EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0745

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Settembru 2002 li tistabbilixxi l-arranġamenti għal provi u testijiet komparativi Komunitarji fuq materjal ta’ propagazzjoni u materjal ta’ taħwil ta’ pjanti tal-frott taħt id-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE (notifikata taħt id-dokument numru Ċ(2002) 3302)Test b’ rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 240, 7.9.2002, p. 65–66 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/745/oj

32002D0745



Official Journal L 240 , 07/09/2002 P. 0065 - 0066


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-5 ta’ Settembru 2002

li tistabbilixxi l-arranġamenti għal provi u testijiet komparativi Komunitarji fuq materjal ta’ propagazzjoni u materjal ta’ taħwil ta’ pjanti tal-frott taħt id-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE

(notifikata taħt id-dokument numru Ċ(2002) 3302)

(Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)

(2002/745/EC)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li stabilixxa il-Komunita’ Ewropea,

Wara li kkunsidra id-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE tat-28 ta’ April 1992 dwar il-marketing tal-materjal ta’ propagazzjoni ta’ pjanti tal-frott u l-pjanti tal-frott, maħsuba għal produzzjoni tal-frott [1], kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/112/KE [2], u partikularment l-Artikoli 20(2) u (4) tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva 92/34/KEE tipprovdi għal arranġamenti biex isiru mill-Kommissjoni għal provi u testijiet komparattivi tal-materjal ta’ propagazzjoni u ta’ taħwil.

(2) Rappreżentattività adegwata tal-kampjuni inklużi fil-provi u testijiet għandha tiġi assigurata, għallinqas għal ċerti pjanti magħżula.

(3) L-iStati Membri għandhom jieħdu sehem fil-provi u testijiet komparattivi tal-Komuniarji, fejn il-materjal ta’ propagazjoni u ta’ taħwil tal-Prunus domestica sakemm dan soltu jiġi riprodott jew imqiegħed fis-suq fit-territorju tagħom, sabiex jiġi assigurat li l-konklużjonijiet li jinġibdu minnhom ikunu sewwa.

(4) Il-Provi u testijiet komparattivi Komunitarji għandhom isiru mill-2003 sal-2007 fuq materjal ta’ propagazzjoni u taħwil miġbur fl-2002, u id-dettalji ta’ dawn il-provi u testijiet għandhom ukoll ikunu elenkati.

(5) Għall-provi u testijiet komparativi Komunitarji li jdumu aktar minn sena, il-partijiet tal-provi u t-testijiet wara l-ewwel sena għandhom ikunu awtorizzati mill-Kummissjoni mingħajr ma jerġħu jirreferu lil Kumitat Permanenti dwar il-Materjal ta’ Propagazzjoni u Pjanti ta’ Ġeneri u Speċi ta’ Frott, bil-kundizzjoni li l-allokazzjonijiet meħtieġa jkunu disponibbli.

(6) Il-miżuri maħsuba f’ din id-Deċiżjoni jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Materjal ta’ Propagazzjoni u Pjanti ta’ Ġeneri u Speċji tal-Frott,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Provi u testijiet komparattivi Komunitarji għandhom isiru mill-2003 sal-2007 fuq materjal ta’ propogazzjoni u taħwil tal-Prunus domestica.

Il-kost massimu għall-provi u testijiet għall-2003 għandu jkun kif muri fl-Anness.

Id-dettalji tal-provi u testijiet mniżżla fl-Anness.

Artikolu 2

L-Istati Membri kollha għandhom jieħdu sehem fil-provi u testijiet komparativi Komunitarji, sa fejn il-materjal tal-propagazzjoni u taħwil ta’ Prunus domestica soltu jiġi riprodott jew imqiegħed fis-suq fit-territorji tagħhom.

Artikolu 3

Salv li fondi għal dan ikunu disponibbli fl-estimi, il-Kum-missjoni tista’ tiddiċiedi li tkompli l-provi u testijiet mniżżla fl-Anness fil-perijodu 2004 sal-2007.

Il-kost massimu ta’ prova jew test li jitkompla fuq din il-bażi ma’ għandhux jeċċedi l-ammont speċifikat fl-Anness.

Artikolu 4

L-iStati Membri huma ddestinatarji ta’ din id-Deċiżjoni.

Magħmula fi’Brussel, fil-5 ta’ Settembru 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 57, ta’ l-10.6.1992, p. 10.

[2] ĠU L 41, tat-13.2.2002, p. 44.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Provi u testijietli għandhom isiru Fuq il-Prunus domestica [1]

Sena | Organu risponsabbli | Kondizzjonijiet għal Valutazzjoni | Għadd Nefqa ta' | Kampjuni |

2003 | NAKT Roelofarendsveen (NL) | Identita u purità tal-varjetà (fil-għalqa), Saħħa tal-pjanta (fil-laboratorju) | 50 | 16000 |

2004 | L-istess | L-istess | L-istess | 8000 |

2005 | L-istess | L-istess | L-istess | 10900 |

2006 | L-istess | L-istess | L-istess | 11100 |

2007 | L-istess | L-istess | L-istess | 29100 |

Nefqa totali | 75100 |

--------------------------------------------------

Top