This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002L0023
Commission Directive 2002/23/EC of 26 February 2002 amending the Annexes to Council Directives 86/362/EEC, 86/363/EEC and 90/642/EEC as regards the fixing of maximum levels for pesticide residues in and on cereals, foodstuffs of animal origin and certain products of plant origin, including fruit and vegetables respectively
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/23/KE tas-26 ta' Frar 2002 li temenda l-Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fir-rigward ta' l-iffissar tal-livelli massimi għal residwi tal-pestiċidi fi u fuq iċ-ċereali, l-ikel li ġej mill-annimali u ċerti prodotti li ġejjin mill-pjanti, inkluż l-frott u l-ħxejjex rispettivament
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/23/KE tas-26 ta' Frar 2002 li temenda l-Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fir-rigward ta' l-iffissar tal-livelli massimi għal residwi tal-pestiċidi fi u fuq iċ-ċereali, l-ikel li ġej mill-annimali u ċerti prodotti li ġejjin mill-pjanti, inkluż l-frott u l-ħxejjex rispettivament
ĠU L 64, 7.3.2002, pp. 13–19
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2008; Impliċitament imħassar minn 32005R0396
Official Journal L 064 , 07/03/2002 P. 0013 - 0019
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/23/KE tas-26 ta' Frar 2002 li temenda l-Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fir-rigward ta' l-iffissar tal-livelli massimi għal residwi tal-pestiċidi fi u fuq iċ-ċereali, l-ikel li ġej mill-annimali u ċerti prodotti li ġejjin mill-pjanti, inkluż l-frott u l-ħxejjex rispettivament IL-KUMMISJONI TA’ KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l-24 ta' Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi għal residwi tal-pestiċidi fi u fuq iċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/57/KE [2], u b'mod partikolari bl-Artikolu 10 (1) tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE tal-24 ta' Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi għal residwi tal-pestiċidi fi u fuq l-ikel li ġej mill-annimali [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/57/KE, u b'mod partikolari bl-Artikolu 10 (1) tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta' Novembru 1990 dwar l-iffissar tal-livelli massimi għal residwi tal-pestiċidi fi u fuq ċerti prodotti li ġejjin mill-pjanti, inkluż il-frott u l-ħxejjex [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/5/KE [5], u b'mod partikolari bl-Artikolu 7 tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tpoġġija fis-suq ta' prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti [6], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/103/KE [7], u b'mod partikolari bl-Artikolu 4 (1)(f) tagħha, Billi: (1) Is-sustanzi attivi l-ġodda flupyrsulfuron-methyl, pymetrozine, azoxystrobin u kresoxim-methyl (is-sustanzi attivi kkonċernati) kienu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE bid-Direttivi tal-Kummissjoni 2001/49/KE [8], 2001/87/KE [9], 98/47/KE [10] u 1999/1/KE [11], għall-użu, rispettivament bħala erbiċida fuq iċ-ċereali, insettiċida fuq iċ-ċereali, frott, ħxejjex, żrieragħ tal-ħaxix li jagħmel l-imwieżed, żrieragħ taż-żejt u ħops, fungiċida mingħajr l-użu speċifikat u fungiċida fuq ċereali, frott pome (tar-razza tat-tuffieħ), u dwieli.. (2) L-inklużjoni fl-Anness I tas-sustanzi attivi kkonċernati kienet ibbażata fuq l-assessjar ta' l-informazzjoni sottomessa li tikkonċerna l-użu propost. L-informazzjoni relatata ma' dan l-użu kienet sottomessa minn ċerti Stati Membri bi qbil ma’ l-Artikolu 4 (1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE. L-informazzjoni aċċessibbli kienet riveduta u kienet biżżejjed biex tippermetti li jiġu rranġati ċerti livelli massimi tar-residwi (MRL). (3) Meta l-ebda MRL tal-Komunità jew MRL proviżorju ma jeżisti, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu MRL proviżorju bi qbil ma’ l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE qabel prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom dawn is-sustanzi attivi jkunu jistgħu jiġu awtorizzati. (4) Fir-rigward ta’ l-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanzi attivi kkonċernati, l-evalwazzjonijiet tekniċi u xjentifiċi relatati kienu ffinalizzati fil-forma ta' rapporti ta' analiżi tal-Kummissjoni. Ir-rapporti kienu ffinalizzati fis-16 ta' Ottubru 1998, fis-27 ta' April 2001, fit-22 ta' April 1998, fis-27 ta' Lulju 2001 fil-każ ta' kresoxim-methyl, flupyrsulfuron-methyl, azoxystrobin u pymetrozine, rispettivament. Dawn stabbilew l-inġestjoni aċċettabbli ta' kuljum (ADI) għall-kresoxim-methyl f'0,4 mg/kg bw/jum, għall-flupyrsulfuron-methyl f'0,035 mg/kg bw/jum, għall-azoxystrobin f'0,1 mg/kg bw/jum u għall-pymetrozine f'0,03 mg/kg bw/jum. L-espożizzjoni għat-tul tal-ħajja tal-konsumaturi tal-prodotti ta’ l-ikel ittrattati bis-sustanzi attivi kkonċernati ġiet assessjata u evalwata bi qbil mal-proċeduri u l-prattiċi tal-Komunità, billi ġew ikkunsidrati l-linji ta' gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa [12] u l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku tal-Pjanti [13] dwar il-metodoloġija applikata u huwa kkalkolat li MRL propost skond dan mhux se jwassal biex dawk l-ADIs jinqabżu. (5) L-ebda effetti tossiċi akuti li jeħtieġu l-issettjar ta' doża ta' referenza akuta ma ġew innutati waqt l-evalwazzjoni u d-diskussjonijiet li ġew qabel l-inklużjoni tal-flupyrsulfuron-methyl, l-azoxystrobin u l-kresoxim-methyl fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-doża ta' referenza akuta għall-pymetrozine kienet stabbilita f'0,1 mg/kg bw/jum. Skond l-assessjar ta’ l-espożizzjoni, l-MRL proposti mhux se jwasslu għal espożizzjoni inaċċettabbli għal konsumaturi. (6) Sabiex ikun assigurat li l-konsumatur ikun adekwatament protett mill-espożizzjoni għar-residwi fi jew fuq prodotti li għalihom ma tkun ingħatat l-ebda awtorizzazzjoni, huwa prudenti li jkun stabbilit MRL proviżorju fl-inqas limitu tad-determinazzjoni analitika għal kull prodott bħal dan kopert bid-Direttivi 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE. L-istabbilar fil-livell tal-Komunità ta' MRL proviżorji bħal dawn ma jwaqqafx lill-Istati Membri milli jistabbilixxu livelli proviżorji massimi ta' residwi għall-flupyrsulfuron-methyl, għall-pymetrozine, għall-azoxystrobin