Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002L0047

Id-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali

ĠU L 168, 27.6.2002, p. 43–50 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 12/08/2022

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/47/oj

32002L0047



Official Journal L 168 , 27/06/2002 P. 0043 - 0050


Id-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tas-6 ta' Ġunju 2002

dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbillixxi il-Komunità Ewropea, u partikularment l-Artiklu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mressqa mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew [2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Huma jaġixxu skond il-proċedura imfassla fl-Artiklu 251 tat-Trattat [4],

Billi:

(1) Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta' Mejju 1998 dwar sistemi ta' finalizzar ta' pagamenti u ta' finalizzar ta' garanziji [5] hija l-pilastru dwar it-twaqqif ta' qafas legali sod għas-sistemi ta' ħlasijiet u finalizzar ta' garanziji. L-implimentazzjoni ta' dik id-Direttiva wriet l-importanza li jiġi limitat ir-riskju sistematiku eżistenti, u li joħorġu minn influwenzi differenti ta' diversi ġurisdizzjonijiet, u l-benefiċċji ta' regoli komuni f'relazzjoni ma' kollaterali kostitwiti ma' sistemi bħal dawn.

(2) Fil-komunika tagħha tal-11 ta' Mejju 1999 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar servizzi finanzjarji: sabiex timplimenta il-qafas għal swieq finanzjarji: pjan t'azzjoni, il-Kummissjoni obbligat ruħha illi, wara konsultazzjoni ma' l-esperti tas-suq u l-awtoritajiet nazzjonali, sabiex taħdem fuq proposti oħra għall-azzjoni leġislattiva dwar kollaterali, li jħeġġu aktar progress fil-qasam tal-kollaterali, oltre d-Direttiva 98/26/KE.

(3) Għandu jiġi mwaqqaf reġim tal-Komunità, sabiex jipprovdi għal garanziji u flus bħala kollaterali kemm taħt imgħax tal-garanziji, kif ukoll strutturi ta' trasferiment ta' titolu inkluż ftehim ta' xiri mill-ġdid (repos). Dan jikkkontribwixxi għall-integrazzjoni u l-konvenjenza tas-suq finanzjarju, kif ukoll l-istabbilità tas-sistema finanzjarja fil-Komunità, u b'hekk tappoġġja l-libertà sabiex jiġu pprovduti servizzi u l-moviment ħieles tal-kapital f'suq wieħed fis-servizzi finanzjarji. Din id-Direttiva tiffoka fuq arranġamenti finanzjarji kollaterali.

(4) Din id-Direttiva hija addotata f'kuntest legali Ewropew li jikkonsisti partikularment minn din id-Direttiva 98/26/KE, kif ukoll id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta' l-4 t'April 2001 [6] dwar l-organizazzjoni mill-ġdid u x-xoljiment ta' impriżi ta' assigurazzjoni [7] u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar proċeduri ta' falliment [8]. Din id-Direttiva hija in linea mal-mudell ġenerali ta' dawn l-atti legali preċedenti, u mhux kuntrarja għalih. Ċertament, din id-Direttiva tikkumplimenta dawn l-atti legali eżistenti billi titratta kwistjonijiet oħra, u tmur lil hinn minnhom in konnessjoni ma' materji partikulari, ġia trattati minn dawn l-atti.

(5) Sabiex tiġi mtejba iċ-ċertezza legali ta' l-arranġamenti finanzjarji kollaterali, l-Istati Membri iridu jassiguraw li ċerti dispożizzjonijiet dwar il-liġi tal-falliment ma japplikawx għal dawn l-arranġamenti, partikularment dawk li jinibixxu ir-realizazzjoni effettiva tal-kollateral finanzjarju, jew jixħtu dubbju dwar il-validità ta' tekniċi korrenti bħall-close-out netting bilaterali, l-għoti ta' kollateral addizzjonali fil-foma ta' kollateral top-up u s-sostituzzjoni tal-kollateral.

(6) Din id-Direttiva ma tindirizzax drittijiet li kwalunkwe persuna jista jkollha dwar assi kif provdut fil-kollateral finanzjarju, u li jqumu xort'oħra, iżda mhux taħt it-termini tal-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju u xort' oħra, mhux a bażi ta' kwalunkwe dispożizzjoni jew regola tal-liġi li tiġi minħabba l-bidu jew kontinwazzjoni tal-proċess ta' stralċ jew miżuri ta' organizazzjoni mill-ġdid, bħal restituzzjoni li tiġi minn nuqqas, żball jew inkapaċita.

(7) Il-prinċipju fid-Direttiva 98/26/KE, fejn il-liġi applikabbli ta' garanziji fit-tniżżil fuq il-ktieb kif ipprovdut bħala kollateral hija l-liġi tal-ġuriżdizzjoni ta' fejn jinsab ir-reġistru relevanti, il-kont jew is-sistema ta' depożitu ċentrali, għandu jiġi estiż sabiex joħloq ċertezza legali dwar l-użu ta' dawn il-garanziji miżmuma f'kuntest matul il-fruntieri, u wżat bħala kollateral finanzjarju taħt l-iskop ta' din id-Direttiva.

(8) Ir-regola lex rei sitae, li fuqha l-liġi applikabbli sabiex jiġi determinat jekk arranġament dwar il-kollateral finanzjarju huwa pperfezzjonat kif suppost, u għalhekk tajjeb kontra partijiet terzi, hija l-liġi tal-pajjiż fejn jinsab il-kollateral finanzjarju, hija bħalissa rikonoxxuta mill-Istati Membri kollha. Mingħajr ma tħalli effett fuq l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, għal garanziji miżmuma direttament, il-lok ta' garanziji fit-tniżżil fuq il-ktieb, ipprovdut bħala kollateral finanzjarju u miżmuma minn intermedjarju wieħed jew aktar, għandu jiġi determinat. Jekk min jakkwista l-kollateral ikollu arranġament kollaterali validu u effettiv skond il-liġi tal-pajjiż li fih jinżamm il-kont relevanti, il-validità kontra kwalunkwe titlu jew interess li jikkompeti, u l-enforzabilita tal-kollateral għandu jiġi regolat biss mill-liġi ta' dak il-pajjiż, u għalhekk tiġi evitata l-inċertezza legali bħala riżultat ta' leġislazzjoni oħra, mhux prevista.

