This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002D0734
2002/734/EC: Commission Decision of 30 May 2002 concerning the technical specification for interoperability relating to the operation subsystem of the trans-European high-speed rail system referred to in Article 6(1) of Council Directive 96/48/EC (Text with EEA relevance) (notified under document number C(2002) 1951)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 2002 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għal interoperabilità fir-rigward tas-sub-sistema tat-tħaddim tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta' veloċità għolja, imsemmija fl-Artiklu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE (notifikata bid-dokument numru C(2002) 1951)Test b'relevanza għaż-ŻEE.
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 2002 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għal interoperabilità fir-rigward tas-sub-sistema tat-tħaddim tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta' veloċità għolja, imsemmija fl-Artiklu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE (notifikata bid-dokument numru C(2002) 1951)Test b'relevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 245, 12.9.2002, pp. 370–401
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2008; Imħassar b' 32008D0231
Official Journal L 245 , 12/09/2002 P. 0370 - 0401
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 2002 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għal interoperabilità fir-rigward tas-sub-sistema tat-tħaddim tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta' veloċità għolja, imsemmija fl-Artiklu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE (notifikata bid-dokument numru C(2002) 1951) (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (2002/734/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE tat-23 ta' Lulju 1996 dwar l-interoperabilità tar-rettikolat ta' ferroviji trans-Ewropew b'veloċità għolja [1], u partikolarment l-Artiklu 6(1) tagħha, Billi: (1) Skond l-Artiklu 2(ċ) tad-Direttiva 96/48/KE, is-sistema ferrovjarja trans-Ewropea b'veloċità għolja , hija sud-diviża f'sub-sistemi strutturali jew funzjonali. Dawn is-sub-sistemi huma deskritti fl-Anness II tad-Direttiva. (2) Skond l-Artiklu 5(1) tad-Direttiva, kull waħda mis-sub-sistemi għandha tkun koperta mill-ispeċifikazzjoni teknika għal interoperabilità (TSI) (3) Skond l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva, abbozzi tat-TSI għandhom ikunu mfassla mill-korp rappreżentattiv konġunt. (4) Il-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 21 tad-Direttiva 96/48/KE ħatar lill-Assoċjazzjoni Ewropea ta' l-Interoperabbilità tal-Ferroviji (AEIF) bħala l-korp rappreżentattiv konġunt bi qbil ma' l-Artikolu 2(h) tad-Direttiva. (5) L-AEIF ingħatat il-mandat li tħejji abozz ta' TSI għas-sub-sistema tat-tħaddim bi qbil ma l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva. Dan il-mandat kien stabbilit b'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva. (6) L-AEIF fasslet l-abbozz tat-TSI, flimkien ma' rapport introduttorju li fih analiżi tal-kost u l-benefiċċju kif previst fl-Artiklu 6(3) tad-Direttiva. (7) L-abbozz tat-TSI ġie eżaminat mir-rappreżentanti ta‘ l-Istati Membri, fil-kwadru tal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva, fid-dawl tar-rapport introduttorju. (8) It-TSI, li huwa s-suġġett ta' din id-Deċiżjoni, ma jimponix l-użu ta' teknoloġiji speċifiċi jew ta' soluzzjonijiet tekniċi apparti minn meta dan ikun strettament meħtieġ għall-interoperabilità tar-rettikolat ta' ferroviji trans-Ewropew b'veloċità għolja. (9) It-TSI, li huwa s-suġġett ta' din id-Deċiżjoni, huwa bbażat fuq l-aħjar għerf ta' l-esperti li jkun disponibbli meta jkun qiegħed jitħejja l-abbozz korrispondenti. L-iżviluppi fit-teknoloġija jew fil-ħtiġiet socjali jistgħu jwasslu għall-ħtieġa li dan it-TSI ikun emendat jew issupplementat. Meta xieraq, proċedura ta' re-eżaminazzjoni jew aġġornament għandha tkun mibdija skond l-Artiklu 6(2) tad-Direttiva 96/48/KE. (10) F'xi każi, it-TSI, li huwa s-suġġett ta' din id-Deċiżjoni, jippermetti għażla bejn soluzzjonijiet differenti, u b'hekk jagħmilha possibbli li jiġu applikati soluzzjonijiet interoperabbli definittivi jew transitorji li huma kompatibbli mas-sitwazzjoni eżistenti. Ukoll,, id-Direttiva 96/49/KE tipprevedi għal disposizzjonijiet implimentattivi speċjali f'ċerti każi speċifiċi. Barra minn dan, fil-każi previsti fl-Artiklu 7 tad-Direttiva, l-Istati Membri għandhom ikunu mħollija li ma japplikawx ċerti speċifikazzjonijiet tekniċi. Huwa għalhekk meħtieġ li l-Istati Membri jassiguraw li jiġu ppubblikati u aġġornati kull sena reġistru ta' l-infrastruttura u reġistru tar-rolling stock. Dawn ir-reġistri jelenkaw il-karatterstiċi ewlenin ta' l-infrastruttura u r-rolling stock (per eżempju, l-parametri bażiċi) nazzjonali u l-konkordanza tagħhom mal-karatteristiċi stabbiliti mit-TSI applikabbli. Għal dan il-għan, it-TSI, li huwa s-suġġett ta' din id-Deċiżjoni, jindika preċiżament liema informazzjoni għandha tidher fir-reġistri. (11) L-applikazzjoni tat-TSI li huwa s-suġġett ta' din id-Deċiżjoni għandha tieħu kont ta' kriterji speċifiċi li jirrelataw mal-kompatibbilità teknika u operazzjonali bejn l-infrastrutturi u r-rolling stock li għandhom jitħaddmu u r-rettikolat li fih sejrin ikunu integrati. Dawn il-ħtiġiet ta' kompatibilità jinvolvu analiżi teknika u ekonomika komplessa li għandha ssir fuq bażi ta' każ b'każ. L-analiżi għandha tieħu kont ta': - l-interfaces bejn is- sub-sistemi differenti msemmija fid-Direttiva 96/48/KE, - il-kategoriji differenti ta' binarji u rolling stock referuti f'dik id-Direttiva, u - l-ambjenti tekniċi u operazzjonali tar-rettikolat eżistenti. (12) Id-disposizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni huma konformi ma l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 96/ 48/KE. ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 It-TSI li għandu x'jaqsam mas-sub-sistema 'tat-tħaddim' tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea b'veloċità għolja msemmija fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 96/48/KE hija hawnhekk adottata mill-Kommissjoni. It-TSI huwa elenkat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni. It-TSI huwa kollu applikabbli għall-infratstruttura u r-rolling stock tas-sistema ta' ferroviji trans-Ewropea b' veloċità għolja kif definit fl-Anness I tad-Direttiva 96/48/KE, waqt li jittieħed kont tal-kondizzjonijiet li jidhru fil-Kapitlu 7 tat-TSI mehmuż. Artikolu 2 It-TSI mehmuż għandu jidħol fis-seħħ sitt xhur wara n-notifika ta' din id-Deċiżjoni. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-30 ta' Mejju 2002. Għall-Kummissjoni Loyola De Palacio Viċi President [1] ĠU L 235, tas-17.9.1996, p. 6. -------------------------------------------------- ANNESS SPEĊIFIKAZZJONI TEKNIKA GĦALL-INTEROPERABILITÀ DWAR IS-SOTTO-SISTEMA TA' OPERAZZJONI KONTENUT 1. INTRODUZZJONI 1.1. SKOP TEKNIKU 1.2. SKOP ĠEOGRAFIKU 1.3. KONTENUT TA' DAN IT-TSI 2. ID-DEFINIZZJONI TAS-SOTTO-SISTEMA U L-ISKOP TA' L-APPLIKAZZJONI 3. ĦTIĠIJIET ESSENZJALI 3.1. KONFORMITÀ MAL-ĦTIĠIJIET ESSENZJALI 3.2. ASPETTI TA' ĦTIĠIJIET ESSENZJALI 3.3. ASPETTI LI GĦANDHOM X'JAQSMU SPEĊIFIKAMENT MAS-SOTTO-SISTEMA TA' OPERAZZJONI 3.3.1. Sigurtà 3.3.2. Affidabilità u disponibilità 3.3.3. Is-saħħa 3.3.4. Il-ħarsien ambjentali 3.3.5. Kompatibilità teknika 3.4. VERIFIKA TAL-KONFORMITÀ 4. KARATTERIZZAZZJONI TAS-SOTTO-SISTEMA TA' OPERAZZJONI 4.1. PARAMETRI TAS-SOTTO-SISTEMA TA' OPERAZZJONI 4.1.1. Proċeduri biex tiġi operata sistema ġdida 4.1.2. Id-dokumentazzjoni 4.1.2.1. Id-dokumentazzjoni tas-sewwieqa 4.1.2.2. Dokumentazzjoni għal personal fuq il-vaguni 4.1.3. Kwalifiki tas-sewwieqa u personal fuq il-ferrovija ta' l-intrapriża tal-ferrovija li jkollhom dmirijiet dwar sigurtà 4.1.3.1. Kwalifiċi bażiċi, proċeduri u lingwi 4.1.3.2. Għarfien tar-rotta 4.1.3.3. Il-kwalifiki speċjali 4.1.4. Komunikazzjonijiet bejn il-personal dwar is-sigurtà 4.1.4.1. Natura u format ta' messaġġi u metodologija ta' komunikazzjonijiet dwar is-sigurtà 4.1.4.2. Il-lingwa użata bejn l-art u l-ferrovija 4.1.4.3. Il-lingwa użata bejn personal ta' fuq il-ferrovija u s-sewwieq 4.1.4.4. Il-lingwa użata bejn il-personal ta' fuq il-ferrovija u l-passiġġieri 4.1.5. Għajnuna lil sewwieqa f'każ ta' inċident jew nuqqas serju fit-tħaddim ta' ferrovija 4.1.6. Investigazzjoni jew inkjesta wara aċċident jew inċident 4.1.7. Avviż lil-maniġer tar-retikolata dwar l-istat operazzjonali tal-ferrovija 4.1.8. Xenarji u proċeduri biex ikunu ttratati inċidenti serji 4.1.9. Sewqan taħt kondizzjonijiet partikulari (ferroviji ta' prova u ferroviji bil-ħsara) 4.1.10. Monitoraġġ tas-sistema mill-aspett tas-sigurtà 4.1.10.1. Iċċekkjar għall-konformità ma' l-ispeċifikazzjonijiet 4.1.10.2. Feedback ta' l-esperjenza 4.1.11. Kwalità tal-monitoraġġ ta' l-operazzjoni 4.1.12. Servizz fuq il-ferrovija 4.1.12.1. Ekwipaġġ 4.1.12.2. Numru ta' passiġġieri fuq it-tren 4.2. KONNESSJONIJIET MAS-SOTTO-SISTEMA TA' OPERAZZJONI I 4.3. ESEKUZZJONI SPEĊIFIKATA 5. KOSTITWENTI TA' INTEROPERABILITÀ 6. VALUTAZZJONI TA' KONFORMITÀ U/JEW ADATTATI BIEX JINTUŻAW 6.1. KOSTITWENTI TA' INTEROPERABILITÀ 6.2. IS-SOTTO-SISTEMA TA' OPERAZZJONIJIET 6.2.1. Proċeduri ta' valutazzjoni u moduli applikabbli 6.2.2. Applikazzjoni ta' moduli 7. IMPLIMENTAZZJONI TA' L-OPERAZZJONI TSI ANNESS A KOMUNIKAZZJONIJIET DWAR IS-SIGURTÀ BEJN PERSONAL INVOLUTI FIS-SOTTO-SISTEMA 1. INTRODUZZJONI 1.1. SKOP TEKNIKU Dan it-TSI jikkonċerna s-sotto-sistema ta' "operazzjoni", li hija waħda mis-sotto-sistemi mniżżla fl-Anness II(1) għadd-Direttiva 96/48/KE. Dan it-TSI huwa parti waħda mis-set ta' sitt TSIs, li jkopru t-tmien sotto-sistemi kollha definiti f'Direttiva. L-ispeċifikazzjonijiet dwar is-sotto-sistemi ta' "min jużahom" u "ta' l-ambjent", li huma meħtieġa biex tiġi assigurata l-interoperabilità tas-sistema ta' ferroviji li jaqsmu l-Ewropa kollha b'veloċità skond il-ħtiġijiet essenzjali, huma mniżżla fit-TSIs ikkonċernati. Iżjed informazzjoni dwar is-sotto-sistema ta' operazzjoni hija mogħtija fil-Kapitolu 2. 