u għall-kresoxim-methyl bi qbil ma’ l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE u l-Anness VI tagħha. Huwa kkunsidrat li perijodu ta' erba' snin huwa biżżejjed biex jagħmel possibbli l-aktar użu mbiegħed tas-sustanzi attivi kkonċernati. L-MRL proviżorju għandu imbagħad isir definittiv. (7) Il-Komunità nnotifikat l-abbozz tad-Direttiva tal-Kummissjoni lejn l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-kummenti akkwistati kienu kkunsidrati meta kienet iffinalizzata d-Direttiva. L-MRL għal kombinazzjonijiet speċifiċi ta' pestiċidi/żrieragħ użati f'pajjiżi terzi għandhom ikunu eżaminati mill-Kummissjoni fuq il-bażi tad-dettalji aċċettabbli ppreżentati. (8) Kien ittieħed akkont ta' l-opinjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku tal-Pjanti, partikolarment tal-parir u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-konsumaturi tal-prodotti ta' l-ikel ittrattati bil-pestiċida. (9) Din id-Direttiva hija bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Il-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi segwenti huma miżjuda mal-parti A ta' l-Anness II tad-Direttiva 86/362/KEE: Residwi tal-pestiċidi | Livell massimu (mg/kg) | | | Flupyrsulfuron-methyl | 0,02 | Ċereali | Pymetrozine | 0,02 | Ċereali | Sal-1 ta' Diċembru 2005, il-livelli massimi proviżorji tar-residwi għall-flupyrsulfuron-methyl u għall-pymetrozine għandhom jiefqu milli jibqgħu proviżorji u għandhom isiru definittivi fis-sens ta' l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 86/362/KEE. Artikolu 2 Ir-residwi pestiċidi segwenti huma miżjuda mal-parti B ta' l-Anness II tad-Direttiva 86/363/KEE: Residwi tal-pestiċidi | Livell massimu (mg/kg) | Tal-laħam, inklużi x-xaħam, preparazzjonijiet tal-laħam, raċanċ u xaħam ta' l-annimali kif elenkati fl-Anness I fi ħdan il-kodiċi NM 0201, 0202, 0203, 0204, 02050000, 0206, 0207, ex0208, 020900, 0210, 160100 u 1602, | Għall-ħalib u prodotti tal-ħalib elenkati fl-Anness I fi ħdan il-kodiċi NM 0401, 0402, 040500 u 0406 | Ta' bajd frisk bil-qoxra, għal bajd ta' l-għasafar u l-isfar tal-bajd elenkati fl-Anness I fi ħdan il-kodiċi NM 040700 u 0408 | Pymetrozine | 0,01 | 0,01 | 0,01 | Sa l-1 ta' Diċembru 2005, il-livelli massimi proviżorji tar-residwi għall-pymetrozine għandhom jiefqu milli jibqgħu proviżorji u għandhom isiru definittivi fis-sens ta' l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 86/363/KEE. Artikolu 3 Il-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi għall-flupyrsulfuron-methyl u għall-pymetrozine fl-Anness ta' din id-Direttiva għandhom jiżdiedu ma’ l-Anness II tad-Direttiva 90/642/KEE. Il-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi għall-azoxystrobin fl-Anness ta' din id-Direttiva għandu jieħu post dawk ta' l-Anness II tad-Direttiva 90/642/KEE. Artikolu 4 Il-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi proviżorji għall-kresoxim-methyl fl-Anness II tad-Direttiva 90/642/KEE għandhom ikunu mmodifikati għal 0,2 mg/kg (p) għall-frawli. (p) jindika l-livell massimu proviżorju tar-residwi. Għall-kresoxim-methyl l-MRL proviżorji għandhom isiru definittivi b'effett mid-19 ta' Ottubru 2004. Artikolu 5 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-31 ta' Awissu 2002. Għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni minnufih. 