EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0800

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Ottubru 2002 illi tamenda Deċiżjoni 98/50/KE fuq il-konklużjoni ta’ Ftehim fuq għarfien tal-waħda lejn l-oħra li għandu x’jaqsam ma’ qbil fl-istima, fiċ-ċertifkati u fl-immarkar bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja (2002/800/KE)

ĠU L 278, 16.10.2002, p. 19–19 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/800/oj

32002D0800



Official Journal L 278 , 16/10/2002 P. 0019 - 0019


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-8 ta’ Ottubru 2002

illi tamenda Deċiżjoni 98/50/KE fuq il-konklużjoni ta’ Ftehim fuq għarfien tal-waħda lejn l-oħra li għandu x’jaqsam ma’ qbil fl-istima, fiċ-ċertifkati u fl-immarkar bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja

(2002/800/KE)

Il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea,u partikolarment artiklu 133 flimkien ma’ artiklu 300(2), l-ewwel paragrafu li jaqa’ taħtu, l-ewwel sentenza, u artiklu 300(3), l-ewwel paragrafu li jaqa’ taħtu, l-ewwel sentenza, u (4),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

billi:

Sabiex jiġi assigurat illi jkun imħaddem effiċjenti l-Ftehim fuq għarfien tal-waħda lejn l-oħra li għandu x’jaqsam ma’ qbil fl-istima, ċertifikati u immarkar bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja [1] (aktar ‘il quddiem imsejjaħ il-"Ftehim") huwa meħtieġ illi Deċiżjoni 98/508/KE [2] tiġi emendata sabiex il-Kummisssjoni tiġi mogħtija s-setgħa biex tieħu l-miżuri kollha meħtieġa għat-tħaddim tal-Ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artiklu waħdieni

Artiklu 3 ta’ Deċiżjoni Nru 98/508/KE ġie mwaqqa’ u minfloku jitqiegħed dan illi ġej:

"L-Artiklu 3

1. Il-Kummissjoni sejra tgħaddi, wara konsultazzjoni ma’ dan il-Kumitat speċjali, għall-appuntamenti, notifikazzjonijiet, għoti reċiproku ta’informazzjoni u talb għal informazzjoni speċifkata fil-Ftehim.

2. Il-qagħda tal-Komunità fil-Kumitat Imħallat tiġi determinata mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni ma’ l-Kumitat speċjali msemmi fil-paragrafu 1."

Magħmul il-Lussemburgu, fit-8 ta’ Ottubru 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

T. Pedersen

[1] ĠU L 229, 17.08.98, p. 3.

[2] ĠU L 229, 17.08.98, p. 1.

--------------------------------------------------

Top