1.2. SKOP ĠEOGRAFIKU L-skop ġeografiku ta' dan it-TSI huwa tas-sistema ta' ferroviji li jaqsmu l-Ewropa kollha b'veloċità kif deskritt fl-Anness I għad-Direttiva 96148/KE. Riferenza għandha ssir partikularment għall-binarji tar-retikolata ta' ferroviji li jaqsmu l-Ewropa deskritti fid-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 dwar il-linji ta' gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tar-retikolata ta' ferroviji li jaqsmu l-Ewropa jew f'kull aġġornament għall-istess Deċiżjoni bħala riżultat tar-reviżjoni maħsuba fl-Artikolu 21 dik id-Deċiżjoni. 1.3. KONTENUT TA' DAN IT-TSI Skond l-Artikolu 5(3) ta' u ma' l-Anness f(1)(b) tad-Direttiva 96/48/KE, dan it-TSI: (a) jispeċifika l-ħtiġijiet essenzjali għas-sotto-sistema ta' 'operazzjoni' u l-interfaces tagħha (il-Kapitolu 3); (b) jistabblixxi l-parametri bażiċi deskritti fl-Anness 11(3) għal dik id-Direttiva, li huma meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet essenzjali (il-Kapitolu 4); (c) jistabbblixxi il-kondizzjonijiet li għandhom ikunu sodisfatti biex jiġu miksuba l-livelli speċifkati għal kull waħda mill-kategoriji tal- binarji, kif ġej (il-Kapitolu 4): - kategorija I: binarji mibnija apposta għal veloċità kbira mgħammra għal veloċità li ġeneralment tilħaq jew tisboq 250 km fis-siegħa, - kategorija 11: binarji mtejjba b'mod speċjali għal veloċitajiet li jaslu sa 200 km fis-siegħa, - kategorija III: binarji mtejba b'mod speċjali li għandhom karatteristiċi speċjali li jirriżultaw minn limitazzjonijiet topografiċi, ta' fejda jewta' ppjanar, li minħabba fihom il-veloċità trid tkun adattata għal kull każ. (d) jistabblixxi provvedimenti ta' implementazzjoni f'ċerti każi speċifiċi (il-Kapitolu 7); (e) jiddetermina l-kostitwenti u l-interfaces li jkollhom ikunu koperti minn speċifikazzjonijiet Ewropej, fosthom livelli Ewropej, li huma meħtieġa biex tinkiseb l-interoperabilità fi ħdan is-sistema ta' ferroviji li jaqsmu l-Ewropa kollha b'veloċità waqt li jissodisfaw il-ħtiġijiet essenzjali (il-Kapitolu 5); (f) jgħid, f'kull każ li jkun qed jiġi kkunsidrat, liema mill-moduli definiti fid-Deċiżjoni 93/465/KEE jew, fejn xieraq, liema proċeduri speċifiċi għandhom jintużaw sabiex tiġi mkejla jew il-konformità jew kemm huwa xieraq l-użu tal-kostitwenti ta' l-interoperabilità , kif ukoll verifika tal- "KE" ta'-sotto-sistemi (il-Kapitolu 6). 2. ID-DEFINIZZJONI TAS-SOTTO-SISTEMA U L-ISKOP TA' L-APPLIKAZZJONI Is-sotto-sisterma ta' operazzjoni tas-sistema Ewropea ta' ferroviji ta' veloċità kbira jikkomprendi l-elementi kollha li jippermettu l-implimentazzjoni sħiha u l funzjonalità tas-sistema fil- wesgħa ta' operazzjonijiet tal-ferrovija, darba li l-elementi tekniċi u funzjonali tas-sotto-sistemi l-oħra jkunu definiti. L-operazzjoni ta' sistema taqa taħt ir-regoli u regolamenti mfassla mill-maniġers tar-retikolata li għndhom ikunu implimentati mill-intrapriża tal-ferrovija. L-għoti ta' bidu għall-operazzjoni ta' retikolata ta' ferroviji jeħtieġ impjegati kwalifikati li japplikaw il-proċeduri definiti b'mod li jaqbel mas-sistema ġenerali tas-sigurtà tar-retikolata. Il-funzjonijiet ewlenin li ġejjin, li għandhom x'jaqsmu mas-sigurtà ta' operazzjoni għandhom jiġu magħrufa għall-implimentazzjoni operazzjonali tas-sistema: - sewqan ta' ferrovija. - ħaddiema ta' fuq il-ferrovija. - immaniġġjar tat-traffiku stazzjonati fl-impjant. Barra minn dawn hemm organizzazzjonijiet li jieħdu ħsieb tad-disinn u ta' l-aġġornar tal-proċessi, il-proċeduri u d-dokumentazzjoni meħtieġa. Għal kull waħda minn dawn il-funzjonijiet, personal involuti għandhom ikunu identifikati u elenkati fid-dokumenti meħtieġa u l-proċeduri għandhom ikunu ppubblikati f'dokument regulatorju. Biex tinkiseb l-interoperabilità , id-dokumentazzjoni msemmija għandha tkun adattata biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet waħdanin ta' l-interoperabilità, waqt li jkunu kkunsidrati l-fatturi umani essenzjali għall-applikazzjoni affidabbli u effiċjenti ta' proċeduri. Is-soluzzjoni ideali tkun l-istandardizzazzjoni jew l-armonizzazzjoni tar-regoli ta' operazzjoni tal- ferroviji kollhafuq ir-rotot rilevanti. Madankollu, anke jekk dan l-ideal diffiċli kellu jitwettaq, għandu mnejn attwalment itellef il-"koerenza ta' sigurtà" generali tar-retikolata u b'hekk ifixkel l-operazzjoni bla periklu ta' ferroviji oħra fuq l-istess rotot, li jkun kontra d-Direttiva. Għalhekk, il-ħtieġa mniżżla fil-kondizzjoni essenzjali 2.7.1 tad-Direttiva biex jiġu armonizzati ir-regoli ta' l-operazzjoni tar-retikolata jistgħu japplikaw biss għall-armonizzazzjoni tad-dokukenti sabiex is-sewwieq, per eżempju, jkun jista' ir-regoli speċifiċi ta' kull maniġer tar-retikolata matul ir-rotta bla periklu u effettivament. Għall-kuntrarju, akull proċeduri li għandhom x' jaqsmu direttament ma' l-operazzjoni ta' sistema ġdida u komuni implimena fir-retikolata interoperabbli għandhom ikunu standardizzati. Sa fejn il-kwalifikazzjoni ta' l-istaff involuti u partikularment sewwieqa, tali kwalifikazzjoni tikkontribwixxi sostanzjalment għaż-żamma ta' livell għoli ta' sigurtà u għndu għalhekk ikun organizzat b'mod uniformi sabiex jinkiseb livell ta' sigurtà fl-infrastrutturi li fuqhom jistgħu jsiru operazzjonijiet. U aktar, meta jkunu qed jiddgħajfu dawn il-proċeduri, hu meħtieġ li l-membri differenti ta' l-istaff jifhmu lil xulxin mingħajr eżitazzjoni ta' xejn, anke f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza; li jġib il-ħtieġa li jiġu definiti ir-regoli li magħhom għandhom jikkonformaw f'materja ta' komunikazzjoni u, partikularment, l-użu tal-lingwi. Is-sigurtà fl-operazzjoni teħtieġ ukoll iċċekkjar regolari tas-sistema, b'verifikazzjonijiet u feedback ta' x' qed jiġri fil-kamp ta' l-operazzjoni. L-iskop ta' l-applikazzjoni jista' jkun definit bħala l-użu ta' rotta waħda jew iżjed minn waħda kif speċifkat fis-servizz ferrovjarju fornit, b' set speċifikat ta' magni u vaguni tal-ferrovija u membri speċifikati ta' l-istaff. L-aspetti tas-sotto-sistema ta' operazzjoni li għandhom x'jaqsmu ma' l-interoperabilità tas-sistema Ewropea ta' ferroviji ta' veloċità kbira jistgħu jiġu miġbura flimkien taħt wieħed mit-titoli li ġejjin: - proċeduri, - dokumentazzjoni, - kwalifikazzjoni ta' l-istaff, - komunikazzjoni, - Immonitorjar tas-sistema. "Maniġer" tar-retikolata' tfisser il-korp msemmi fl-Artikolu 3 u l-Artikolu 7 tad-Direttiva 91/440/KEE u fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/12/KE. Ir-reallokazzjoni ta' dmirijiet lil korpi differenti minn maniġers tar-retikolata huwa possibbli taħt id-Direttiva 2001/12/KE u l-informazzjoni dwar din ir-reallokazzjoni għandha tkun imsemmija fir-rapport tar-retikolata li għandha tkun ippubblikata mill-maniġers tar-retikolata skond id-Direttiva 2001/14/KE. 3. ĦTIĠIJIET ESSENZJALI 3.1. KONFORMITÀ MAL-ĦTIĠIJIET ESSENZJALI Skond l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 96/48/KE, is-sistema ta' ferroviji ta' veloċità kbira matul l-Ewropa kollha, is-sotto-sistemi u l-kostitwenti tagħhom ta' interoperabilità għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet essenzjali mniżżla f'termini ġenerali fl-Anness III għad-Direttiva. 3.2. ASPETTI TA' ĦTIĠIJIET ESSENZJALI Il-ħtiġijiet essenzjali jkopru: - is-sigurtà, - l-affidibilità u d-disponibilità, - is-saħħa, - il-ħarsien ta' l-ambjent, - kompatibilità teknika. Skond id-Direttiva 96/48/KE, il-ħtiġijiet essenzjali jistgħu jkunu ġeneralment applikabbli għas-sistema ta' ferroviji ta' veloċità kbira matul l-Ewropa kollha jew jista' jkun speċifiku għal kull sotto-sistema u l-kostitwenti. 