjar ta' vettura, jipprojbixxu l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' brake linings ta' tibdil jekk il-brake linings ta' tibdil ikunu konformi mal-ħtiġiet tad-Direttiva 71/320/KEE, kif emendata permezz ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 3

1. B'effett mill-1 ta' Ġunju 2003 l-Istati Membri jistgħu, għal raġunijiet li jirrigwardaw is-sistemi ta' l-ibbrejkjar ta' vettura, jipprojbixxu l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' brake linings ta' tibdil jekk il-brake linings ta' tibdilma jikkonformawx mal-ħtiġiet tad-Direttiva 71/320/KEE, kif emendata permezz ta' din id-Direttiva.

2. Minkejja d-dispożizzjoni ta' paragrafu 1, għall-iskop ta' partijiet ta' tibdil, l-Istati Membri għandhom jippermettu l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' brake linings ta' tibdil maħsuba għall-immuntar fuq tipi ta' vetturi li għalihom l-approvazzjoni tat-tip ingħatat qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 71/320/KEE, kif emendata permezz tad-Direttiva 98/12/KE, u fuq il-kondizzjoni li tali brake linings ta' tibdil ma jiksrux id-dispożizzjonijiet tal-verżjoni ta' qabel tad-Direttiva 71/320/KEE, kif emendata permezz tad-Direttiva 98/12/KE, li kienet applikabbli fiż-żmien tad-dħul fis-servizz ta' dawn il-vetturi. Fi kwalunkwe każ dawn il-brake linings m'għandhomx ikollhom l-asbestos.

L-Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru ta' l-2002. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif tali referenza għandha ssir.

L-Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, FI - I ta' Ottubru 2002.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

[2] ĠU L 18, tal-21.1.2002, p. 1.

[3] ĠU L 202, tas-6.9.1971, p. 37.

[4] ĠU L 81, tat-18.3.1998, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Annessi għad-Direttiva 71/320/KEE huma emendati kif ġej:

1. Fl-Anness I, il-punt 2, il-punti segwenti 2.3 sa 2.3.4 huma miżjuda:

"2.3 Brake linings u assemblaġġi tal-brake linings

2.3.1 Assemblaġġi tal-brake linings użati sabiex jissostitwixxu l-komponenti fl-aħħar tal-ħajja tal-ħidma tagħhom għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet fl-Anness XV għal dawk il-kategoriji ta' vetturi speċifikati f'punt 1.1 ta' l-Anness XV.

2.3.2 Madankollu, fejn l-assemblaġġi tal-brake linings huma ta' tip kopert permezz tal-punt 1.2 ta' l-Addendum għall-Anness IX u huma intenzjonati għal muntaġġ fuq vettura/fus/brejk għal liema jirreferi d-dokument relevanti ta' approvazzjoni tat-tip, m'għandhomx bżonn li jikkonformaw ma' l-Anness XV sakemm iwettqu l-ħtiġiet f'punti 2.3.2.1 sa 2.3.2.2.

2.3.2.1 Immarkar

L-assemblaġġi tal-brake linings għandu jkollhom mill-inqas l-identifikazzjonijiet segwenti:

2.3.2.1.1. L-isem jew trade mark tal-manifattur tal-vettura u/jew komponent;

2.3.2.1.2. Għamla u numru ta' identifikazzjoni tal-parti tal-assemblaġġ tal-brake linings kif irrekordjat fl-informazzjoni msemmi f'punt 2.3.4.

2.3.2.2 Imballaġġ

L-assemblaġġi tal-brake linings għandhom ikunu imballati f'settijiet ta' fusijiet bi qbil mal-ħtiġiet li ġejjin:

2.3.2.2.1 Kull pakkett għandu jkun issiġillat u magħmul b'tali mod li juri ftuħ ta' qabel:

2.3.2.2.2. Kull pakkett għandu juri mill-inqas:

2.3.2.2.2.1. Il-kwantita' ta' assemblaġġi ta' brake linings li għandu;

2.3.2.2.2.2. L-isem jew it-trade mark tal-manifattur tal-vettura u/jew tal-komponent;

2.3.2.2.2.3. Għamla u n-numru/i ta' identifikazzjoni tal-parti tal-assemblaġġ/i tal-brake linings, kif irrekordjati fl-informazzjoni msemmija f'punt 2.3.4.