(9) Sabiex jiġu limitati il-piżijiet amministrattivi għall-partijiet li jużaw il-kollateral finanzjarju bl-iskop ta' din id-Direttiva, l-unika bżonn ta' perfezzjoni li l-liġi nazzjonali tista timponi dwar il-kollateral finanzjarju, għandu jkun dak li jiġi mwassal, trasferit, miżmum, reġistrat jew kif xort'oħra msejjaħ il-kollateral finanzjarju, sabiex ikun f'pusses jew taħt il-kontroll ta' minn jakkwista l-kollateral, jew ta' persuna li taġixxi għan-nom ta' min jakkwista l-kollateral, mingħajr ma jeskludi tekniċi kollaterali, fejn min jipprovdi l-kollateral huwa permess li jissostitwixxi l-kollateral jew jirtira l-kollateral eċċessiv.

(10) Għall-istess raġunijiet, il-ħolqien, validità, perfezzjoni, enforzabilità jew ammissibilità fl-evidenza ta' arranġament dwar kollateral finanzjarju, jew l-għoti ta' kollateral finanzjarju taħt arranġament dwar kollateral finanzjarju, m'għandhux isir dipendenti fuq it-twettiq ta' kwalunkwe att formali bħall-eżekuzzjoni ta' kwalunkwe dokument f'xi forma speċifika jew b'xi manjiera partikulari, it-twettiq jew preżentazzjoni ma' kwalunkwe korp uffiċċjali jew pubbliku, jew reġistrazzjoni f'xi reġistru pubbliku, reklam f'gazzetta jew ġurnal, f'reġistru uffiċċjali jew publikazzjoni, jew fi kwalunkwe forma oħra, notifika lil uffiċċjal pubbliku jew l-għoti ta' evidenza f'forma partikulari bħala d-data ta' l-esekuzzjoni ta' dokument jew strument, l-ammont ta' l-obbligazzjonijiet finanzjarji relevanti jew kwalunkwe materja oħra. Din id-Direttiva iżda, għandha tipprovdi bilanċ bejn l-effiċjenza fis-suq, u s-sigurtà tal-partijiet għall-arranġament u partjiet terzi, b'hekk jiġi evitat inter alia, ir-riskju ta' frodi. Dan il-bilanċ għandu jintlaħaq, permezz ta' l-iskop ta' din id-Direttiva, li tkopri biss dawn l-arranġamenti dwar il-kollateral finanzjarju li jipprovdu għal xi forma ta' spussess, i.e. l-għoti ta' kollateral finanzjarju, u meta l-għoti tal-kollateral finanzjarju jista jintwera bil-miktub jew f'medju li jservi, sabiex jiġi assigurat li jkun intraċċat dak il-kollateral. Bil-għanijiet ta' din id-Direttiva, atti meħtieġa taħt il-liġi ta' Stat Membru bħala kondizzjonijiet għat-trasferiment jew ħolqien t'interess ta' garanzija jew strumenti finanzjarji, oltre garanziji ta' tniżżil fil-ktieb, bħall-approvazzjoni fil-każ ta' strumenti għall-ordni, jew reġistrazzjoni fir-reġistru ta' minn ikun qiegħed joħroġ, fil-każ ta' strumenti reġistrati, m'għandhomx jitqiesu bħala atti formali.

(11) Inoltre, din id-Direttiva għandha tipproteġi biss, l-arranġamenti dwar il-kollaterali finanzjarji, li jistgħu jiġu testimonjati. Din l-evidenza tista tingħata bil-mikub, jew fi kwalunkwe manjiera oħra legali u enforzabbli, pprovduta mil-liġi applikabbli għall-arranġament ta' kollateral finanzjarju.

(12) Is-simplifikazzjoni ta' l-użu tal-kollateral finanzjarju, permezz tal-limitazzjoni ta' piżijiet amministrattivi, tippromovi l-effiċjenza ta' l-operazzjonijiet matul il-fruntieri tal-Bank Ċentrali Ewropew, u l-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri, li jipparteċipaw f'unjoni ekonomika u monetarja, meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' politika monetarja komuni. Aktar minn hekk, l-għoti ta' protezzjoni limitata ta' arranġamenti dwar kollaterali finanzjarji minn xi regoli tal-liġi dwar il-falliment b'żieda, jagħti appoġġ lill-aspett aktar wiesa' ta' politika monetarja komuni, fejn il-parteċipanti fis-suq tal-flus, jibbilanċjaw l-ammont globali ta' likwidita fis-suq fosthom, permezz ta' negozji matul il-fruntieri, appoġġjati minn kollateral.

(13) Din id-Direttiva tfittex li tipproteġi l-validita ta' l-arranġamenti dwar il-kollateral finanzjarju li huma bbażati fuq it-trasferiment tal-propjeta assoluta tal-kollateral finanzjarju (inklużi ftehim dwar xiri mill-ġdid), bħala interessi ta' garanzija.

(14) L-enforzabilita tal-close-out netting bilaterali, għandu jkun protett, mhux biss bħala mekkaniżmu t'enforzar għall-arranġamenti ta' trasferiment ta' titolu, nklużi ftehim dwar xiri mill-ġdid, iżda b'mod aktar wiesa', fejn il-close-out netting jifforma parti mill-kollateral finanzjarju. Prattiċi tajba dwar l-immaniġġjar tar-riskju, użati b'mod komuni fis-suq finanzjarju, għandhom jiġu protetti, billi jippermetti li l-parteċipanti jimmaniġġjaw u jnaqqsu l-espożizzjoni tal-krediti tagħhom, li jkunu ġejjin minn kull tip ta' negozji finanzjarji fuq bażi netti, fejn l-espożizzjoni tal-krediti hija kalkulata billi jiġu kombinati l-espożizzjonijiet korrenti kalkulati, taħt in-negozji kollha ta' barra minn hawn, ma' kontroparti, u b'hekk jiġu mpaċija oġġetti reċiproċi sabiex jiġi prodott ammont wieħed aggregat, li jiġi mqabbel mal-valur korrenti tal-kollateral.