3.3. ASPETTI LI GĦANDHOM X'JAQSMU SPEĊIFIKAMENT MAS-SOTTO-SISTEMA TA' OPERAZZJONI Fil-każ tas-sotto-sistema ta' operazzjoni, l-aspetti speċifiċi minbarra l-kunsiderazzjonijiet fl-Anness III għad-Direttiva, huma kif ġej. 3.3.1. SIGURTÀ Skond L-Anness III Għad-Direttiva 96/48/KE, il-ħtiġijiet essenzjali relatati mas-saħħa li japplikaw għas-sotto-sistema ta' operazzjoni huma kif ġej: Ħtieġa essenzjali 1.1.1: Id-disinn, il-kostruzzjoni jew immuntar, il-manteniment u l-immonitorjar ta' komponenti ta' ħtieġa kritika għas-sigurtà, u aktar partikularment tal-komponenti involuti fil-movimenti tal-ferroviji għandhom ikunu tali li jiggarantixxu s-sigurtà fil-livell li jikkorrespondi ma' l-għanjiet stabbiliti għar-retikolata, inklużi dawk għal sitwazzjonijiet degradati speċifiċi. Din il-ħtieġa essenzjali mhijiex rilevanti għas-sotto-sistema ta' operazzjoni. Ħtieġa essenzjali 1.1.2: Il-parametri involuti fil-kuntatt bejn ir-rota u l-binarju għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta'stabilità meħtieġa sabiex jiggarantixxu l-moviment bla periklu fil-veloċità massima awtorizzata. Din il-ħtieġa essenzjali mhijiex rilevanti għas-sotto-sistema ta' operazzjoni. Ħtieġa essenzjali 1.1.3: "Il-komponenti użati għandhom jifilħu kwalunkwe tensjoni normali jew eċċezzjonali li jkunu ġew speċifikati waqt il-perijodu ta' użu tagħhom. Ir-riperkussjonijiet għas-sigurtà minn kull falliment aċċidentali għandhom jkunu limitati b'mezzi xierqa". Din il-ħtieġa essenzjali mhijiex rilevanti għas-sotto-sistema ta' operazzjoni. Ħtieġa essenzjali 1.1.4: "Id-disinn ta' stallazzjonijiet fissi u magni u vaguni tal-ferrovija u l-għażla tal-materjal li jintuża għandu jkun immirat lejn il-limitazzjoni tal-ħolqien, it-tferrix u l-effetti tan-nar u d-duħħan f'każ ta' xi ħruq". Din il-ħtieġa essenzjali mhijiex rilevanti għas-sotto-sistema ta' operazzjoni. Ħtieġa essenzjali 1.1.5: "Kull tagħmir maħsub biex jinħadmu minn min jużahom għandhom ikunu ddisinjati b'mod li ma jnaqqasx is-sigurtà tagħhom jekk ikunu użati b'mod mistenni għalkemm mhux skond l-istruzzjonijiet mxandra". Din il-ħtieġa essenzjali mhijiex rilevanti għas-sotto-sistema ta' operazzjoni. Madankollu, il-ħtiġijiet li ġejjiin, li għandhom x'jaqsmu mas-sigurtà ma jikkonċernawx is-sotto-sistema ta' operazzjoni: Ħtieġa essenzjali 2.7.1: "Alinjament tar-regoli ta' l-operazzjoni u l-kwalifiki tas-sewwieqa u personal fuq il-ferroviji għandhom ikunu tali li jassiguraw operazzjoni internazzjonali bla periklu. L-intervalli bejn l-operazzjonijiet u l-manteniment, it-taħriġ u l-kwalifiki tal-personal fuq manteniment u s-sistema biex tassigura s-sigurtà mwaqqfa fiċ-ċentri ta' manteniment ta' l-operaturi kkonċernati għnadhom ikunu tali li jassiguraw livell għoli ta' sigurtà" . L-ewwel parti ta' din il-ħtieġa essenzjali, (alinjament tar-regoli ta' operazzjoni u l-kwalifiki tal-personal), hija mħarsa mis-sotto sezzjonijiet ta' din l-ispeċifikazzjoni, kif jidhru hawn taħt, u essenzjalment għandhom x'jaqsmu ma' fatturi umani: - l-uniformità ta' proċeduri li għandhom jkunu applikati għal sitwazzjonijiet identiċi direttament konnessi ma' l- operazzjoni ta' xi sistema ġdida: sotto-sezzjoni 4.1.1, - id-determinazzjoni ta' l-iskop u l-armonizzazzjoni tas-sura li tingħata lid-dokumentazzjoni għas-sewwieqa: - dwar proċeduri: sotto-sezzjoni 4.1.2.1.1, - dwar orarji: sotto-sezzjoni 4.1.2.1.3, - l-iżvilupp ta' "manwal ta' proċeduri" għal ħaddiema fuq il-ferrovija: sotto-sezzjoni 4.1.2.2, - il-formalizzazzjoni u l-armonizzazzjoni tad-deskrizzjoni tal-binarji u ta' l-istallazzjonijiet fuq ir-rotta u l-formalizzazzjoni tal-proċess li bih id-dokumenti użati biex jinformaw lis-sewwieq bil-quddiem ikunu ppreparati u aġġornati u l-proċess li bih is-sewwieq ikun avżat f'ħin reali: sotto-sezzjoni 4.1.2.1.2, - il-formalizzazzjoni tal-messaġġi dwar is-sigurtà, il-metodoloġija u l-ispeċifikazzjopni tal-lingwa li għandha tintuża għal tipi differenti ta' komunikazzjonijiet bis-smigħ fejn għandha x' taqsam is-sigurtà: is-sezzjoni 4.1.4, - il-formalizzazzjoni tal-proċess għall-iċċekkjar tas-sistema mill-aspett tas-sigurtà: is-sezzjoni 4.1.10, - il-formalizzazzjoni tal-proċess ta' verifika tal-kompożizzjoni ta' l-ekwipaġġ: is-sezzjoni 4.1.12.1, - il-formalizzazzjoni tal-proċeduri li għandhom jiġu segwiti meta l-ferrovija tkun mgħobbija iż-żejjed bil-passiġġieri: is-sezzjoni 4.1.12.3. Il-kwalifiki tas-sewwieq u tal-ekwipaġġ tal-ferrovija huma assigurati b': - il-formalizzazzjoni u l-armonizzazzjoni ta' l-organizzazzjoni mwaqqfa biex tagħti kwalifiki lill-personal fejn għandhom x' jaqsmu l-proċeduri u l-lingwi: is-sezzjoni 4.1.3.1, - il-formalizzazzjoni tal-proċess tat-tagħlim tar-rotta u ż-żamma tal-għerfien tar-rotta: is-sezzjoni 4.1.3.2, - definizzjoni ta' programm għal taħriġ speċjali għal kwalifiki speċifiċi: is-sezzjoni 4.1.3.3. Fejn jidħlu t-taħriġ u l-kwalifiki ta' personal fuq manteniment, il-kondizzjonijiet applikabbli għal personal responsabbli għall-manteniment ta' magni u vaguni tal-ferrovija huma mħarsa bi speċifkazzjoni ta' sotto-sistemi ta' magni u vaguni tal-ferrovija. 3.3.2. AFFIDABILITÀ U DISPONIBILITÀ Ħtieġa essenzjali 1.2: "l-Immonitorjar u ż-żamma ta' komponenti fissi jew ambulanti li huma involuti fil-movimenti ta' ferroviji għandhom ikunu organizzati, eżegwiti u kwantifikati b'tali mod li it-tħaddim tagħhom jkun miżmum taħt il-kondizzjonijiet maħsuba". Din il-ħtieġa essenzjali mhijiex rilevanti għas-sotto-sistema ta' operazzjoni. Ħtieġa essenzjali 2.7.2: Il-perijodi ta' l-operazzjoni u tal-manteniment, it-taħriġ u l-kwalifiki tal-personal fuq il-manteniment u s-sistema biex tassigura s-sigurtà mwaqqfa mill-operaturi kkonċernati fiċ-ċentri ta' manteniment għandhom ikunu tali li jassiguraw livell għoli ta' affidibilità n u disponibilità tas-sistema. Il-kondizzjonijiet applikabbli għal personal risponsabbli għall-manteniment ta' magni u vaguni tal-ferrovija huma mħarsa mill-ispeċifikazzjoni tas-sotto-sistema għal magni u vaguni tal-ferrovija. 3.3.3. IS-SAĦĦA Ħtieġa essenzjali 1.3.1: "Materjali li minħabba l-mod kif ikunu użati, x' aktarx jikkostitwixxu periklu għas-saħħa lil dawk li li jkollhom aċċess għalihom ma għandhomx jintużaw ġol-vaguni u fl-infrastrutturi tal-ferroviji". Din il-ħtieġa essenzjali mhijiex rilevanti għas-sotto-sistema ta' operazzjoni. Ħtieġa essenzjali 1.3.2: Dawk il-materjali għandhom jintgħażlu, jiġu forniti u jintużaw b'tali mod li tiġi limitata l-emissjoni ta' dħaħen u gassijiet perikolużi, partikularment f'każ ta' nar. Din il-ħtieġa essenzjali mhijiex rilevanti għas-sotto-sistema ta' operazzjoni. 3.3.4. IL-ĦARSIEN AMBJENTALI Ħtieġa essenzjali 1.4.1: Ir-riperkussjonijiet fuq l-ambjent tat-twaqqif u l-operazzjoni tas-sistema ta' ferroviji ta' veloċità kbira matul l-Ewropa għandha tkun meqjusa u kkunsidrata sew fl-stadju ta' l-iddisinjar tas-sistema skond il-provvedimenti tal-Komunità fis-seħħ. Din il-ħtieġa essenzjali mhijiex rilevanti għas-sotto-sistema ta' operazzjoni. Ħtieġa essenzjali 1.4.2: Il-materjali użati fil-vaguni u fl-infrastrutturi tal-ferroviji għandhom jevitaw il-ħruġ ta' dħaħen jew gassijiet li huma ta' ħsara jew perikolużi għall-ambjent, partikularment f'każ ta' nar. Din il-ħtieġa essenzjali mhijiex rilevanti għas-sotto-sistema ta' operazzjoni. Ħtieġa essenzjali 1.4.3: "Il-magni u l-vaguni tal-ferrovija u s-istemi tal-fornitura tal-enerġija għandhom ikunu ddissinjati u manifatturati b'tali mod li jkunu elettromanjetikament kompatibbli ma' l-istallazzjonijiet, it-tagħmir u l-infrastrutturi pubbliċi jew privati li jistgħu jikkawżawlhom interferenza". Din il-ħtieġa essenzjali mhijiex rilevanti għas-sotto-sistema ta' operazzjoni. 3.3.5. KOMPATIBILITÀ TEKNIKA Ħtieġa essenzjali 1.5: "Il-karatteristiċi tekniċi ta' l-infrastrutturi u ta' l-istallazzjonijiet fissi għandhom ikunu kompatibbli ma' xulxin u ma'dawk tal-ferroviji li ser jintużaw fi ħdan is-sistema ta' ferroviji ta' veloċità kbira matul l-Ewropa. Jekk ikun hemm diffikultà biex ikun hemm konformità ma' dawn il-karatteristċi f'ċerti sezzjonijiet tar-retikolata, soluzzjonijiet temporanji li jassiguraw kompatibilità fil-ġejjieni, jistgħu jiġu implimentati" . Din il-ħtieġa essenzjali mhijiex rilevanti għas-sotto-sistema ta' operazzjoni. Ħtieġa essenzjali 2.7.3: "L-alinjament tar-regoli ta' operazzjoni ta' l-infrastrutturi u l-kwalifiki ta' sewwieqa, ħaddiema fuq il-ferroviji u maniġers responsabbli għat-traffiku għandhom ikunu tali li jassiguraw effiċjenza fl-operazzjoni tas-sistema ta' ferroviji ta' veloċità kbira matul l-Ewropa". Din il-ħtieġa essenzjali hija assiguratà permazz ta': - l-uniformità tal-proċedura lit tkun applikata f'sitwazzjonijiet identiċi direttament konnessi mal-l-operazzjoni ta' sistema ġdida: sotto-sezzjoni 4.1.1, - il-formalizzazzjoni ta' messaġġi dwar sigurtà , tal-metodoloġija u speċifikazzjoni tal-lingwa li għandha tintuża għal tipi differenti ta' komunikazzjonijiet bi smigħ dwar sigurtà: is-sezzjoni 4.1.4, - il-proviżjoni ta' għajnuna lis-sewwieq f'każ ta' inċident: is-sezzjoni 4.1.5, - l-informazzjoni lill-maniġers tat-traffiku dwar li-qagħda ta' l-operazzjoni tal-magni u vaguni tal-ferrovija: is-sezzjoni 4.1.7, - il-formalizzazzjoni tal-proċeduri u azzjonijiet li għandhom ikunu segwiti f'' każ ta' kollass maġġur fis-sistema jew inċident: is-sezzjoni 4.1.8, - il-formalizzazzjoni ta' konformità mas-sistema min-naħa tal-kwalità ta' operazzjoni: is-sezzjoni 4.1.11. 