2. Għandhom japplikaw dawn id-disposizzjonijiet sa mill-1 ta' Settembru 2002. 3. Meta xi Stati Membri jadottaw dawk id-disposizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif din it-tip ta' referenza għandha ssir. Artikolu 6 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, 26 ta' Frar 2002. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 37. [2] ĠU L 208, ta' l-1.8.2001, p. 36. [3] ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 43. [4] ĠU L 350, ta' l-14.12.1990, p. 71. [5] ĠU L 34, tal-5.2.2002, p. 7. [6] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1. [7] ĠU L 304, tal-21.11.2001, p. 14. [8] ĠU L 176, tad-29.6.2001, p. 61. [9] ĠU L 276, tad-19.10.2001, p. 17. [10] ĠU L 191, tas-7.7.1998, p. 50. [11] ĠU L 21, tat-28.1.1999, p. 21. [12] Il-Linji ta' gwida biex ibassru l-inġestjoni tad-dieta tar-residwi tal-pestiċidi (riveduti), ippreparati mill-GEMS/Programm ta’ l-Ikel b'kollaborazzjoni mal-Kumitat Codex dwar ir-Residwi tal-Pestiċidi, ippubblikat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa 1997 (WHO/FSF/FOS/97.7). [13] L-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku tal-Pjanti, fir-rigward ta' mistoqsijiet irrelatati għall-emenda ta' l-Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE (L-Opinjoni espressa mill-Kumitat Xjentifiku tal-Pjanti, 14 ta' Lulju 1998) -------------------------------------------------- ANNESS Gruppi u eżempji ta' prodotti individwali li dwarhom japplikaw l-MRL | Residwi tal-pestiċidi u livelli massimi tar-residwi (mg/kg) | Flupyrsulfuron- methyl | Azoxystrobin | Pymetrozine | 1.Frott, frisk, niexef jew mhux imsajjar, ippriservat bil-friża, li ma fihx zokkor miżjud; ġewż | 0,02 | | | i)FROTT TAĊ-ĊITRU (Agrumi) | | 1 | 0,3 | Tronġi | | | | Lumi | | | | Xkomp | | | | Mandolini (inklużi l-klementini u ibridi oħra) | | | | Larinġ | | | | Pomelos | | | | Oħrajn | | | | ii)ĠEWŻ TAS-SIĠAR (bil-qoxra jew mingħajr qoxra) | | 0,1 | 0,02 | Lewż | | | | Ġewż tal-Brażil | | | | Ġewż tal-kexju | | | | Qastan | | | | Ġewża ta' l-Indi | | | | Ġellewż | | | | Makadamia | | | | Pekani | | | | Ġewż ta' l-arżnu (prinjoli) | | | | Pistaċċi | | | | Ġewż | | | | Oħrajn | | | | iii)FROTT POME (tar-razza tat-tuffieħ) | | 0,05 | 0,02 | Tuffieħ | | | | Lanġas | | | | Sfarġel | | | | Oħrajn | | | | iv)FROTT TA' L-GĦADMA | | 0,05 | | Berquq | | | 0,05 | Ċirasa | | | | Ħawħ (inkluż nuċiprisk u ibridi simili) | | | 0,05 | Għanbaqar | | | | Oħrajn | | | 0,02 | v)BERRIES U FROTT ŻGĦIR | | | 0,02 | a)Għeneb tal-mejda u ta' l-inbid | | 2 | | Għeneb tal-mejda | | | | Għeneb ta' l-inbid | | | | b)Frawli (apparti milli selvaġġ) | | 2 | | ċ)Frott tal-qasab (apparti milli selvaġġ) | | 0,05 | | Tut | | | | Dewberries | | | | Loganberries | | | | Cawsli | | | | Oħrajn | | | | d)Frott żgħir ieħor u kukku (apparti milli selvaġġ) | | 0,05 | | Bilberries | | | | Cranberries | | | | Passolina (ħamra, sewda u bajda) | | | | Ribes | | | | Oħrajn | | | | e)Kukku selvaġġ u frott selvaġġ | | 0,05 | | vi)Mixxellanji | | | 0,02 | Avokado | | | | Banana | | 2 | | Tamal | | | | Tin | | | | Kiwi | | | | Kumkwatt | | | | Litċji | | | | Mangi | | | | Żebbuġ | | | | Frott tal-passjoni | | | | Ananas | | | | Rummien | | | | Oħrajn | | 0,05 | | 2.