(15) Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall kwalunkwe restrizzjonijiet jew ħtiġijiet taħt il-liġi nazzjonali dwar kif jinġiebu t-talbiet, jew obbligazzjonijiet għat-tpaċija, jew dwar netting, per eżempju dawk dwar ir-reċiproċità jew il-fatt li jkunu ġew konklużi qabel ma' minn ikun akkwista l-kollateral ikun jaf, jew suppost jaf dwar il-bidu (jew dwar kwalunkwe att legali mandatorju li jwassal għall-bidu) tal-proċeduri ta' xoljiment, jew organizazzjoni mill-ġdid, dwar min ikun qiegħed jipprovdi l-kollateral.

(16) Il-prattiċi tajba tas-suq, ippreferiti mir-regolaturi, fejn il-parteċipanti fis-suq finanzjarju jużaw arranġamenti finanzjarji top-up dwar il-kollateral, sabiex jimmaniġġjaw, u jillimitaw ir-riskju tagħhom tal-kreditu, lil xulxin, permezz ta' kalkoli minn suq għal suq, dwar il-valur korrenti ta' l-espożizzjoni tal-kreditu, fis-suq korrenti, u l-valur tal-kollateral finanzjarju, għandu jiġi protett kontra ċerti regoli awtomatiċi dwar evitar. L-istess japplika għall-possibilita li jiġu sostitwiti assi oħra ta' l-istess valur, ma' assi pprovduti bħala kollateral finanzjarju. "L-intenzjoni hija biss illi l-għoti ta' kollateral finanzjarju top-up, jew ta' sostituzzjoni, ma' jistax jiġi kontestat a bażi biss tal-fatt li l-obbligazzjonjiet finanzjarji relevanti kienu jeżistu qabel ikun ġie pprovdut il-kollateral finanzjarju, jew li l-kollateral finanzjarju kien ipprovdut matul terminu preskritt. Iżda, dan ma jippreġudikax il-possibilita ta' kontestazzjoni taħt il-liġi nazzjonali, ta' l-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju u l-għoti tal-kollateral finanzjarju bħala parti mill-għoti inizzjali, top-up, jew sostituzzjoni tal-kollateral finanzjarju, per eżempju fejn dan ikun sar intenzjonalment għad-detriment ta' kredituri oħrajn (dan ikopri inter alia azzjonijiet ibbażati fuq frodi jew regoli simili t'evitar li jistgħu japplikaw f'terminu preskritt)."

(17) Din id-Direttiva tipprovdi għall proċeduri t'enforzar rapidi u mhux formali, sabiex tipproteġi l-istabbilita finanzjarja u tillimita l-effetti kontaġġjużi fil-każ li parti tkun inadempjenti għall-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju. Iżda, din id-Direttiva tibbillanċja l-obbjettivi ta' l-aħħar, mal-protezzjoni ta' min jipprovdi l-kollateral finanzjarju, u terzi persuni, billi b'mod espliċitu tikkonferma l-possibilità għal Stati Membri sabiex iżommu jew jintroduċu fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, kontroll għal wara, li l-Qrati jkunu jistgħu jeżerċitaw in relazzjoni mar-realizazzjoni jew l-ivvalutar tal-kollateral finanzjarju u l-kalkolu ta' l-obbligazzjonijiet finanzjarji rilevanti. Dan il-kontroll għandu jippermetti lil awtoritajiet ġudizzjarji sabiex jivverifikaw illi r-realizazzjoni jew l-ivvalutar ikun sar b'manjiera kummerċjali raġonevoli.

(18) Għandu jkun possibbli li jiġu pprovduti flus kontanti bħala kollateral, kemm taħt trasferiment ta' titolu u strutturi assigurati, protetti rispettivament permezz tar-rikonoxximent tan-nettingjew bir-rahan tal-kollateral bi flus kontanti. Flus kontanti tfisser biss flus li huma rappreżentati permezz ta' kreditu f'kont, jew talbiet simili dwar ħlas mill-ġdid ta' flus (bħal depożiti ta' flus fis-suq), u għalhekk espliċitament esklużi karti tal-flus.

(19) Din id-Direttiva tipprovdi għal dritt ta' użu fil-każ t'arranġamenti dwar kollaterali finanzjarji ta' garanzija li jżidu l-likwidita fis-suq finanzjarju minn dan l-użu mill-ġdid ta' "garanziji" ta' rahan. Dan l-użu mill-ġdid iżda għandu jkun mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni nazzjonali dwar is-separazzjoni ta' assi u t-trattament mhux ġust ta' kredituri.

(20) Din id-Direttiva ma tippreġudikax l-operat u l-effett tat-termini kuntrattwali ta' l-istrumenti finanzjarji pprovduti bħala kollateral finanzjarju, bħal drittijiet u obbligazzjonijiet u kondizzjonijiet oħra nklużi fi-termini tal-ħruġ u ta' kwalunkwe drittijiet u obbligazzjonijiet oħra u kondizzjonijiet oħra li japplikaw bejn min joħroġ u min ikollu f'idejh dawn l-istrumenti.

(21) Dan l-Att huwa konformi mad-drittijiet fundamentali u jsegwi l-prinċipji mfassla partikularment, fil-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea.

(22) Peress illi l-objettiv ta' l-azzjoni proposta, primarjament sabiex jiġi kkreat reġim minimu dwar l-użu tal-kollateral finanzjarju, ma jistax ikun milħuq b'mod suffiċċjenti mill-Istati Membri, u għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta' l-azzjoni, jista jkun akkwistat aħjar fuq l-livell tal-Komunità, il-Komunità tista taddotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjeta kif imfassal fl-Artiklu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif imfassal f'dak l-Artiklu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-obbjettiv,

ADDOTTAW DIN ID-DIRETTIVA

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1. Din id-Direttiva tistabbilixxi reġim tal-Komunità applikabbli għall-arranġamenti dwar il-kollateral finanzjarju li jissodisfaw il-ħtiġijiet mfassla f'paragrafi 2 u 5, u għall-kollateral finanzjarju skond il-kondizzjonijiet imfassla f'paragrafi 4 u 5.