3.4. VERIFIKA TAL-KONFORMITÀ Il-verifika tal-konformità tas-sotto-sistema u tal-kostitwenti tagħha mal-kondizzjonijiet essenzjali għandhom isiru skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'id-Direttiva 96/48/KE. 4. KARATTERIZZAZZJONI TAS-SOTTO-SISTEMA TA' OPERAZZJONI Is-sistema ta' ferroviji ta'veloċità kbira matul l-Ewropa li għaliha tapplika din id-Direttiva 96/48/KE u li s-sotto-sistema ta' operazzjoni hija parti minnha, hija sistema integrata li il-koerenza tagħha għandha tkun verifikata partikularment mal-parametri bażiċi, l-interfaces u l-prestazzjoni, sabiex tiġi assigurata l-interoperabilità tas-sistema f'konformità mal-ħtiġijiet essenzjali. Il-parametri bażiċi u speċifikazzjonijiet applikabbli għal kull element ta' interoperabilità , li jikkaratterizzaw is-sotto-sistema ta' operazzjoni, huma murija hawn taħt. 4.1. PARAMETRI TAS-SOTTO-SISTEMA TA' OPERAZZJONI L-ebda wieħed mill-"parametri bażiċi" elenkati fl-Anness 11 għad-Direttiva 96/48/KE ma huma rilevanti għas-sotto-sistema ta' operazzjoni. Il-parametri l-oħra rilevant għas-sotto-sistema huma dawn li ġejjin. Is-sotto-sistema ta' operazzjoni għandha tilħaq il-prestazzjonijiet kollha speċifikati għal kull waħda minn dawn il-kategoriji ta'binarji tas-sistema ta' ferroviji ta' veloċità kbira matul l-Ewropa li huma rilevanti għaliha: - binarji mibnija apposta għal veloċità kbira, - binarji mtejba apposta għal veloċità kbira, - binarji mtejba apposta għal veloċità kbira li għandhom karatteristiċi speċjali. Fil-każ tas-sotto-sistema ta' operazzjoni, ċerti parametri oħrajn kif speċifikati aktar l-isfel għandhom jintlaħqu biex jiġu mħaddma ferroviji interoperabbli ta' veloċità kbira iżda mhumiex kollha speċifikament rilevanti għal veloċità kbira. Fin-nuqqas ta' definizzjoni dwar il- ħtiġijiet għall-ferroviji kollha, mill-anqas l-elementi ta' importanza kritika għas-sigurtà kif ġejjin għandhom ikunu speċifikati. 4.1.1. PROĊEDURI BIEX TIĠI OPERATA SISTEMA ĠDIDA Il-proċeduri li għandhom jintużaw f'sitwazzjonijiet identiċi marbuta direttament ma' l-operazzjoni ta' sistema ġdida maħsuba biex tintuża fuq ir-retikolata interoperabbli Ewropea għandha tkun unika; għal ERTMS/ETCS partikularment, għandhom jikkonformaw ma' speċifikazzjoni Ewropea li għandha tiġi stabbilita. 4.1.2. ID-DOKUMENTAZZJONI 4.1.2.1. Id-dokumentazzjoni tas-sewwieqa 4.1.2.1.1. Proċeduri Il-proċeduri kollha meħtieġa għas-sewwieq għandhom ikunu inklużi f'dokument jew mezz kompjuterizzat imsejjaħ il-ktieb tar-regoli tas-sewwieq. Il-ktieb tar-regoli tas-sewwieq għandu jsemmi l-kondizzjonijiet għar-rotot maħduma l-magni u l-vaguni tal-ferrovija użati fuq dawk ir-rotot skond is-sitwazzjonijiet ta' operazzjoni normali jew imxekkla li s-sewwieq jista' jiltaqa' magħhom. Kull ktieb tar-regoli tas-sewwieq għandu jkun kompost skond it-tifsila jew forma standardizzata, kif hawn taħt: A – Organizzazzjoni tas-servizz B – Sigurtà personali C – Sinjalazzjoni u kmand u kontroll D - Il-kondizzjonijiet tal-ħdim tal- magni u vaguni tal-ferrovija E – Sistemi ta' fuq il-ferroviji F – Ħdim u sewqan tal-ferrovija G - Anomaliji, inċidenti u aċċidenti Appendiċi 1 għall-ktieb tar-regoli tas-sewwieq: Manwal ta' proċeduri ta' komunikazzjoni Appendiċi 2 għall-ktieb tar-regoli tas-sewwieq: Ktieb tal-forom ('Livret formulaires'). Il-ktieb tar-regoli tas-sewwieq għandu jkun miktub f'lingwa ta' wieħed mill-Istati tar-retikolata interoperabbli magħżula mill-intrapriża tal-ferrovija f'konsultazzjoni mal-maniġers tar-retikolata tas-servizz li ser ikun imħaddem, ħlief għal messaġġi u forom ('formulaires') li għandhom jibqghu fil-lingwa tal-maniġers tar-retikolata (ara sotto-sezzjoni 4.1.4.1). Il-ktieb tar-regoli tas-sewwieq għandu jkun miktub mill-intrapriża tal-ferrovija u għandu jinkludi l-informazzjoni pprovduta mill-maniġers tar-retikolata. Il-proċess għal preparazzjoni u l-aġġornament tal-ktieb tar-regoli tas-sewwieq għandu jinkludi l-passi li ġejjin: - il-maniġer tar-retikolata (IM) għandu jibgħat lill-intrapriża tal-ferrovija r-regoli sħaħ fil-lingwa ta' l-IM, - l-intrapriża tal-ferrovija għandha tfassal id-dokument tal-bidu jew aġġornat fil-lingwa ta' l-IM, - il-maniġer tar-retikolata għandu jgħarbel il-parti tad-dokument li tkun tlestiet mill-intrapriża tal-ferrovija rilevanti għal IM, - il-maniġer tar-retikolata għandu jagħti awtorizzazzjoni biex jintużaw dawk l-elementi tad-dokument li jikkonċernaw lill-IM, - jekk il-lingwa magħżula mill-intrapriża tal-ferrovija mhijiex il-waħda użata mill-maniġer tar-retikolata, id-dokument għandu jkun tradott minn korp kmpetenti u ikkonoxxut, magħżul mill-maniġer tar-retikolata u l-intrapriża tal-ferrovija. L-intrapriża tal-ferrovija għandha tip provdi ċertifikat ta' konformità mat-traduzzjoni. Iċ-ċertifikat ma jinkludix is-sezzjoni li jkun fiha l-messaġġi u l-forom (ara l-punt 4.1.4.1). Fuq talba, l-intrapriża tal-ferrovija u l-maniġer tar-retikolata għandhom jieħdu sehem fil-proċess tat-traduzzjoni. 4.1.2.1.2. Id-deskrizzjoni tat-tagħmir ta' fuq il-binarji u ta' ma' ġenbhom fuq binarji li fuqhom ikun sar ix-xogħol 4.1.2.1.2.1. elementi bażiċi L-oġġetti kollha meħtieġa biex ikunu mħaddma l-magni u l-vaguni tal-ferrovija kkonċernati fuq ir-rotot disnjati għandhom ikunu mniżżla ġo dokument jew mezz kompjuterizzat imsejjaħ "il-ktieb tar-rotta'." Il-ktieb tar-rotta għandu jinkludi mill-anqas l-informazzjoni, kif ġej: - il-katteristiċi ġenerali ta' l-operazzjoni: - it-tip ta' sinjalazzjoni u tal-ħdim relattiv tal-binarji (binarji doppji, ġiri ta' treni f'żewġ direzzjonijiet, eċċ.), - it-tip tal-provvista ta' enrġija, - it- tip ta' tagħmir ta' radju bejn l-art u l-ferroviji, - indikazzjoni ta' telgħat u niżliet: - kemm tkun għolja l-inklinazzjoni, tqegħid preċiż tal-wesgħat b'inklinazzjonijiet għoljin, - id-disinn dettaljati tal-binarji: - l-ismijiet ta' l-istazzjonijiet fuq ir-rotta u siti importanti u l-pożizzjoni tagħhom, - il-veloċitajiet permessi għal kull binarju u għall-magni u l-vaguni tal-ferrovija ikkonċernata, - l-ismijiet ta' l-organizzazzjoni risponsabbli għat-treġġija tat-traffiku, - l-identifikazzjoni tal-mezzi radjofoniċi li ser jintużaw, - id-deskrizzjoni skematika tal-firxa tal-binarji. Il-format tal-ktieb tar-rotta għandu jitlesta bl-istess mod għar-retikolati kollha maħduma mill-ferroviji ta' kull intrapriża individwali ta' ferroviji. Il-ktieb tar-rotta għandu jinkiteb f'lingwa ta' wieħed mill-Istati Membri tar-retikolata interoperabbli magħżula mill-intrapriża ta' ferroviji. Il-ktieb tar-rotta għandu jinkiteb mill-intrapriża ta' ferroviji li tuża l-informazzjoni fornita mill-maniġer tar-retikolata. Il-proċess għat-tlestija u l-aġġornament tal-ktieb tar-rotta għandu jkun definit mill-intrapriża ta' ferroviji. Il-maniġer tar-retikolata għandu jikkonferma kull element tad-dokument li għalih hija responsabbli u li huma li-kompetenzi lingwistiċi tagħha. 4.1.2.1.2.2. Elementi modifikati Kwalunkwe elementi modifikati kemm jekk permanentement jew temporanjament għandhom ikunu avżati lill-intrapriża mill-maniġers tar-retikolata; dawn it-tibdiliet għandhom ikunu illegati flimkien mill-intrapriża tal-ferroviji f'dokument dedikat jew mezz kompjuterizzat li l-format tiegħu għandu jkun l-istess għar-retikolati kollha li fuqhom jaħdmu l-ferroviji ta' intrapriża tal-ferroviji. Il-proċess li bih dan id-dokument jew mezz kompjuterizzat jitlesta għandu jkun definit mill-intrapriża tal-ferroviji u kkonfermat minn kull maniġer tar-retikolata għal kull element li għalih hija risponsabbli u li huma fil-kompetenzi lingwistiċi tagħha. 4.1.2.1.2.3. Informazzjoni lis-sewwieq fi żmien reali Il-proċedura biex jiġu avvżati s-sewwieqa fi żmien reali dwar il-modifiki kollha lill-arranġamenti ta' sigurtà fuq ir-rotta għandhom ikunu definiti mill-maniġers tar-retikolata kkonċernati (il-proċess għandu jkun waħdieni fejn l-ERTMS/ETCS tkun tintuża). 4.1.2.1.3. Magni u Vaguni tal-Ferrovija L-informazzjoni kollha dwar it-tħaddim tal-magni u l-vaguni tal-ferrovija f'sitwazzjonijiet kemm normali u mxekkla li għandha tkun magħrufa mis-sewwieq għandha tkun mġemmgħa f'dokument jew f'mezz kompjuterizzat imsejjaħ "il-ktieb tas-sewwieq tal-magni u l-vaguni tal-ferrovija". Il-ktieb tas-sewwieq tal-magni u l-vaguni tal-ferrovija għandu jitlesta mill-intrapriża tal-ferrovija. 4.1.2.1.4. Orarji L-informazzjoni meħtieġa għat-tħaddim normali tal-ferrovija għandha tinġabar f'dokument jew f'mezz kompjuterizzat wieħed imsejjaħ "il-karta ta' l-orarju" ("fiche train") li għandha tingħata lis-sewwieq u li għandha tinkludi mill-anqas li-materji li ġejjin: - il-waqfiet u punti oħra li jkunu marbutin ma' ħin, - il-wasla/tluq/ħinijiet li fihom tgħaddi ferrovija f'kull wieħed minn dawn il-punti. Din il-karta ta' l-orarju għandha titlesta mill-intrapriża tal-ferrovija kkonċernata bħala kompilazzjoni ta' l-informazzjoni fuq il-ħinijiet fornita mill maniġer jew maniġers tar-retikolata kkonċernata. Il-proċess li bih dan id-dokument jew mezz kompjuterizzat itlesta għandu jkun definit mill-intrapriża tal-ferroviji u kkonfermat minn kull maniġer tar-retikolata għal kull element li għalih hija risponsabbli u li huma fil-kompetenzi lingwistiċi tagħha. 