Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0982

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar il-kontinwazzjoni ta’ provi u testijiet komparattivi fuq materjal għat-tkabbir tal-pjanti ornamentali Chamaecyparis, Ligustrum vulgare u Euphorbia fulgens skond id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KETest b’rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 341, 17.12.2002, p. 68–68 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/982/oj

    32002D0982



    Official Journal L 341 , 17/12/2002 P. 0068 - 0068


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tas-16 ta’ Diċembru 2002

    dwar il-kontinwazzjoni ta’ provi u testijiet komparattivi fuq materjal għat-tkabbir tal-pjanti ornamentali Chamaecyparis, Ligustrum vulgare u Euphorbia fulgens skond id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2002/982/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE ta’ l-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-marketing ta’ materjal għat-tkabbir ta’ pjanti ornamentali [1],

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/898/KE tat-12 ta’ Diċembru 2001 li tippreskrivi arranġamenti għal provi u testijiet fuq materjal għat-tkabbir ta’ pjanti ornamentali fil-Komunità skond id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha,

    Billi:

    (1) Id-Deċiżjoni 2001/898/KE tippreskrivi l-arranġamenti għall-provi u testijiet komparattivi li għandhom isiru skond id-Direttiva 98/56/KE rigward il-pjanti ornamentali Chamaecyparis, Ligustrum vulgare u Euphorbia fulgens, mill-2002 sa l-2004.

    (2) Provi u testijiet imwettqa fl-2002 għandhom jitkomplew fl-2003,

    IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

    Artikolu uniku

    Provi u testijiet komparattivi tal-Komunità mibdija fl-2002 rigward il-materjal ta’ tkabbir tal-pjanti ornamentali Chamaecyparis, Ligustrum vulgare u Euphorbia fulgens għandhom jitkomplew fl-2003 skond id-Deċiżjoni 2002/898/KE.

    Magħmula fi Brussel, fis-16 ta’ Diċembru 2002.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 226, tat-13.8.1998, p. 16.

    [2] ĠU L 331, tal-15.12.2001, p. 101.

    --------------------------------------------------

    Top