2. Min jieħu l-kollateral u min jipprovdi l-kollateral, iridu jkunu t-tnejn jappartjenu għal wieħed mis-segwenti kategoriji:

(a) awtorità pubblika (esklużi impriżi li huma garantiti pubblikament, sakemm ma jkunux jaqaw taħt il-punti (b) sa (e)), inkluż:

(i) korpi mis-settur pubbliku ta' l-Istati Membri li jkunu responsabbli jew jintervjenu fit-tmexxija tad-dejn pubbliku, u

(ii) korpi mis-settur pubbliku ta' l-Istati Membri awtorizzati sabiex iżommu kontijiet għall-konsumaturi;

(b) bank ċentrali, il-Bank Ċentrali Ewropew, Il-Bank dwar Ħlasijiet Internazzjonali, bank dwar l-iżvilupp multilaterali kif definit fl-Artiklu 1(19) tad-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Marzu 2000, dwar it-teħid u tfittxija tan-negozju ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu [9], il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank dwar l-Investiment Ewropew;

(ċ) istituzzjoni finanzjarja soġġetta għas-superviżjoni prudenzjali, nkluż:

(i) istituzzjoni ta' kreditu kif definit fl-Artiklu 1(1) tad-Direttiva 2000/12/KE, inklużi l-istituzzjonijiet elenkati fl-Artiklu 2(3) ta' dik id-Direttiva;

(ii) azjenda t'investiment kif definita fl-Artiklu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE ta' l-10 ta' Mejju 1993 dwar is-servizzi t'investiment fil-qasam tal-garanziji [10];

(iii) istituzzjoni finanzjarja kif definita fl-Artiklu 1(5) tad-Direttiva 2000/12/KE;

(iv) impriża ta' l-assigurazzjoni kif definita fl-Artiklu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 dwar il-kordinazzjoni tal-liġijiet, regolamenti, u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar l-assigurazzjoni diretta oltre dik fuq il-ħajja [11] u impriża ta' l-assigurazzjoni fuq il-ħajja kif definita fl-Artiklu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE ta' l-10 ta' Novembru 1992 dwar il-kordinazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar l-assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja [12];

(v) impriża għall-investiment kollettiv f'garanziji trasferibbli (IKFGT) kif definiti fl-Artiklu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar il-kordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar l-impriżi għall-investiment kollettiv f'garanziji trasferibbli (IKFGT) [13];

(vi) kumpannija ta' tmexxija kif definita fl-Artiklu 1a(2) tad-Direttiva 85/611/KEE;

(d) kontroparti ċentrali, aġent ta' ħlas jew dar ta' tneħħija, kif definiti rispettivament fl-Artiklu 2(ċ), (d) u (e) tad-Direttiva 98/26/KE, inklużi istituzzjonijiet simili regolati taħt il-liġi nazzjonali, li jaġixxu fil-futur, għażliet u swieq derivattivi sa l-estent mhux kopert minn dik id-Direttiva, u persuna, oltre persuna naturali, li taġixxi ġo amministrazzjoni fiduċjarja jew kapaċità rappreżentattiva għan-nom ta' kwalunkwe wieħed jew aktar persuni li jinkludu kwalunkwe persuni li għandhom f'idejhom ishma, jew persuni li għandhom f'idejhom forom oħra ta' debiti garantiti jew kwalunkwe istituzzjoni kif definita fil-punti (a) sa (d);

(e) persuna oltre persuna naturali, nklużi azjendi mhux inkorporati u soċjetajiet, kemm-il darba l-parti l-oħra hija istituzzjoni kif definita fil-punti (a) sa (d).

3. Stati Membri jistgħu jeskludu mill-iskop ta' din id-Direttiva, arranġamenti dwar kollateral finanzjarju fejn waħda mill-partijiet hija persuna msemmija fil-paragrafu 2(e).

Jekk jagħmlu użu minn din l-għażla l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, li għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra tagħha.

4. (a) Il-kollateral finanzjarju li jrid jiġi pprovdut irid jikkonsisti fi flus kontanti jew strumenti finanzjarji.

(b) Stati Membri jistgħu jeskludu mill-iskop ta' din id-Direttiva, kollateral finanzjarju li jikkonsisti mill-ishma ta' min qed jipprovdi l-kollateral stess, ishma f'impriżi affiljati fi ħdan it-tifsira tas-seba' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta' Ġunju 1983 dwar il-kontijiet konsolidati [14], u ishma f'impriżi li l-iskop esklussiv tagħhom huwa li jkollhom mezz ta' produzzjoni li huma essenzali għan-negozju ta' min jipprovdi l-kollateral jew li jkollhom propjeta immobli.

5. Din id-Direttiva tapplika għall-kollateral finanzjarju, ladarba tkun ġiet ipprovduta u jekk dik l-għotja tkun tista tiġi testimonjata bil-mikub.

Ix-xhieda ta' l-għoti ta' kollateral finanzjarju għandha tippermetti għall-identifikazzjoni tal-kollateral finanzjarju li għalih japplika. Għal dan il-għan, huwa biżżejjed li jiġi ppruvat illi l-kollateral tal-garanziji tat-tiniżżil fil-ktieb, ikunu ġew ikkreditati ġo kont magħżul.