4.1.2.2. Dokumentazzjoni għal personal fuq il-vaguni Il-proċeduri kollha meħtieġa għall-personal fuq il-vaguni għandhom jinġabru f'dokument jew f'mezz kompjuterizzat msejjaħ "il-ktieb ta' l-ekwipaġġ fuq il-vaguni". Il-ktieb ta' l-ekwipaġġ fuq il-vaguni għandu jitlesta mill-intrapriża tal-ferrovija u jinkludu l-informazzjoni fornita mill-maniġers tar-retikolata. Il-maniġers tar-retikolata jistgħu jitolbu, dwar il-parti rilevanti għalihom, li dan id-dokument ikun imħħejji u aġġornat skond l-istess proċess bħal dak użat għall-ktieb tar-regoli tas-sewwieqa (sotto-sezzjoni 4.1.2.1.1). Il-materji kollha meħtieġa biex jintużaw magni u vaguni tal-ferrovija li għandhom ikunu magħrufa mill-ekwipaġġ ta' fuq il-ferrovija dwar sitwazzjonijiet kemm normali u mxekkla għandhom jinġabru f'dokument jew f'mezz kompjuterizzat imsejjaħ "Il-ktieb tal-ekwipaġġ fuq il-vaguni". Il-ktieb tal-ekwipaġġ fuq il-vaguni għandu jinkiteb mill-intrapriża tal-ferrovija. 4.1.3. KWALIFIKI TAS-SEWWIEQA U PERSONAL FUQ IL-FERROVIJA TA' L-INTRAPRIŻA TAL-FERROVIJA LI JKOLLHOM DMIRIJIET DWAR SIGURTÀ 4.1.3.1. Kwalifiċi bażiċi, proċeduri u lingwi Għas-sewwieqa u personal fuq il-ferrovija li jkollhom dmirijiet ta' sigurtà l-intrapriża tal-ferrovija għandha tapplika il-proċess ta' kwalifika li jikkonsisti fil-fażi u elementi, kif ġej. A. Għażla ta' personal: - evalwazzjoni ta' l-esperjenza tal-personal u l-kwalitajiet professjonali u fiżiċi, - evalwazzjoni tal-kompetenza tagħhom fl-uża ta' lingwa barranija/lingwi barranin fil-qasam vokazzjonali tagħhom jew dispożizzjoni tagħhom biex jitgħallmuha/ jitgħallmuhom. B. Taħriġ vokazzjonali inizjali: - speċifikazzjoni tal-ħtiġijiet għat-taħriġ, - riżorsi għal programmi ta' taħriġ, - kwalifika ta' l-għalliema. Ċ. Ċertifikazzjoni inizjali: - ġabra tal-kondizzjonijiet għall-program ta' ċertifikazzjoni, - għoti ta' liċenzji lil min jiċċertifika, - twassil taċ-ċertifikat tal-kwalifika. D. Il-manteniment tal-livell ta' kwalifikazzjoni u personal li jimmonitorja: - skema biex timmonitorja l-karrieri, - skema biex timmonitorja s-saħħa. E. Il-manteniment tal-livell ta' kwalifikazzjoni u taħrig ta' aġġornament: - prinċipji tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta' taħriġ, - prinċipji implimentazzjoni ta' taħriġ, - prinċipji ta' l-evalwazzjoni ta' taħriġ. F. Il-manteniment tal-livell ta' kwalifikazzjoni u il-manteniment taċ-ċertifikazzjoni li tkompli: - prinċipji taċ-ċertifikazzjoni li tkompli, - il-formalizzazzjoni tal-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni li tkompli. Il-proċess ta' kwalifika hija definita b'konsiderazzjoni tar-regoli li japplikaw fuq l-infrastrutturi kkonċernati. Id-dokument li jiddeskrivi d-dettal tal-proċess huwa mibgħut lil kull maniġer tar-retikolata kkonċernata. 4.1.3.2. Għarfien tar-rotta L-intrapriża tal-ferrovija għandha tagħmel definizzjoni tal-proċess li bih jinkiseb u jinżamm għarfien tar-rotot li s-servizz jopera fuqhom, bbażat fuq ir-regoli stabbiliti mill-maniġers tar-retikolata. 4.1.3.3. Il-kwalifiki speċjali F'ċerti każi, inkluż fir-reġistru tar-retikolata, tali mina li jkun hemm ġo fiha tagħmir partikulari, l-intrpriża tal-ferrovija għandha tfassal programm ta' taħriġ speċjali u tal-manteniment ta' l-għarfien għal personal kollha li jistgħu jiġu involuti fi proċeduri ta' sigurtà , bbażati fuq ir-regoli stabbiliti mill-maniġers tar-retikolata kkonċernati. 4.1.4. KOMUNIKAZZJONIJIET BEJN IL-PERSONAL DWAR IS-SIGURTÀ 4.1.4.1. Natura u format ta' messaġġi u metodologija ta' komunikazzjonijiet dwar is-sigurtà Prinċipji li għandhom jiġu applikati mill-intrapriżi u l-maniġers ta'l-infrastruttura dwar: - in-natura u l-format tal-messaġġi, - il-metodoloġija tal-komunikazzjonijiet, huma definiti fl-Anness A għat-TSI preżenti. Materji operazzjonali ppreparati biex jiffaċilitaw l-applikazzjonijiet ta' dawn il-prinċipji, huma definiti f'dokumenti għall-użu minn sewwieqa u personal li jimmaniġġaw it-traffiku. Għas-sewwieqa, hemm l-Annessi għall-ktieb tar-regoli tas-sewwieq: - L-Anness 1: Manwal tal-proċeduri tal-komunikazzjoni, - L-Anness 2: Ktieb ta' forom ('livret formulaires') 4.1.4.2. Il-lingwa użata bejn l-art u l-ferrovija Il-lingwa użata għandha tkun dik użata fuq ir-retikolata kkonċernata; għandha tkun deċiża mill-maniġer tar-retikolata. Il-livell tal-għerfien għall-iskop tas-sigurtà għandu jkun kif ġej: - Funzjoni ta' sewqan (sewwieq) Abilità li jibgħat u jifhem messaġġi speċifikati fl-Anness A għat-TSI preżenti. Il-kontenut tal-messaġġi għandhom ikunu stabbiliti mill-maniġer tar-retikolata - Funzjoni ta' l-akkompanjament tal-ferrovija ( personal ta' fuq il-ferrovija) Abilità li jibgħat informazzjoni li tiddeskrivi l-ferrovija u l-istat operazzjonali tagħha fejn ikollu x' jaqsam il-personal u miżuri biex jiitieħdu f'sitwazzjonijiet li jinvolvu passiġġieri. Il-kontenut ta' dawn il-messaġġi għandhom ikunu stabbiliti mill-maniġer tar-retikolata. 4.1.4.3. Il-lingwa użata bejn personal ta' fuq il-ferrovija u s-sewwieq Il-lingwa użata għandha tkun dik użata f'waħda mit-territorji tar-retikolata interoperabbli. Għandha tkun magħżula mill-intrapriża li topera l-ferrovija. 4.1.4.4. Il-lingwa użata bejn il-personal ta' fuq il-ferrovija u l-passiġġieri F'sitwazzjonijiet li għandhom x' jaqsmu mas-sigurtà u s-saħħa tal-passiġġieri, il-lingwa użata bejn il-personal ta' fuq il-ferrovija u l-passiġġieri għandha tkun dik użata f'waħda mit-territorji tar-retikolata interoperabbli. Għandha tkun magħżula mill-intrapriża li tħaddem il-ferrovija bi ftehim mal-maniġer tar-retikolata. Barra minn dan, il-maniġers tar-retikolata jistgħu jistabbilixxu regoli partikulari għal każi speċifiċi (dwar vjaġġi f'mini twal, per eżempju) jew biex jikkonformaw mar-regolamenti ta' Istati Membri individwali. 4.1.5. GĦAJNUNA LIL SEWWIEQA F'KAŻ TA' INĊIDENT JEW NUQQAS SERJU FIT-TĦADDIM TA' FERROVIJA L-intrapriża li topera l-ferrovija għandha żżomm disponibbli, fil-ħinijiet kollha li l-ferrovija tkun tinħadem, xi espert li jista' jkun ikkuntattjat direttament mis-sewwieq, f'ħin reali, f'każ ta' incident jew ta' ħsara serja fil-magni jew vaguni tal-ferrovija. 4.1.6. INVESTIGAZZJONI JEW INKJESTA WARA AĊĊIDENT JEW INĊIDENT L-intrapriża li topera l-ferrovija għandha tispeċifika, bi ftehim mal-maniġer tar-retikolata, il-persuni li għandhom jiġu kkuntattjati. Il-maniġer tar-retikolata, bi ftehim mal-intrapriża li topera l-ferrovija, għandu jistabbilixxi il-limiti ta' żmien biex jingħata bidu għal investigazzjoni jew inkjesta dwar aċċident jew inċident. Sa fejn għandhom x'jaqsmu il-preservazzjoni, l-estrazzjoni u l-qari tar-reġistrazzjoni meħtieġa mir-regolamenti dwar ġrajjiet konnessi mas-sigurtà , l-intrapriża li topera l-ferrovija għandha tistabbilixxi, bi ftehim mal-maniġer tar-retikolata, xi proċedura sabiex dawn l-azzjonijiet jistgħu jittieħdu. 4.1.7. AVVIŻ LIL-MANIĠER TAR-RETIKOLATA DWAR L-ISTAT OPERAZZJONALI TAL-FERROVIJA Xi proċedura trid tiġi definita bejn il-maniġer tar-retikolata u l-intrapriża li topera l-ferrovija, biex kull anomalija li taffettwa magni u vaguni tal-ferrovija tista' jkollha riperkussjonijiet fuq il-moviment tal-ferrovija (qabel ma titlaq u fi triqitha) ikun irrapportat lill-organizzazzjoni responsabbli għall-maniġment tat-traffiku. 4.1.8. XENARJI U PROĊEDURI BIEX IKUNU TTRATATI INĊIDENTI SERJI Xenarji u proċeduri għandhom ikunu speċifikati mill-maniġers tar-retikolata b'koordinazzjoni mal-intrapriża li topera l-ferrovija għall-inċidenti, kif ġejjin: - Inċident: - salvataġġ ta' nies, - Ħsarat ta' ferroviji: - evakwazzjoni ta' passiġġieri, - salvataġġ ta'ferroviji bil-ħsara. - Ħsara fir-retikolata: - ħtiġijiet ta' sewqan ta'ferroviji b'rotta mibdula. L-intrapriża li topera l-ferrovija u l-maniġers tar-retikolata għandhom iqisu dawn ix-xenarji u proċeduri fil-ktieb tar-regoli u fl-ispeċifikazzjonijiet tagħhom tat-taħriġ ta' personal. Barra minn dan, u sabiex il-maniġers tar-retikolata jkunu jistgħu jistabbilixxu bil-quddiem il-miżuri li għandhom jittieħdu skond ir-regoli u regolamenti, skond in-natura ta' l-inċidenti, l-intrapriża li topera l-ferroviji għandha tipprovdilhom, fuq it-talba tagħhom, il-lista tal-malfunzjonijiet speċifiċi ta' magni u vaguni tal-ferrovija li jista' jkollhom implikazzjonijiet sostanzjali fuq it-traffiku. 4.1.9. SEWQAN TAĦT KONDIZZJONIJIET PARTIKULARI (FERROVIJI TA' PROVA U FERROVIJI BIL-ĦSARA) Il-kondizzjonijiet partikulari għall-ħdim ta' ferroviji – għal magni u vaguni tal-ferrovija taħt prova u l-moviment ta' vaguni u magni bil-ħsara rikoverati għandhom ikunu definiti mill-intrapriża li topera l-ferrovija u skrutinizzati għar-ratifika tal-maniġers tar-retikolata kkonċernata. 