This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002D0916
2002/916/EC: Commission Decision of 21 November 2002 amending Decision 94/652/EC as regards updating the inventory of tasks to be undertaken within the framework of cooperation by Member States in the scientific examination of questions relating to food (Text with EEA relevance) (notified under document number C(2002) 4447)
Id-Deċiżjoni tal-Kummisjoni tal-21 ta’ Novembru 2002 li temenda d-Deċiżjoni 94/652/KE rigward l-aġġornament ta’ l-inventarju ta’ l-impenji li jridu jittieħdu ġewwa l-qafas tal-koperazzjoni mill-Istati Membri fl-eżaminazzjoni xjentifika tal-mistoqsijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ikel (notifikata fid-dokument numru K(2002) 4447)(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Id-Deċiżjoni tal-Kummisjoni tal-21 ta’ Novembru 2002 li temenda d-Deċiżjoni 94/652/KE rigward l-aġġornament ta’ l-inventarju ta’ l-impenji li jridu jittieħdu ġewwa l-qafas tal-koperazzjoni mill-Istati Membri fl-eżaminazzjoni xjentifika tal-mistoqsijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ikel (notifikata fid-dokument numru K(2002) 4447)(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 319, 23.11.2002, p. 28–29
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 319 , 23/11/2002 P. 0028 - 0029
Id-Deċiżjoni tal-Kummisjoni tal-21 ta’ Novembru 2002 li temenda d-Deċiżjoni 94/652/KE rigward l-aġġornament ta’ l-inventarju ta’ l-impenji li jridu jittieħdu ġewwa l-qafas tal-koperazzjoni mill-Istati Membri fl-eżaminazzjoni xjentifika tal-mistoqsijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ikel (notifikata fid-dokument numru K(2002) 4447) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (2002/916/KE) Il-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/5/KEE tal-25 ta’ Frar 1993 dwar l-assistenza lill-Kummissjoni u l-koperazzjoni mill-Istati Membri fl-eżaminazzjoni xjentifika tal-mistoqsijiet li għandhom x’ jaqsmu ma’ l-ikel [1], u b’mod partikolari ir-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu 3(2) tagħha, Billi: (1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissoni 94/458/KE tad-29 ta’ Ġunju 1994 [2] tistabbilixxi r-regoli dwar il-ġestjoni amministrattiva tal-koperazzjoni fl-eżaminazzjoni xjentifika tal-mistoqsijiet li għandhom x’ jaqsmu ma’ l-ikel. (2) Id-Deċiżjoni Tal-Kummissjoni 94/652/KE [3] kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2001/773/KE [4] rigward l-aġġornament ta’ l-inventarju ta’ l-impenji li jridu jiġu midħula għalihom ġewwa l-qafas tal-koperazzjoni mill-Istati Membri fl-eżaminazzjoni xjentifika tal-mistoqsijiet li għandhom x’ jaqsmu ma’ l-ikel. (3) L-aġġornament ta’ l-inventarju ta’ l-impenji għandu jqis il-ħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika ġewwa l-Komunità u l-ħtiġiet tal-leġislazzjoni Komunitarja fis-settur ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel. (4) L-impenji għandhom jiġu mqasma filwaqt li jitqiesu l-kompetenza xjentifika u r-riżorsi disponibbli ġewwa l-Istati Membri, u b’mod partikolari l-istituti li jridu jipparteċipaw fil-koperazzjoni xjentifika. (5) Id-Deċiżjoni 94/652/KE għandha tiġi emendata kif jixraq, (6) Il-miżuri provvduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-Anness mad-Deċiżjoni 94/652/KE huwa mibdul bit-test fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-21 ta’ Novembru 2002. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 52, ta’ l-4.3.1993, p. 18. [2] ĠU L 189, tat-23.7.1994, p. 84. [3] ĠU L 253, tad-29.9.1994, p. 29. [4] ĠU L 290, tas-7.11.2001, p. 9. -------------------------------------------------- ANNESS ANNESS L-inventarju ta' l-impenji li jridu jittieħdu mill-Istati Membri ġewwa l-qafas tal-koperazjoni mill-Istati Membri fl-eżaminazzjoni xkjentifika tal-mistoqsijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ikel Is-Suġġett, in-natura u l-kobor ta' l-impenn | L-Istati Membri li lihom jitqassam l-impenn | Il-Limitu taż-żmien għat-tkomplija | 1.Is-sustanzi tat-taħwir 1.1.Is-sustanzi tat-taħwir iddefiniti kimikament kif elenkati fir-reġistru fl-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE tat-23 ta' Frar 1999:sabiex jiġu mħejjija r-rapporti għall-valutazzjoni tas-sigurtà tas-sustanzi tat-taħwir iddefiniti kimikament skond il-programm tal-valutazzjoni riferit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2232/96,sabiex jiġi stabbilit u miżmum arkivju fiżiku u elettronika ta' l-informazzjoni tossikoloġika disponibbli u ta' l-esposizzjoni rigward is-sustanzi interessati. | Id-Danimarka (koordinatur) il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, l-Olanda, l-Awstrija, il-Portugall, il-Finlandja, l-Isvezja, ir-Renju Unit | 31 ta' Mejju 2005. | 3.Il-Kontaminanti 3.1.Mistoqsijiet ġenerali 3.1.1.Mistoqsijiet mhux skedati u urġenti:sabiex jiġi kkordinat il-ġbir ta' l-informazzjoni fl-Istati Membri meħtieġa għall-istima tar-riskji mill-Kumitat Xjentifiku ta' l-Ikel bi tweġiba għall-mistoqsijiet mhux skedati u urġenti li għandhom x'jaqsmu mal-kontaminanti ta' l-ikel | L-Italja, ir-Renju Unit (kordinaturi konġunti) L-Istati Membri kollha | 31 ta' Diċembru 2002. | 3.2.Il-mistoqsijiet speċifiċi 3.2.9.Il-ġbir u l-għaqda flimkien ta' l-informazzjoni dwar il-livelli tat-3-monokloropropanedjol (3-MCPD) u s-sustanzi li għandhom x'jaqsmu miegħu fl-oġġetti ta' l-ikel | L-Isvezja, ir-Renju Unit (koordinaturi konġunti) id-Danimarka, il-Ġermanja, Franza, l-Irlanda, l-Olanda, l-Awstrija, il-Finlandja | 31 ta' Ottubru 2002. | 3.2.10.Il-ġbir ta' l-informazzjoni dwar il-konkorrenza tat-tossini fusarji u l-istima tat-teħid fid-dieta mill-popolazzjoni ta' l-Istati Membri ta' l-UE. | Il-Ġermanja (kordinatur) il-Belġju, id-Danimarka, Franza, l-Irlanda, l-Italja, l-Olanda, l-Awstrija, il-Portugall, il-Finlandja, l-Isvezja, ir-Renju Unit | 28 ta' Frar 2003 | 3.2.11.L-istima ta' l-esposizzjoni tad-dieta għaċ-ċomb, il-kadmju, il-merkurju u l-arseniku tal-popolazzjoni ta' l-Istati Membri ta' l-UE. | L-Italja, l-Isvezja (kordinaturi konġunti) il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, l-Olanda, l-Awstrija, il-Portugall, il-Finlandja, ir-Renju Unit | 31 ta' Diċembru 2002. | 3.2.12.Il-ġbir ta' l-informazzjoni dwar l-okkorrenza ta' l-idrokarbonji polinukleari aromatiċi fl-ikel. | Franza (kordinatur) il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, l-Irlanda, l-Italja, l-Olanda, l-Awstrija, il-Portugall, il-Finlandja, ir-Renju Unit | 30 ta' April 2003. | 3.2.13.L-istima ta' l-esposizzjoni tad-dieta għall-komposti ta' l-organtin fil-popolazzjoni ta' l-Istati Membri ta' l-UE | L-Italja (kordinatur) il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Greċja, Franza, l-Olanda | 31 ta' Diċembru 2002. | 8.Il-Materjali tal-Pakkeġġjar 8.1.It-tħejjija tal-folji jew ir-rapporti sommarji ta' l-informazzjoni dwar l-istima tar-riskji tas-sustanzi wżati fil-materjali tal-kuntatt ma' l-ikel jew il-preżentazzjoni tiegħu | L-Olanda (kordinatur) id-Danimarka, il-Ġermanja, Franza, l-Italja, il-Finlandja, l-Isvezja, ir-Renju Unit | 31 ta' Diċembru 2002. | --------------------------------------------------