Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002L0050

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/50/KE tas-6 ta' Ġunju 2002 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 1999/36/KE dwar it-trasport ta' l-apparat ta' pressjoniTest b'relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 149, 7.6.2002, p. 28–28 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2011; Impliċitament imħassar minn 32010L0035

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/50/oj

32002L0050



Official Journal L 149 , 07/06/2002 P. 0028 - 0028


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/50/KE

tas-6 ta' Ġunju 2002

li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 1999/36/KE dwar it-trasport ta' l-apparat ta' pressjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 1999/36/KE tad-29 ta' April 1991 dwar l-apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr [1], b'mod partikolari l-Artikolu 14 tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/2/KE [2] emendat il-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni previsti fid-Direttiva 1999/36/KE rigward l-kombinazzjoni tal-moduli li għandha tiġi segwita għall-valutazzjoni dwar il-konformità ta' reċipjenti ġodda u ta' tankijiet ġodda.

(2) Dawn il-moduli għandhom jinbidlu biex tiġi żgurata koerenza aħjar bejniethom.

(3) L-Anness IV li jinsab mad-Direttiva 1999/36/KE għandu, għalhekk, jiġi emendat kif imiss.

(4) Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-trasport tal-merkanzija perikoluża,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Fl-Anness IV il-Parti I, fil-modulu D, il-punt 1, l-ewwel sentenza, il-punt 3.1, it-tieni subparagrafu, it-tielet inċiż u l-punt 3.2, l-ewwel subparagrafu, il-kliem "ċertifikat ta' eżami tat-tip tal-KE" qed jinbidel bil-kliem "ċertifikat ta' l-eżami tat-tip tal-KE jew ċertifikat ta' l-eżami skond il-pjan tal-KE".

L-Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa' l-1 ta' Jannar 2003. Huma għandhom minnufih javżaw b'dan lill-Kummissjoni.

Fejn l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabilixxu kif għandha ssir dik ir-referenza.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum li jiġi wara dak li fih din tiġi ppublikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-6 ta' Ġunju 2002.

Għall-Kummissjoni

Loyola De Palacio

Viċi-President

[1] ĠU L 138, ta' l-1.6.1999, p. 20.

[2] ĠU L 5, ta' l-10.1.2001, p. 4.

--------------------------------------------------

Top