Din id-Direttiva tapplika għall-arranġamenti dwar il-kollateral finanzjarju, jekk dak l-arranġament jista jkun testimonjat bil-miktub jew b'manjiera legali ekwivalenti.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1. Għall għanijiet ta' din id-Direttiva:

(a) "arranġament dwar kollateral finanzjarju" tfisser arranġament kollaterali finanzjarju dwar trasferiment ta' titlu jew arranġament dwar kollaterali finanzjarju ta' garanzija, irrispettivament jekk humiex koperti jew le minn ftehim primarju jew termini ġenerali u kondizzjonijiet;

(b) "arranġament kollaterali finanzjarju dwar trasferiment ta' titlu" jfisser arranġament, li jinkludi ftehim dwar xiri mill-ġdid, liema ftehim taħtu min jipprovdi l-kollateral, jittrasferixxi il-propjeta sħiħa tal-kollateral finanzjarju lil min jakkwista l-kollateral, bil-għan li jassigura jew mod ieħor ikopri r-rendiment ta' l-obbligazzjonijiet finanzjarji rilevanti;

(ċ) "arranġament kollaterali finanzjarju" jfisser arranġament, liema arranġament taħtu, min jipprovdi l-kollateral, jipprovdi kollateral finanzjarju permezz ta' garanzija favur ta' jew lil, min jakkwista l-kollateral, u meta l-propjeta sħiħa tal-kollateral finanzjarju tibqa ma' min ikun jipprovdi il-kollateral, meta id-dritt tas-sigurtà ikun stabbillit;

(d) "flus kontanti" tfisser flus ikkreditati ġo kont bi kwalunkwe munita, jew talbiet simili għall-ħlas mill-ġdid ta' flus, bħal depożiti fis-suq tal-flus;

(e) "strumenti finanzjarji" tfisser, ishma f'kumpanniji u garanziji oħra ekwivalenti għal ishma f'kumpanniji u bonds u forom oħra ta' strumenti ta' debitu, jekk dawn ikunu negozjabbli fuq is-suq tal-kapital, u kwalunkwe garanziji oħra li normalment huma trattati fi, u li jagħtu d-dritt li jiġu akkwistati kwalunkwe ishma minn dawn, bonds jew garanziji oħra permezz ta' sottoskrizzjoni, xiri jew tpartit jew li jagħtu lok għal ħlasijiet ta' flus kontanti (esklużi l-istrumenti ta' ħlas), inklużi units, f'impriżi t'investiment kollettiv, strumenti tas-suq tal-flus u talbiet li jirrelataw ma' jew drittijiet fi jew dwar kwalunkwe mis-segwenti;

(f) "obbligazzjonijiet finanzjarji relevanti" tfisser l-obbligazzjonijiet li huma garantiti permezz ta' arranġament dwar il-kollateral finanzjarju u li jagħtu dritt għal ħlas ta' flus kontanti u/jew konsenja ta' strumenti finanzjarji.

Obbligazzjonijiet finanzjarji relevanti jistgħu jikkonsistu jew jinkludu:

(i) obbligazzjonijiet, preżenti jew futuri, attwali jew kontinġenti jew prospettivi (inklużi dawk l-obbligazzjonijiet li jkunu ġejjin taħt ftehim primarju jew arranġament simili);

(ii) obbligazzjonijiet dovuti lil min jakkwista l-kollateral minn persuna oltre l-persuni li tipprovdi l-kollateral; jew

(iii) obbligazzjonijiet ta' klassi speċifika jew tip, li jiġu żmien għal żmien;

(g) "kollateral ta' garanziji tat-tniżżil fil-ktieb" tfisser kollateral finanzjarju li jkun ipprovdut taħt arranġament dwar il-kollateral finanzjarju, li jikkonsisti fi strumenti finanzjarji, li t-titolu tagħhom huwa testimonjat permezz ta' entrati f'reġistru jew kont minn jew għan-nom ta' intermedjarju;

(h) "kont relevanti" tfisser in relazzjoni ma' kollateral ta' garanziji tat-tniżżil fil-ktieb li huwa soġġett għall arranġament finanzjarju dwar il-kollateral, ir-reġistru jew il-kont, li jista jiġi mantnut minn min jakkwista l-kollateral-li fih l-entrati huma magħmula, li permezz tagħhom tak il-kollateral dwar il-garanziji fit-tniżżil fil-ktieb, huwa pprovdut minn min jakkwista l-kollateral;

(i) "kollateral ekwivalent":

(i) in relazzjoni ma' flus kontanti, tfisser ħlas ta' l-istess ammont u bl-istess munita;

(ii) in relazzjoni ma' l-istrumenti finanzjarji tfisser, strumenti finanzjarji ta' l-istess persuni li joħroġhom jew debitur, li jifforma parti mill-istess kwistjoni jew klassi u ta' l-istess ammont, munita u deskrizzjoni nominali u, fejn l-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju jipprovdi għat-trasferiment ta' assi oħrajn, wara li tkun seħħet kwalunkwe avveniment li jitratta jew li jaffettwa kwalunkwe strumenti finanzjarji ipprovduti bħala kollaterali finanzjarji, dawk l-assi l-oħrajn;

(j) "proċeduri ta' xoljiment" tfisser proċeduri kollettivi li jinvolvu r-realizazzjoni ta' assi u d-distribuzzjoni tar-rikavat fost il-kredituri, azzjonisti u membri, skond il-ħtieġa, li jinvolvu kwalunkwe intervent minn awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji, inkluż meta il-proċeduri kollettivi huma tterminati permezz ta' kompożizzjoni jew miżura li tixxiebaħ, irrispettivament humiex fondati a bażi ta' falliment jew huma volontarji jew obbligatorji;

(k) "miżuri ta' rijorganizazzjoni" tfisser miżuri li jinvolvu kwalunkwe intervent minn awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji, li huma maħsuba sabiex jippriżervaw jew irreġġgħu lura is-sitwazzjoni finanzjarja u li jaffetwaw drittijiet ta' parti terzi ġia eżistenti, inklużi iżda mhux limitati għal miżuri li jinvolvu s-sospensjoni ta' ħlasijiet, sospensjoni ta' miżuri t'enforzar jew tnaqqis ta' talbiet;

(l) "avveniment t'enforzar" tfisser avveniment ta' inadempjenza, jew kwalunkwe avveniment ieħor simili kif mifthiem bejn il-partijiet, u li meta jseħħu, taħt it-termini ta' arranġament dwar kollateral finanzjarju jew permezz ta' l-operar tal-liġi, min jakkwista l-kollateral huwa ntitolat sabiex jirrealizza jew japproppria il-kollateral finanzjarju jew tidħol fis-seħħ dispożizzjoni dwar il-close-out netting:

(m) "dritt ta' użu" tfisser id-dritt ta' min jakkwista l-kollateral sabiex juża u jiddisponi mill-kollateral finanzjarju pprovdut taħt arranġament dwar il-kollateral finanzjarju ta' garanzija bħala s-sid tiegħu skond it-termini ta' l-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju ta' garanzija;

(n) "dispożizzjoni dwar il-close-out netting" tfisser dispożizzjoni dwar l-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju, jew ta' arranġament li tiegħu l-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju jkun parti, jew, fin-nuqqas ta' dispożizzjoni bħal din, kwalunkwe regola statutorja li permezz tagħha, meta jseħħ avveniment dwar l-enforzar, sew permezz ta' l-operar tan-nettingjew tat-tpaċija jew xort'oħra

(i) l-obbligazzjonijiet tal-partijiet huma aċċellerati sabiex ikun dovuti immedjatament u espressi bħala obbligazzjoni li jħallsu ammont li jirrapreżenta il-valur kurrenti kalkulat, jew huma terminati u mibdula permezz t'obbligazzjoni sabiex jitħallas dan l-ammont; u/jew

(ii) jittieħed kont ta' dak li huwa dovut minn kull parti lill-parti l-oħra, dwar dawn l-obbligazzjonijiet, u tkun pagabbli somma netta, daqs il-bilanċ tal-kont, mill-parti li mingħandha tkun dovuta l-akbar somma lill-parti l-oħra.

2. Referenzi f'din id-Direttiva għal kollateral finanzjarju bħala jkun "ipprovdut", jew għall "għoti" ta' kollateral finanzjarju, huma għall-kollateral finanzjarju bħala konsenjat, trasferit, miżmum, reġistrat jew xort'oħra msejjaħ sabiex ikun fil-pussess jew taħt il-kontroll ta' min ikun qiegħed jakkwista l-kollateral jew ta' persuna li tkun qed taġixxi għan-nom ta' min ikun qiegħed jakkwista l-kollateral "Kwalunkwe dritt ta' sostituzzjoni jew sabiex jiġi rtirat l-eċċess tal-kollateral finanzjarju, favur min ikun qiegħed jipprovdi l-kollateral, m'għandux jippreġudika il-kollateral finanzjarju, bħala pprovdut lil min ikun qiegħed jakkwista l-kollateral, kif imsemmi f'din id-Direttiva."

3. Referenzi f'din id-Direttiva għall-"bil-miktub", jinkludu reġistrazzjoni permezz ta' mezzi elettroniċi jew kwalunkwe medju ieħor durabbli.

Artikolu 3

Ħtiġijiet formali

1. L-Istati Membri m'għandhomx jinħtieġu illi l-ħolqien, il-validita, il-perfezzjoni, l-enforzabilita jew l-ammisibilità fl-evidenza tal-kollateral finanzjarju tkun dipendenti fuq ir-rendiment ta' kwalunkwe att formali.

2. Paragrafu 1 huwa biss bla ħsara għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għall-kollateral finanzjarju, meta jkun ipprovdud u meta dan l-għoti jkun jista jiġi testimonjat bil-mikub jew b'manjiera legali ekwivalenti.

Artikolu 4

L-enforzar ta' l-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw illi meta jseħħ avveniment t'enforzar, min jakkwista l-kollateral għandu jkun jista jirrealizza permezz tas-segwenti, kwalunkwe kollateral finanzjarju pprovdut taħt, u soġġett għat-termini mifthiema f'arranġament dwar il-kollateral finanzjarju tal-garanzija:

(a) strumenti finanzjarji permezz ta' bejgħ jew approprjazzjoni u permezz ta' tpaċija tal-valur tagħhom kontra, jew billi jiġi applikat il-valur tagħhom waqt l-iskarigu ta' l-obbligazzjonijiet finanzjarji relevanti;

(b) flus kontanti permezz ta' tpaċija ta' l-ammont kontra, jew billi jiġi applikat bħala skarigu ta' l-obbligazzjonijiet finanzjarji relevanti.

2. L-approprjazzjoni hija biss possibli meta:

(a) din tkin ġiet mifthiema bejn il-partijiet, fl-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju ta' garanzija; u

(b) l-partijiet ikunu ftiehmu fl-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju ta' garanzija dwar il-valutazzjoni ta' l-istrumenti finanzjarji.

3. Stati Membri li ma jippermettux l-approprjazzjoni fis-27 ta' Ġunju 2002 m'humiex obbligati li jirrikonoxxuha.

Jekk jagħmlu użu minn din l-għażla, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni li minn naħa l-oħra għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra.

4. Il-manjieri ta' kif jiġi realizzat il-kollateral finanzjarju li għalih saret referenza fil-paragrafu 1, għandhom ikunu soġġetti għat-termini mifthiema fl-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju ta' garanzija:

(a) għandu jkun ingħata avviż dwar l-intenzjoni għall-irrealizzar, minn qabel;

(b) it-termini ta' l-irrealizzar ikun approvati minn kwalunkwe qorti, uffiċċjal pubbliku jew persuna oħra;

(ċ) ir-realizazzjoni għandha tkun kondotta permezz ta' rkant pubbliku, jew permezz ta' kwalunkwe manjiera oħra preskritta; jew

(d) kwalunkwe terminu ieħor miżjud, irid ikun skada.

5. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju jidħol fis-seħħ skond it-termini tiegħu, nonostante l-inizzjalar jew il-kontinwazzjoni tal-proċeduri ta' xoljiment jew miżuri ta' organizazzjoni mill-ġdid, dwar minn jipprovdi l-kollateral jew min jakkwista l-kollateral.

6. Dan l-Artiklu u l-Artiklu 5, 6 u 7, għandhom ikunu bla ħsara għal kwalunkwe ħtiġijiet taħt il-liġi nazzjonali bl-effett li r-realizzar jew l-ivvalutar tal-kollateral finanzjarju u l-kalkolu ta' l-obbligazzjonijiet finanzjarji relevanti, għandhom ikunu kondotti b'manjiera kummerċjail raġonevoli.