2.3.2.2.2.4. Numru/i tal-parti tas-sett ta' fus, kif irrekordjat fl-informazzjoni msemmija f'punt 2.3.4.

2.3.2.2.2.5. Informazzjoni biżżejjed għall-konsumatur sabiex jidentifika il-vetturi/fusijiet/brejkijiet għal liema l-kontenuti huma approvati.

2.3.2.2.3 Kull pakkett għandu jkollu istruzzjonijiet ta' muntaġġ b'referenza partikolari għall-partijiet anċillari u li jindikaw li l-assemblaġġi tal-brake linings għandhom ikunu sostitwiti fis-settijiet ta' fus.

2.3.2.2.3.1. L-istruzzjonijiet tal-muntaġġ jistgħu alternattivament ikunu provduti f'reċipjent trasparenti separat flimkien mal-pakkett ta' l-assemblaġġ tal-brake lining.

2.3.3. Assemblaġġi tal-brake linings provduti lill-manifatturi tal-vetturi esklussivament għall-użu matul l-assemblaġġ ta' vetturi m'għandhomx bżonn jikkonformaw mal-ħtiġiet ta' punti 2.3.2.1 u 2.3.2.2 hawn fuq imsemmija.

2.3.4. Il-manifattur tal-vettura għandu jipprovdi lis-servizz tekniku u/jew l-awtorita' ta' approvazzjoni, l-informazzjoni neċessarja f'format elettroniku li jagħmel konnessjoni bejn in-numri tal-partijiet relevanti u d-dokumentazzjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip.

Din l-informazzjoni għandu jkollha:

- għamla/iet u tip/i ta' vettura

- għamla/iet u tip/i ta' brake linings

- numru/i tal-parti u kwantità ta' assemblaġġi ta' brake linings

- numru/i tal-parti tas-sett ta' fus

- numru ta' l-approvazzjoni tat-tip tas-sistema ta' l-ibbrejkjar tat-tip/i ta' vettura relevanti."

2. L-Anness IX, l-Appendiċi 1, huwa emendat kif ġej:

(a)

L-ewwel linja taċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE huwa sostitwit permezz tas-segwenti:

"Komunikazzjoni [1] li tikkonċerna il-"

(b) Fl-addendum għaċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, il-punti 1.2, 1.2.1 u 1.2.2 huma sostitwiti permezz tas-segwenti:

"1.2 Brake linings

1.2.1 Brake linings ittestjati għall-preskrizzjonijiet kollha relevanti ta' l-Anness II

1.2.1.1. Għamla/iet u tip/i ta' brake linings

1.2.2. Brake linings alternattivi ttestjati fl-Anness XII

1.2.2.1. Għamla/iet u tip ta' brake linings:"

3. L-Anness XV huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt 6.1 huwa sostitwit permezz tas-segwenti:

"Assemblaġġi ta' brake linings ta' tibdil li jikkonformaw ma' tip approvat skond din id-Direttiva għandhom ikunu imballati f'settijiet ta' fus."

(b) Il-punt 6.3.4 huwa sostitwit permezz tas-segwenti:

"biżżejjed għall-konsumatur li jidentifika l-vetturi/fusijiet/brejkijiet għal liema l-kontenuti huma approvati."

[1] Fuq it-talba ta' applikant(i) għall-approvazzjoni għall-Anness XV tad-Direttiva 71/320/KEE, l-informazzjoni msemmija fl-Anness IX, l-Appendiċi 3 tad-Direttiva 71/320/KEE għandha tkun ipprovduta mill-Awtorità ta' l-Approvazzjoni tat-Tip. Madankollu, din l-informazzjoni m'għandiex tkun ipprovduta għal skopijiet oħra ħlief ta' approvazzjonijiet għall-Anness XV tad-Direttiva 71/320/KEE.

--------------------------------------------------

Top