4.1.10. MONITORAĠĠ TAS-SISTEMA MILL-ASPETT TAS-SIGURTÀ 4.1.10.1. Iċċekkjar għall-konformità ma' l-ispeċifikazzjonijiet Konformità ma' l-ispeċifikazzjonijiet ta' interoperabilità għandhom ikunu ċċekkjati, partikularment, permezz ta' verifiki. Il-maniġers tar-retikolata għandhom: - jesegwixxu, bħala minimu, verifiki tar-retikolata tagħhom ta' kull sena, li jkopru: - l-implimentazzjoni ta' l-ispeċifikazzjonijiet mill-intrapriżi li joperaw il-ferroviji, - l-effikaċja tas-sistema tal immonitorjar imwaqqaf mill-intrapriża li topera l-ferroviji, - jinformaw lill-intrapriżi li joperaw l-ferroviji dwar issejbiet ta' dawk il-verifiki esegwiti fuq ir-retikolata tagħhom. L-intrapriżi li joperaw il-ferroviji għandhom: - jagħmlu, mill-inqas darba fis-sena, verifiki tas-servizz ta'velocità kbira interoperabbli li jikkoċernahom, - jikkommunikaw is-sejbiet tal-verifiki lill-maniġers tar-retikolata kkonċernata. 4.1.10.2. Feedback ta' l-esperjenza Il-maniġers tar-retikolata għandhom: - iwaqqfu proċess għal feedback ta' l-informazzjoni mill-kamp ta' operazzjoni tar-riżultati operazzjonali tas-sistema ta' veloċità kbira interoperabbli, - javżaw lill-intrapriżi li joperaw il-ferroviji kkonċernati dwar inċidenti u aċċidenti li jkunu ġraw fit-territorju tagħhom, - jikkomunikaw lill-intrapriżi li joperaw l-ferroviji, meta wieħed mill-personal tagħhom jkun involut, l-analiżi u konklużjonijiet ta' l-investigazzjoni jew inkjesta. L-intrapriżi li joperaw il-ferroviji għandhom: - iwaqqfu proċess għal feedback ta' informazzjoni minn fuq is-sit dwar il-kisbiet operazzjonali tas-sistema ta' veloċità kbira interoperabbli, - perjodikament u jekk meħtieġ jinformaw lil-maniġers tar-retikolata dwar ir-riżultati tal-feedback u oqsma fejn azzjonijiet korrettivi huma mistennija. 4.1.11. KWALITÀ TAL-MONITORAĠĠ TA' L-OPERAZZJONI Ġrajjiet li jkunu fixklu l-operazzjonijiet sew għandhom ikunu analizzati malajr kemm jista' jkun, mil-intrapriża li topera l-ferroviji flimkien ma' l-maniġer tar-retikolata kkonċernata. Ġrajja li tirripeti ruħha għandha tiġi mill-intrapriża li topera l-ferroviji flimkien ma' l-maniġers tar-retikolata kkonċernata .għallinqas darba fis-sena. Dawn il-proċessi għandhom ikunu definiti mill-intrapriża li topera l-ferroviji bi ftehim ma' l-maniġers tar-retikolata. 4.1.12. SERVIZZ FUQ IL-FERROVIJA 4.1.12.1. Ekwipaġġ L-inqas numru ta' personal fuq it-tren u l-kwalifika tagħhom għandha tkun skond ir-regoli ta' kull waħda mill-istrutturi fejn jitħaddmu dwar il-provvediment ta' nies fil-ferrovija. Proċedura għandha titfassal mill-intrapriża li topera l-ferroviji bi ftehim ma' l-maniġers tar-retikolata biex jiġu definiti l-iċċekkjar li għandhom isiru qabel jitlaq it-tren. 4.1.12.2. Numru ta' passiġġieri fuq it-tren Meta intrapriża li topera l-ferroviji tuża magni u vaguni tal-ferrovija ta' veloċità kbira li ma tistgħax tivvjaġġa bil-veloċità nominali tagħha minħabba li tkun mgħobbija b'ħafna passiġġieri żejda, għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tassigura li normalment tagħbija żejda bħal din qatt ma tiġri. Fil-każi eċċezzjonali fejn is-sitwazzjoni sseħħ, l-intrapriża li topera l-ferroviji għandha tavża lill-maniġer tar-retikolata dwar il-kondizzjonijiet li taħthom iċ-ċaqliq jista' jsir. Għal ċerti każi inklużi fir-reġistru tar-retikolata, tali mina li għaliha l-maniġer tar-retikolata jkun ipprovda xenarju ta' evakwazzjoni li fiha l-passiġġieri jkollhom jimxu matul it-tren, il-maniġer tar-retikolata flimkien mal-intrapriża li topera l-ferroviji għandu jiffissa l-akbar għadd ta' passiġġieri li jitħallew fit-tren. Barra minn dan, fil-każ appena msemmi u għall-istess raġunijiet, l-ebda valiġġa ma għandha tkun permessa fil-kurrituri jew mal-bibien. 4.2. KONNESSJONIJIET MAS-SOTTO-SISTEMA TA' OPERAZZJONI I Xejn 4.3. ESEKUZZJONI SPEĊIFIKATA Xejn 5. KOSTITWENTI TA' INTEROPERABILITÀ 5.1. Fit-tifsira ta' l-artikolu 2(d) tad-Direttiva 96/48/KE, kostitwenti ta'interoperabilità huma kwalunkwe komponenti elementari, grupp ta' komponenti, immuntar parzjali jew komplet ta' tagħmir inkorporat jew intiż biex ikun inkorporat f'sotto-sistema, li fuqha tiddipendi l-interoperabilità tas-sistema tal-ferrovija ta'veloċità kbira matul l-Ewropa jew direttament jew indirettament. 5.2. Il-kostitwenti ta' interoperabilità huma koperti mill-provvedimenti rilevanti tad-Direttiva 96148/KE. 5.3. Xi kostitwenti ta' interoperabilità huma indirizzati minn speċifikazzjonijiet li jistabbilixxu kondizzjonijiet ta' esekuzzjoni għalihom. Il-valutazzjoni tal-konformità tagħhom u/jew għall-użu għandu jsir bħala regola, permezz ta' kombinazzjoni tal-kostitwenti ta' interoperabilità. Disinnji jew karatteristċi desktittivi għandhom jiddependu fuqhom eċċezzjonalment biss. Is-sotto-sistema ta' operazzjoni ma għandha l-ebda kostitwenti ta' interoperabilità. 6. VALUTAZZJONI TA' KONFORMITÀ U/JEW ADATTATI BIEX JINTUŻAW 6.1. KOSTITWENTI TA' INTEROPERABILITÀ It-TSI ta' l-operazzjonijiet ma għandha l-ebda kostitwenti ta' interoperabilità. 6.2. IS-SOTTO-SISTEMA TA' OPERAZZJONIJIET 6.2.1. PROĊEDURI TA' VALUTAZZJONI U MODULI APPLIKABBLI Valutazzjoni ta' konformità tal-parametri kkonċernati tinvolvi verifika ta' dawn il-punti li ġejjin għal kull parametru, fuq ir-rotta/rotot li għandhom jinħadmu fuqhom il-magni u vaguni tal-ferrovija li ser jintużaw: - qabel ma jiddaħħlu fis-servizz: il-karatteristiċi tad-dokumenti kollha definiti, proċeduri, proċessi jew provvedimenti speċjali, - waqt l-operazzjoni: l-implimentazzjoni u l-kontroll ta' l-elementi kollha definiti assoċjati mas-sistema tal-monitoraġġ tal-kwalità. It-tipi ta' moduli li għandhom ikunu applikati għall-valutazzjoni tal-konformità huma kif ġejjin: - Qabel il-bidu tas-servizz - Għal parametri tad-disinn li jikkonċerna lil-maniġer tar-retikolata, il-modulu ta' tip A għandu jintuża. - Għall-parametri għad-disinnji li jikkoncernaw l-intrapriża tal-ferroviji, il–modulu ta' tip A għandu jintuża flimkien mal-provvediment addizzjonali A1, kif ġej: "korp notifikat magħżul mill-intrapriża tal-ferroviji għandhu jagħmel verifika tal-karatteristiċi tal-elementi tal-parametri tad-disinn li jikkonċernawha qabel ma jinbeda s-servizz." Dan il-modulu huwa msemmi AE u huwa deskritt fil-punt 6.2.2. - waqt operazzjoni Għall-elementi tal-parametri li jirrelataw mal-kwalità tas-sistema ta' monitoraġġ, modulu ta' tip D għandu jintuża flimkien mal-provvediment D1 kif ġej: "korp notifikat, jew istituzzjoniijiet notifikati magħżula mill-maniġers tar-retikolata u mill-intrapriżi tal-ferroviji, għandhom, kull sentejn, jassessjaw l-elementi tal-parametri li għandhom x'jaqsmu mal-proċessi tas-sistema tal-monitoraġġ tal-kwalità (l-applikazzjoni tas-sistema tal-monitoraġġ tal-kwalità , identifikata bħala SQ fit-Tabella 6.2.2) li jikkonċernaw l-intrapriża tal-ferrovija u/jew il-maniġer tar-retikolata. L-għażla tal-korp notifikat issir skond il-proċedura stabbilita mill-Istat Membru kkonċernat u minn fost il-korpi notifikati bil-kapaċitajiet essenzjali, u fi ftehim ma' l-awtorità maħtura mill-Istat Membru kkonċernat biex jinħareġ ċertifikat ta' sigurtà." Dan il- modulu għandu jissemma bħala DE u huwa deskritt fil-punt 6.2.2. 6.2.2. APPLIKAZZJONI TA' MODULI It-Tabella ta' hawn taħt: - telenka l-parametri li għandhom ikunu valutati u l-elementi li għandhom ikunu verifikati għal kull parametru u tidentifika l-elementi tas-sistema tal monitoraġġ tal-kwalità li għandhom ikunu valutati (mmarkati SQ), - tagħti referenza TSI għad-diversi parametri u tindika liema moduli għandhom jintużaw. Din it-tabella hija l-bażi biex jiġu applikati l-moduli. Parametri li għandhom ikunu valutati | Elementi li jiġu verifikati għal kull parametru | Referenza TSI | Moduli biex jiġu applikati | RU | IM | Proċedura għal operazzjoni ta' sistema ġdida | Applikazzjoni għal din is-sistema ta' istruzzjonijiet mniżżla fl-speifikazzjoni Ewropea stabbilita għas-sistema | 4.1.1. | | A | Id-dokumentazzjoni | | | | | Driver's rule book | Eżistenza | 4.1.2.1.1 | AE | A | Struttura | | AE | | Il-lingwa tat-test | | AE | | Proċess ta' tfassil u aġġornament, fosthom l-għażla ta' korp kompetenti u kkonoxxut u ċertifikat ta' konformità tat-traduzzjoni. | | AE | | Ktieb tar-rotta | Eżistenza | 4.1.2.1.2.1 | AE | | Kontenut minimu | | AE | | Mod ta' preżentazzjoni mill-intrapriża tal-ferrovija | | AE | | Il-lingwa tat-test | | AE | | Proċess ta' tfassil u aġġornament | | AE | A | Dokument jew fajl kompjuterizzat ta' elementi emendati | Eżistenza | 4.1.2.1.2.2 | AE | | Mod ta' preżentazzjoni mill-intrapriża tal-ferrovija | | AE | | Proċess ta' tfassil u aġġornament | | AE | A | Proċedura biex tavża lis-sewwieq f'ħin reali | Eżistenza | 4.1.2.1.2.3 | AE | A | Ktejjeb ix-xofier | Eżistenza | 4.1.2.1.3 | AE | A | Karta ta' l-orarju | Eżistenza | 4.1.2.1.4 | AE | | Kontenut minimu | | AE | | Mod ta' preżentazzjoni mill-intrapriża tal-ferrovija | | AE | | Il-lingwa tat-test | | AE | | Proċess ta' tfassil | | AE | A | Ktieb tar-regoli għal personal fuq it-tren | L-eżistenza ta' dawn id-dokumenti | 4.1.2.2 | AE | | Proċess ta' tfassil u aġġornament kif xieraq | | AE | A | Ktieb għal personal fuq it-tren | Eżistenza | | AE | | Kwalifiki tas-sewwieqa u tal- personal fuq it-tren | | | | | Proċess ghall-kwalifiki ġenerali tas-sewwieqa u personal fuq it-tren | Eżistenza | 4.1.3.1 | AE | | Struttura | | AE | | Sottomissjoni mill-RU lil kull IM tad-dokument li jiddeskrivi l-proċessi | | AE | | Proċess għall-akkwizizzjoni u l-manteniment ta' l-għarfien tar-rotta | Eżistenza | 4.1.3.2 | AE | A | Proċess għat-taħriġ u għall-manteniment ta'l-għarfien għal kwalifiki speċifiċi | L-eżistenza ta' programm speċifiku | 4.1.3.3 | AE | A | Komunikazzjonijiet ta' importanza kritika għas-sigurtà | | | | | Elementi operazzjonali għal komunikazzjonijiet bejn l-art u l-mobile li jidhru fid-dokumenti: biex jintużaw mis-sewwieq (appendiċijiet għall-ktieb tar-regoli)manwal tal-proċeduri dwar il-komunikazzjoniktieb ta' forombiex jintużaw minn personal risponsabbli għall-maniġment tat-traffiku | Applikazzjoni tal-prinċipji mniżżla fl-Appendiċi A | 4.1.4.1 | AE | A | Il-lingwa użata bejn il-binarji u t-tren | Definizzjoni | 4.1.4.2 | AE | | Il-lingwa użata bejn il-personal ta' fuq it-tren u s-sewwieq | Definizzjoni | 4.1.4.3 | AE | | Il-lingwa(i) użata(i) bejn il-personal fuq it-tren u l-passiġġieri | Definizzjoni | 4.1.4.4 | AE | A | Miżuri biex jgħinu lis-sewwieqa | Eżistenza | 4.1.5 | AE | | Miżuri għall-iskopijiet ta' investigazzjoni u inkjesta u biex tkun aċċessjata u moqrija data reġistrata li għandha x' taqsam mas-sigurtà | Eżistenza | 4.1.6 | AE | A | Proċedura biex jiġi informat il-maniġer tar-retikolata dwar l-istat operazzjonali tat-tren | Eżistenza | 4.1.7 | AE | A | Xenarji u proċeduri biex jiffaċċjaw inċidenti serji | Eżistenza | 4.1.8 | AE | A | L-inklużjoni fil-kotba tar-regoli u fi speċifikazzjonijiet tat-taħriġ | | AE | A | Lista ta' malfunzjonijiet | | AE | A | Miżuri dwar il-kondizzjonijiet tal-ħdim ta' treni li jkunu għaddejjin minn testijiet u r-ritorn ta' vaguni jew magni li ma jifilħux aktar xogħol | Definizzjoni | 4.1.9 | AE | A | Inklużjoni fil-verifika programmi | | | | Verifika ta' sistema mill-aspett tas-sigurtà | | | | | Proċess ta' verifika | Eżistenza | 4.1.10.1 | AE | A | Applikazzjoni ta' proċess waqt l-Operazzjoni (SQ) | | DE | DE | Feedback | Eżistenza | 4.1.10.2 | AE | A | Applikazzjoni tal- process waqt l-operazzjoni (SQ) | | DE | DE | Verifika ta' sistema mill-aspett tal-kwalità | Eżistenza | 4.1.11 | AE | A | Applikazzjoni ta' proċess f'Operazzjoni (SQ) | | DE | DE | Servizz fuq it-tren | | | | | Provvedimenti li jirregolaw il-kompożizzjoni ta' l-ekwipaġġ tal-ferroviji | Definizzjoni ta' numru minimu ta' personal fuq it-tren u l-kwalifiki tagħhom | 4.1.12.1 | AE | A | Proċedura biex tiċċekkja l-għadd ta' personal fuq it- tren qabel titlaq il-ferrovija | Eżistenza | | AE | A | Provvedimenti dwar il-fattur ta' togħbija tat-tren | Eżistenza | 4.1.12.2 | AE | | Iċċekkjar bħala parti tal-verifika | | | | Provvedimenti dwar l-akbar numru ta' passiġġieri fejn ikun hemm sitwazzjonijiet ta' evakwazzjoni | Eżistenza | | AE | A | Provvedimenti dwar il-bagalji | Eżistenza | | AE | | (SQ) Elementi dwar is-sistema tal-monitoraġġ tal-kwalità li għandha tkun ivverifikata waqt l-operazzjoni | L-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-moduli huma kif ġej. Modulu A Il produttur (il-maniġer tar-retikolata) għandu għall-elementi ta' parametri li jikkonċernawh: (a) jikteb id-dokumentazzjoni għas-sistema interoperabbli in kwistjoni: - id-dokumentazzjoni dwar il-magni u vaguni tal-ferrovija użati u r-rotta li jgħaddu minn fuqha, - id-dokumentazzjoni dwar kull parametru: id-dokument, l-isem tal-proċess, il-proċedura jew provvedimenti speċjali, - lista ta' speċifikazzjonijiet Ewropej li għandhom jiġu applikati, U għandu jiġbor dan il-materjal fl-arkivju, iżommu disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali għal perijodu ta' għaxar snin; (b) jivverifika, għal kull parametru u element ta'disinn tal-parametri indikati fil-lista ta' hawn fuq, li jikkonformaw mal-karatteristiċi definiti fit-TSI; (ċ) jlesti dikjarazzjoni ta' konformità inkluża l-lista ta' parametri u elementi li jkollhom jiġu vverifikati (mit-tabella ta' qabel) u, għal kull wieħed minnhom, indikazzjoni ta' konformità. Din id-dikjarazzjoni għandha tkun arkivjata mad-dokumentazzjoni ta' operazzjoni. Modulu AE Il-produttur (l-intrapriża tal-ferrovija) għandu, għall-elementi li jikkonċernawh: (a) jikteb id-dokumentazzjoni għas-sistema interoperabbli in kwistjoni: - id-dokumentazzjoni dwar il-magni u vaguni tal-ferrovija użati u r-rotta li jgħaddu minn fuqha, - id-dokumentazzjoni dwar kull parametru: id-dokument, il-kliem magħżula għall-proċess, il-proċedura jew provvedimenti speċjali, - lista ta' speċifikazzjonijiet Ewropej li għandhom jiġu applikati, u għandu jarkivja dan il-materjal, u għandu jiġbor dan il-materjal fl-arkivju, iżommu disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali għal perijodu ta' għaxar snin; (b) jagħżel korp notifikat u jitlob verifika għal kull parametru u element ta' parametru ta' disinn indikata fil-lista ta' hawn fuq, li jikkonformaw mal-karatteristiċi definiti fit-TSI matul ir-rotta kollha li jkunu jaħdmu fuqha. Il-korp notifikat għandu: (c) jivverifika, għal kull parametru u għal kull element ta' parametru disinn indikat fil-lista ta' aktar il-fuq, li jkun hemm konformità mal-karatteristiċi definiti fit-TSI; (d) jinnotifika lil-produttur li jkun talab il-verifiki tar-riżultati miksuba. Il-produttur għandu: (e) jikteb dikjarazzjoni ta' konformità inkluża lista tal-elementi tal-parametri li għandhom ikunu verifikati, meħuda mit-tabella ta' hawn fuq, u għal kull wieħed minnhom, indikazzjoni ta' konformità . Din id- dikjarazzjoni għandha tkun arkivjata mad-dokumentazzjoni ta' l-operazzjoni. Modulu DE Il-produtturi (l-intrapriża tal-ferrovija u l-maniġer tar-retikolata, kull wieħed għall-biċċa li tikkonċernah) għandhom: (a) jiktbu id-dokumentazzjoni operattivi għas-sistema interoperabbli in kwistjoni: - id-dokumentazzjoni fuq magni u vaguni tal-ferrovija użati fuq ir-rotta li fuqha ikunu qegħdin jaħdmu, - id-dokumentazzjoni dwar ir-responsabbiltajiet u s-setgħa ta' l-organizzazzjoni, dwar is-sistema ta' monitoraġġ tal-kwalità, - id-dokumentazzjoni dwar kull parametru li għandu x' jaqsam mas-sistema ta' monitoraġġ tal-kwalità, - l-isem tal-proċessi, - riżultat tal-verifiki, - l-elementi dwar feedback, - elementi dwar is-sistema ġenerali tal-monitoraġġ ta' kwalità. u għandhom jarkivjaw dan il-materjal u jżommuh disponibbli għal ispezzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali għal perijodu ta' mill-inqas għaxar snin; (b) jagħżlu korp notifikat jew istituzzjoni notifikata kull sentejn u jitolbu li jagħmel/tagħmel valutazzjoni ta' l-elementi tal-parametri dwar is-sistema ta' monitoraġġ tal-kwalità (applikazzjoni tal-proċessi tal-monitoraġġ tal-kwalità identifikati bħala SQ fit-tabella hawn fuq) li tikkonċernahom. Il-korp notifikat jew l-istituzzjoni notifikata: (c) għandu jagħmel valutazzjoni tal-proċessi ta' monitoraġġ lill-produtturi (l-intrapriża tal-ferrovija u/jew il-maniġer tar-retikolata) u jagħmel rapport għal kull wieħed minnhom, partikularment jekk: - il-produtturi ikunux implementaw il-proċessi ppjanati, - il-produtturi jikkontrollawx il-proċessi; (d) jagħti ir-riżultat ta' din il-valutazzjoni u r-rapport relatat lil-produtturi li jkunu talbu ir-rapport. Il-produtturi ((l-intrapriża tal-ferrovija u l-maniġer tar-retikolata , kull wieħed għal biċċa li tikkonċernah): (e) għandhom jistabbilixxu dikjarazzjoni ta' konformità li tindika r-iżultati ta' din il-valutazzjoni u tar-rapport relatat u jżommu din id-dikjarazzjoni mad-dokumentazzjoni operativa. 7. IMPLIMENTAZZJONI TA' L-OPERAZZJONI TSI L-operazzjoni tas-servizz tal-ferrovija fuq il-parti rilevanti tas-sistema ta' ferroviji ta'veloċità kbira matul l-Ewropa għandha tikkonforma ma' l-Operazzjoni TSI: - meta infrastruttura interoperabbli ġdida jew imtejba tibda titħaddem skond l-Artikolu 14 tad-Direttiva 96/48/KE, - jew, meta servizz ġdid li jaqsam il-fruntieri jibda jitħaddem, - jew, fil-każ tar-retikolata eżistenti msemmiha fil-punt 1.2 tat-TSI preżenti, pass pass, u, jekk possibbli, sal-2005. Madankollu, fil-każ tar-retikolata eżistenti, ferroviji li qed jitħaddmu u ma humiex soġġetti għad-Direttiva 96/48/KE, ir-regoli ta' operazzjoni li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta'dan it-TS1 jistgħu' jiġu adattati għas-sitwazzjoni lokali bil-għan li tiġi ppreservata l-kompatibilità tas-sistema eżistenti ta' ferrovji u l-livell preżenti tagħha ta' sigurtà . Tali eċċezzjonijiet għandhom jissemmew fir-reġistru tar-retikolata. -------------------------------------------------- ANNESS A KOMUNIKAZZJONIJIET DWAR IS-SIGURTÀ BEJN PERSONAL INVOLUTI FIS-SOTTO-SISTEMA NATURA U STRUTTURA TAL-MESSAĠĠI METODOLOĠIJA TAL-KOMUNIKAZZJONI INTRODUZZJONI L-għan ta' dan id-dokument huwa li jistabbilixxi r-regoli għal komunikazzjonijiet dwar is-sigurtà bejn l-art u s-sistemi mobile, fiż-żewġ direzzjonijiet, applikabbli għal informazzjoni trasmessa jew skambjata dwar sitwazzjonijiet kruċjali għas-sigurtà fuq ir-retikolata inter-operabbli u partikularment biex: - jiddefinixxi n-natura u l-istruttura tal-messaġġi dwar is-sigurtà, - jiddefinixxi l-metodoloġija għat-trasmissjoni ta' dawn il-messaġġi bil-leħen. Dan l-appendiċi għandu jservi bħala bażi: - li jgħin lill-maniġer tar-retikolata jikkomponi l-messaġġi u l-kotba ta' forom (formulaires). Dawn l-elementi għandhom ikunu indirizzati lill-intrapriżi tal-ferroviji fl-istess ħin li ir-regoli u regolamenti li jistabilixxu l-limiti jinħarġu, - għall-maniġers tar-retikolata u l-intrapriżi tal-ferroviji biex jiktbu d-dokumenti għall-operaturi (kotba ta' forom: livret formulaires), istruzzjonijiet għall-persunal risponsabbli għall-maniġment tat-traffiku u l-Appendiċi 1 għall-ktieb tar-regoli għas-sewwieq "Manwal tal-proċeduri fil-komunikazzjonijiet". 