Artikolu 5

Dritt ta' użu tal-kollateral finanzjarju taħt l-arranġamenti dwar il-kollateral finanzjarju tal-garanzija

1. Jekk u sa l-estent, li t-termini ta' l-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju tas-sigurtà jipprovdu, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li min jakkwista l-kollateral huwa ntitolat għal-eżerċizzju tad-dritt ta' użu in relazzjoni mal-kollateral finanzjarju pprovdut taħt l-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju.

2. Meta min jakkwista l-kollateral jeżerċita d-dritt ta' użu, huwa jaqa' taħt l-obbligazzjoni li jitrasferixxi kollateral ekwivalenti sabiex jieħu post il-kollateral finanzjarju oriġinali l-aktar tard, fil-ġurnata li jkun imiss ir-rendiment ta' l-obbligazzjonijiet finanzjarji koperti mill-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju ta' garanzija.

Alternattivament, min jakkwista l-kollateral, fil-ġurnata li jmiss għar-rendiment ta' l-obbligazzjonijiet finanzjarji relevanti, jew jittrasferixxu l-kollateral ekwivalenti, jew jekk u sa l-estent li t-termini ta' l-arranġament kollaterali finanzjarju tas-sigurta jipprovdu, ipaċu l-valur tal-kollateral ekwivalenti kontra jew japplikawh fl-iskarigu ta' l-obbligazzjonijiet finanzjarji relevanti.

3. Il-kollateral ekwivalenti ttrasferit bl-iskarigu t'obbligazzjoni kif deskritt fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, għandu jkun soġġett għall-istess ftehim dwar il-kollateral finanzjarju ta' garanzija, li għalih kien soġġett il-kollateral finanzjarju oriġinali, u għandu jiġi ttrattat bħala pprovdut taħt l-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju ta' garanzija, fl-istess ħin li jkun ġie pprovdut għall-ewwel darba l-kollateral finanzjarju oriġinali.

4. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-użu tal-kollateral finanzjarju minn min ikun akkwista l-kollateral skond dan l-Artiklu ma jirrendix id-drittijiet ta' min ikun akkwista l-kollateral taħt l-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju ta' garanzija, invalidi u mhux enforzabbli, in relazzjoni mal-kollateral finanzjarju trasferit min min ikun akkwista l-kollateral, waqt l-iskarigu ta' l-obbligazzjoni kif deskritta fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu.

5. Jekk isseħħ eventwalità dwar l-enforzar, waqt li jkun għad hemm pendenti obligazzjoni kif deskritta fil-paragrafu 2 l-ewwel subparagrafu, l-obbligazzjoni tista tkun soġġetta għal dispożizzjoni dwar il-close-out netting.

Artikolu 6

Rikonoxximent ta' trasferiment ta' titlu ta' l-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju.

1. L-Istat Membri għandhom jassiguraw li t-trasferiment ta' titlu ta' l-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju jista jidħol fis-seħħ skond it-termini tiegħu.

2. Jekk tkun seħħet eventwalita dwar l-enforzar, waqt li kwalunkwe obbligazzjoni ta' min ikun akkwista sabiex jitrasferixxi kollateral ekwivalenti jkun għadhu pendenti, taħt it-trasferiment ta' titlu ta' l-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju, l-obbligazzjoni tista tkun is-soġġett ta' dispożizzjoni dwar il-close-out netting.

Artikolu 7

Rikonoxximent tad-dispożizzjonijiet dwar il-close-out netting

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw illi d-dispożizzjoni dwar il-close-outnetting tidħol fis-seħħ skond it-termini tagħha

(a) bla ħsara għall-inizzjalar jew il-kontinwazzjoni tal-proċeduri ta' xoljiment jew miżuri dwar organizazzjoni mill-ġdid, dwar min ikun jipprovdi l-kollateral u/jew min ikun akkwista l-kollateral; u/jew

(b) bla ħsara għal kwalunkwe xogħol li jidher, ġudizzjarju jew aċċessorju ieħor jew dispożizzjoni oħra ta' jew dwar dawn id-drittijiet.

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-operar tad-dispożizzjoni dwar il-close-out netting,tista ma tkunx soġġetta għal kwalunkwe mill-ħtiġjiet li huma msemmija fl-Artiklu 4(4), sakem mhux mifthiem xort'oħra mill-partijiet.

Artikolu 8

Ċerti dispożizzjonijiet dwar il-falliment ma' japplikawx

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw illi l-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju, kif ukoll il-għoti ta' kollateral finanzjarju taħt dan l-arranġament, jista ma jiġix dikjarat invalidu jew bla effett, jew li jiġi mdawwar a bażi biss li l-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju jkun ġie fis-seħħ, jew il-kollateral finanzjarju jkun ġie pprovdut:

(a) fil-jum li fih jinbdew il-proċeduri dwar ix-xoljiment, jew il-miżuri dwar l-organizazzjoni mill-ġdid, iżda qabel l-ordni jew digriet li bih jinbdew; jew

(b) f'terminu preskritt qabel, u definit permezz ta' referenza għall-inizzjalar ta' dawn il-proċeduri jew miżuri jew permezz ta' referenza għall-għoti ta' kwalunkwe ordni jew digriet, jew it-teħid ta' kwalunkwe azzjoni oħra jew okkorrenza ta' kwalunkwe avveniment ieħor fil-kors ta' dawn il-proċeduri jew miżuri.

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw meta jkun ġie fis-seħħ arranġament dwar il-kollateral finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja rilevanti, jew ikun ġie pprovdut il-kollateral finanzjarju fil-jum ta' iżda wara l-mument ta' l-inizzjalar tal-proċeduri ta' xoljiment jew miżuri ta' organizazzjoni mill-ġdid, għandu jkun enforzabbli legalment u li jorbot fuq terzi persuni jekk min ikun akkwista l-kollateral jista jipprova li ma kienx konxju, jew lanqas ma suppost kien jaf, bl-inizzjalar ta' dawn il-proċeduri jew miżuri.