Ħaxix, frisk jew mhux imsajjar, iffriżat jew niexef | 0,02 | | | i)ĦAXIX TA' L-GĦERUQ U TAT-TUBERI | | | 0,02 | Pitravi | | | | Karrotti | | 0,2 | | Krafes ħoxnin | | | | Għerq tal-mustarda | | 0,2 | | Artiċoks | | | | Zfunnarija bajda | | 0,2 | | Għeruq tat-tursin | | 0,2 | | Ravanell abjad | | | | Salsafja | | 0,2 | | Patata ħelwa | | | | Rapa Svediża | | | | Nevew | | | | Yam | | | | Oħrajn | | 0,05 | | ii)ĦXEJJEX TAL-BASAL | | 0,05 | 0,02 | Tewm | | | | Basal | | | | Basal abjad | | | | Basal tal-qatta' | | | | Oħrajn | | | | iii)ĦXEJJEX TAL-FROTT a)Solanacea Tadam | | 2 | 0,5 | Bżar | | 2 | 1 | Brunġiel | | 2 | 0,5 | Oħrajn | | 0,05 | 0,02 | b)Qara tal-fliexken bil-qoxra li tittiekel | | 1 | 0,5 | Ħjar | | | | Ħjar żgħir | | | | Zukkini (qarabagħli | | | | Oħrajn | | | | ċ)Qara tal-fliexken qoxra li ma tittikilx | | 0,5 | 0,2 | Bettieħ | | | | Ilbieba tal-qara' | | | | Dulliegħ | | | | Oħrajn | | | | d)Qamħirrum | | 0,05 | 0,02 | iv)ĦAXIX TAL-BRASSIKA | | 0,0 | | a)Fjoritura tal-brassika | | | 0,02 | Brokkli | | | | Pastard | | | | Oħrajn | | | | b)Ras il-brassika | | | | Brussels sprouts | | | | Ras il-kaboċċa | | | 0,05 | Oħrajn | | | 0,02 | ċ)Brassika bil-weraq | | | 0,02 | Kaboċċi Ċiniżi | | | | Felful (kabboċċa) | | | | Oħrajn | | | | d)Kolorabi | | | 0,02 | v)ĦAXIX TAL-WERAQ U ĦWAWAR FRISKI a)Ħass u simili | | 3 | 1 | Krexxuni | | | | Ħass tal-ħaruf | | | | Ħass | | | | Scarole | | | | Oħrajn | | | | b)Spinaċi u simili | | 0,05 | 0,02 | Spinaċi | | | | Weraq tal-pitravi (chard) | | | | Oħrajn | | | | ċ)Krexxuni ta' l-ilma | | 0,05 | 0,02 | d)Witloof | | 0,2 | 0,02 | e)Ħwawar | | 0,05 | 1 | Maxxita | | | | Kurrat selvaġġ | | | | Tursin | | | | Weraq tal-krafes | | | | Oħrajn | | | | vi)ĦAXIX TAL-LEGUMI (ta' l-imżiewed) (frisk) | | | 0,02 | Fażola (bil-miżwed) | | 1 | | Fażola (mingħajr il-miżwed) | | | | Piżelli (bil-miżwed) | | 0,5 | | Piżelli (mingħajr il-miżwed) | | 0,2 | | Oħrajn | | 0,05 | | vii)ĦAXIX TAZ-ZOKK (frisk) | | | 0,02 | Aspargu | | | | Kardun | | | | Krafes | | 5 | | Bużbież | | | | Qaqoċċ | | 1 | | Kurrat | | 0,1 | | Rabarbru | | | | Oħrajn | | 0,05 | | viii)FUNGI (Faqqiegħ) | | 0,05 | 0,02 | a)Faqqiegħ ikkultivat | | | | b)Faqqiegħ selvaġġ | | | | 3.Ħaxix tal-miżwed | 0,02 | 0,1 | 0,02 | Fażola | | | | Għads | | | | Piżelli | | | | Oħrajn | | | | 4.Żrieragħ taż-żjut | 0,05 | 0,05 | | Żerriegħa tal-kittien | | | | Karawett | | | | Żerriegħa tal-peprin | | | | Żerriegħa tal-ġulġlien | | | | Żerriegħa tal-ġirasol | | | | Żerriegħa tal-kolza | | | | Sojja | | | | Żerriegħa tal-mustarda | | | | Żerriegħa tal-qoton | | | 0,05 | Oħrajn | | | 0,02 | 5.Patata | 0,02 | 0,05 | 0,02 | Patata bikrija | | | | Patata mwaħħra | | | | 6.Tè (weraq u zkuk, niexfa, iffermentati jew mod ieħor, ta' | 0,05 | 0,1 | 0,1 | 7.Ħops (niexef), inkluż il-pritkuni tal-ħops u trab mhux konċentrat | 0,05 | 20 | 5 | --------------------------------------------------