3. Meta l-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju jkun fih:

(a) obbligazzjoni sabiex jiġi pprovdut il-kollateral finanzjarju jew kollateral finanzjarju addizzjonali sabiex ikun jista jieħu kont tal-bidliet fil-valur tal-kollateral finanzjarju jew fl-ammont ta' l-obbligazzjonijiet finanzjarji rilevanti, jew

(b) dritt sabiex jiġi rtirat il-kollateral finanzjarju, permezz ta' sostituzzjoni jew skambju, kollateral finanzjarju ta' l-istess valur,

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-għoti tal-kollateral finanzjarju, kollateral finanzjarju addizzjonali jew sostituzzjoni jew kollateral finanzjarju dwar tibdil taħt dik l-obbligazzjoni jew dritt, m'għandux jiġi ttrattat bħala invalidu jew imdawwar jew dikjarat bla effett a bażi biss illi:

(i) dan l-għoti jkun sar fil-jum li jkunu ġew inizzjati l-proċeduri ta' xoljiment jew organizazzjoni mill-ġdid, iżda qabel l-ordni jew digriet li tkun inizzjalat dawn il-proċeduri, jew f'terminu preskritt qabel ma', u definit permezz ta' referenza għal inizzjalar tal-proċeduri dwar ix-xoljiment miżuri ta' organizazzjoni mill-ġdid jew permezz ta' referenza għall-għoti ta' kwalunkwe ordni jew digriet jew it-teħid ta' kwalunkwe azzjoni oħra jew okkorrenza ta' kwalunkwe avveniment ieħor fil-kors ta' dawn il-proċeduri jew miżuri; u/jew

(ii) l-obbligazzjonijiet finanzjarji rilevanti jkunu saru qabel id-data ta' l-għoti tal-kollateral finanzjarju, kollateral finanzjarju addizzjonali, jew kollateral finanzjarju ta' sostituzzjoni jew tibdil.

4. Bla ħsara għall-paragrafi 1, 2 u 3, din id-Direttiva ma taffettwax ir-regoli ġenerali dwar il-liġi nazzjonali dwar il-falliment, in relazzjoni ma' n-nullita ta' negozji li jkunu saru matul it-terminu preskritt li għalih saret referenza fil-paragrafu 1(b) u fil-paragrafu 3(i).

Artikolu 9

Kunflitt ta' liġijiet

1. Kwalunkwe kwistjoni dwar kwalunkwe materja speċifikata fil-paragrafu 2, in relazzjoni mal-kollateral dwar tniżżil ta' garanziji fil-ktieb, għandha tkun regolata mil-liġi tal-pajjiż fejn ikun qed jinżamm il-kont rilevanti. Ir-referenza għal-liġi tal-pajjiż, hija referenza għal-liġi domestika tiegħu, mingħajr ma tikkunsidra kwalunkwe regola li, meta tiġi deċiża il-kwistjoni relevanti, trid issir referenza għal-liġi ta' pajjiż ieħor.

2. Il-materji li għalihom saret referenza fil-paragrafu 1 huma:

(a) in-natura legali u l-effett tal-propjeta dwar il-kollateral dwar tniżżil ta' garanziji fil-ktieb;

(b) il-ħtiġijiet sabiex ikun ipperfezzjonat l-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju, li jitratta kollaterali dwar tniżżil ta'garanziji fil-ktieb, u l-għoti ta' kollaterali dwar it-tniżżil ta' garanziji fil-ktieb, taħt dak il-ftehim, u b'mod aktar ġenerali t-tkomplija tal-passi meħtieġa sabiex dan l-arranġament u l-għoti jkun effettiv kontra partijiet terzi;

(ċ) jekk it-titolu ta' persuna għall jew interess f'dan il-kollateral dwar it-tniżżil ta' garanziji fil-ktieb ikunu megħluba minn jew subordinati għall-titolu jew interess kompetittiv, jew ikun seħħ akkwist in bona fede;

(d) il-passi meħtieġa għar-realizazzjoni tal-kollateral dwar it-tniżżil ta' garanziji fil-ktieb, wara li jkun seħħ avveniment dwar enforzar.

Artikolu 10

Rapport mill-Kummissjoni

Mhux aktar tard mis-27 ta' Diċembru 2006, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, partikularment dwar l-applikazzjoni ta' l-Artiklu 1(3), l-Artiklu 4(3) u l-Artiklu 5, akkumpanjat minn proposti fejn jinħtieġ, għar-reviżjoni tiegħu.

Artikolu 11

Implimentazzjoni

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sas-27 ta' Diċembru 2003 l-aktar tard. Huma għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni minnufih.

Meta l-Istati Membri jaddottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċċjali tagħhom. L-istati membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-referenza.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 13

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-6 ta' Ġunju 2002.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

A. M. Birulés Y Bertrán

[1] ĠU C 180 E, tas-26.6.2001, p. 312.

[2] ĠU C 196, tat-12.7.2001, p. 10.

[3] ĠU C 48, tal-21.2.2002, p. 1.

[4] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2001 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-5 ta' Marzu 2002 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Mejju 2002.

[5] ĠU L 166, tal-11.6.1998, p. 45.

[6] ĠU L 125, tal-5.5.2001, p. 15.

[7] ĠU L 110, ta' l-20.4.2001, p. 28.

[8] ĠU L 160, tat-30.6.2000, p. 1.

[9] ĠU L 126, tas-26.5.2000, p. 1. Direttiva kif emendata permezz tad-Direttiva 2000/28/KE (ĠU L 275, tas-27.10.2000, p. 37).

[10] ĠU L 141, tal-11.6.1993, p. 27. Direttiva kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva 2000/64/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (ĠU L 290, tas-17.11.2000, p. 27).

[11] ĠUL 228, tal-11.8.1992, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva 2000/64/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

[12] ĠU L 360, tad-9.12.1992, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva 2000/64/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

[13] ĠU L 375, tal-31.12.1985, p. 3. Direttiva kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva 2001/108/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill. (ĠU L 41, tat-13.2.2002, p. 35).

[14] ĠU L 193, tat-18.7.1983, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva 2001/65/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (ĠU L 283, tas-27.10.2001, p. 28).

--------------------------------------------------

Top