1. NATURA U STRUTTURA TAL-MESSAĠĠI DWAR IS-SIGURTÀ 1.1. NATURA Il-messaġġi relatati mas-sigurtà għandhom ikunu definiti b'mod formali minn kull maniġer tar-retikolata erba' tipi: - messaġġi ta'emerġenza ta' l-ogħla prijorità, - messaġġi proċedurali, - messaġġi addizzjonali, - messaġġi ta' informazzjoni b'kontenut varjabbli. Ir-regoli dwar it-trasmissjoni ta' dawn il-messaġġi huma mogħtija taħt is-sezzjoni 2 - "Metodoloġija ta' komunikazzjoni". 1.1.1. Messaġġi ta'emerġenza ta' l-ogħla prijorità Il-messaġġi ta'emerġenza ta' l-ogħla prijorità huma maħsuba biex jagħtu istruzzjonijiet operazzjonali urgenti. Biex ikun evitat kwalunkwe riskju li jinftiehem ħażin, il-messaġġ huwa dejjem ripetut. Klassifikati skond il-ħtieġa, il-messaġġi ewlenija li jistgħu jintbagħtu huma indikati minn hawn il-quddiem: barra minn hekk, messaġġi ta' emergenza oħra ta' l-ogħla prijorità jistgħu, jekk ikun meħtieġ, ikunu definiti mill-maniġer tar-retikolata. Il-messaġġi ta' emerġenza ta' l-ogħla prijorità jistgħu jkunu segwiti minn messaġġi proċedurali (ara s-sotto-sezzjoni 1.1.2). Il-messaġġi essenzjali kollha ta' emergenza ta' l-ogħla prijorità huma indikati fl-Appendiċi 1 "Manwal ta' proċeduri ta' komunikazzjoni" għall-ktieb tar-regoli għas-sewwieqa u fid-dokumenti t għall-użu mill-personal risponsabbli għall-maniġment tat-traffiku. 1.1.1.1. Messaġġi mibgħuta mill-art jew mis-sewwieq - Ħtieġa li jitwaqqfu il-ferroviji kollha: +++++ TIFF +++++ Informazzjoni dwar il-lokazzjoni, jw parti minn distrett, jekk ikun meħtieġ, speċifikat fil-messaġġ. Barra minn hekk, dan il-messaġġ għandu jkun malajr kompletat, jekk jista' jkun, bir-raġuni, il-lokazzjoni ta' l-emerġenza u l-identifikazzjoni tal-ferrovija: +++++ TIFF +++++ - Ħtieġa li titwaqqaf ferrovija partikulari: +++++ TIFF +++++ - Ħtieġa li r-radju ma jittrasmettix: +++++ TIFF +++++ 1.1.1.2. Messaġġi mis-sewwieq - Il-ħtieġa li tinqata' l-enerġija tal-binarji: +++++ TIFF +++++ Dan il-messaġġ għandu jkun malajr kompletat, jekk jista' jkun, bir-raġuni, il-lokazzjoni ta' l-emerġenza u l- identifikazzjoni tat-tren: +++++ TIFF +++++ 1.1.2. Messaġġi ta' proċedura 1.1.2.1. Natura tal-messaġġi Messaġġi ta' proċedura huma użati biex jintbagħtu istruzzjonijiet operazzjonali dwar sitwazzjonijiet li jidħru fil-ktieb tar-regoli tas-sewwieq. Huma jifformaw it-test tal-messaġġ stess, li jikkorrespondi ma' sitwazzjoni, u numru li jidentifika l-messaġġ. Jekk il-messaġġ jeħtieġ li min jirċevih jirapporta lura, it-test tar-rapport ikun mogħti wkoll. Dawn il-messaġġi jużaw sett ta' kliem stabiliti mill-maniġers tar-retikolata fil-lingwa tagħhom stess u huma ppreżentati f'sura ta' forma stampati bil-quddiem fuq karta. 1.1.2.2. Forom ta' proċedura - Forom ta' proċedura huma l-mezz formalizzat għal messaġġi proċedurali. L-għan tagħhom huwa li: - jipprovdu dokument ta' ħidma komuni użat fil-ħin reali mill-personal fl-istazzjon risponsabbli għal maniġment tat-traffiku u mis-sewwieqa, - jiffaċilitaw it-traċċabilità tal-komunikazzjonijiet. Dawn il-forom huma identifikati b'kelma bil-kowd, li juża kelma unika jew numru uniku, li jkollu x' jaqsam mall-proċedura. Huma mfassla minn kull maniġer tar-retikolata fil-lingwa tiegħu stess. 1.1.2.3. Ktieb ta' forom (livret formulaires) Is-sett sħiħ tal-forom għandu jkun miġbur f'kotba (kotba ta' forom) stampati fuq karta: - ktieb ta' forom maħsub għas-sewwieq li jiġbor il-forom kollha li jistgħu jintużaw minn maniġers ta' l-infrastrutura differenti x'imkien fuq ir-rotta li dawn jużaw. Il-ktieb ta' forom għandu jikkostitwixxi l-Appendiċi 2 għal ktieb tar-regoli għas-sewwieq, - ktieb ta' forom maħsub għall-personal risponsabbli għall-maniġment tat-traffiku, biex jgħinhom iġibu fis-seħħ il-proċeduri kollha użati fit-territorju tagħhom. Il-ktieb ta' forom huwa maqsum f'żewġ biċċiet. Fl-ewwel parti hemm dawn il-materji. - fakkar dwar l-utilizzazzjini tal-ktieb ta' forom, - indiċi ta' forom ta' proċedura mibdija fl-istazzjon, - indiċi ta' forom ta' proċedura mibdija mis-sewwieq, - il-lista ta' sitwazzjonijiet li jagħmlu referenzi għal liema forom ta' proċedura għandhom jintużaw, - vokabolarju li jagħti s-sitwazzjonijiet li għalihom kull proċedura tapplika, - il-kowd biex ikunu ffurmati l-messaġġi (l-alfabet fonetiku, eċċetera). Fit-tieni parti hemm il-forom ta' proċeduri stess. Diversi forom mudelli huma nklużi fil-ktieb ta' forom u tabelli għall-paġni li għandhom jintużaw. L-intrapriża tal-ferrovija tista' tinkludi test esplanatorju rilevanti għal kull forma u s-sitwazzjonijiet ittrattati, fil-ktieb ta' forom għas-sewwieqa. 1.1.3. Messaġġi addizzjonali "Messaġġi addizzjonali" huma messaġġi ta' informazzjoni użati mis-sewwieq biex jinforma lill-personal risponsabbli għall-maniġment tat-traffiku, jew użat mill-personal fil-maniġment tat-traffiku biex javżaw lis-sewwieq dwar ċerti sitwazzjonijiet previdibbli li jkollhom x' jaqsmu ma' l-operazzjoni tal-ferrovija jew għall-kondizzjoni teknika tal-ferrovija jew tar-retikolata. Il-messaġġi addizzjonali meħtieġa huma identifikati mill-maniġers tar-retikolata u huma inklużi fl-Appendiċi 1 "Manwal ta' proċeduri ta' komunikazzjoni" tal-ktieb tar-regoli għas-sewwieq u fid-dokumenti ta' istruzzjonijiet għall-użu ta' personal risponsabbli għall-maniġment tat-traffiku. 1.1.4. Messaġġi ta' informazzjoni b'fattur varjabbli, kontenut Dawn il-messaġġi għandhom jintużaw, f'xi sitwazzjonijiet, mis-sewwieq biex javża lill-personal risponsabbli għall-maniġment tat-traffiku fuq l-art dwar ċirkustanzi li huma ta' natura rari u li messaġġi predeterminati m'humiex iprovduti għalih. Biex jagħmluha eħfef biex wieħed jiddeskrivi s-sitwazzjonijiet u jqassru l-messaġġi ta' informazzjoni, messaġġ mudell, vokabolarju ta' terminolġija tal-ferroviji, disinn deskrittiv ta' magni u vaguni tal-ferrovija li jkunu qed jintużaw u dikjarazzjoni deskrittiva tat-tagħmir ta' l-infrastrutura (il-binarji, il-provvista tal-ġibda, eċċ.) għandha tinkiteb. 1.1.4.1. Mudell ta' struttura għall-messaġġi +++++ TIFF +++++ Dawn il-messaġġi jistgħu jkunu segwiti minn talba għal istruzzjonijiet. L-elementi tal-messaġġi huma pprovduti kemm bil-lingwa magħżula mill-intrapriża tal-ferrovija kif ukoll b'dawk tal-maniġers tar-retikolata kkonċernata. 1.1.4.2. Vokabolarju tat-terminoloġija tal-ferroviji Vokabolarju tat-terminoloġija tal-ferroviji għandu jkun maħruġ mill-intrapriża tal-ferrovija għal kull retikolata ittraversata. Hija għandha tipprovdi lil kull terminus li jintuża regolarment fil-lingwa magħżula mill-intrapriża tal-ferroviji u f'awk tal-maniġers tar-retikolata li minn fuqhom jgħaddi x-xogħol. Għandha tikkonsisti f'żewġ partijiet: - lista tat-terminusijiet skond is-suġġett, - lista tat-terminusijiet f'ordni alfabetika. 1.1.4..3. Disinnji deskrittivi tal-magni u vaguni tal-ferrovija Id-disinn deskrittiv tal-magni u vaguni tal-ferrovija użat għandu jkun ippreparat mill-intrapriża tal-ferrovija u għandu jelenka l-ismijiet tal-komponenti diversi li jistgħu jkunu s-suġġett ta' komunikazzjoni mal-maniġers ta' l-infrastrutturi differenti kkonċernati. Għandu jipprovdi l-ismijiet komuni għat-terminusijiet standard fil-lingwa magħżula mill-intra-priża tal-ferroviji u f'dawk tal-maniġers tar-retikolata li minn fuqhom jgħaddi x-xogħol. 1.1.4.4. Rendikont deskrittiv tal-karatteristiċi tat-tagħmir tar-retikolata (il-binarji, l-enerġija għall-ġbid, eċċ.) Ir-rendikont deskrittiv tal-karatteristiċi tat-tagħmir tar-retikolata (il-binarji, l-enerġija għall-ġbid, eċċ) fuq ir-rotta maħduma għandu jitlesta mill-intrapriża tal-ferroviji, u juri l-ismijiet tal-konponenti diversi li jistgħu jkunu s-suġġett ta' komunikazzjoni mal-maniġers ta' l-infrastruturi differenti kkonċernati. Għandu jipprovdi l-ismijiet komuni għat-terminusijiet standard fil-lingwa magħżula mill-intrapriża tal-ferroviji u f'dawk tal-maniġers tar-retikolata li minn fuqhom jgħaddi ix-xogħol. 2. METODOLOĠIJA TAL-KOMUNIKAZZJONI 2.1. ELEMENTI U REGOLI TAL-METODOLOĠIJA 2.1.1. Vokabolarju ta' termini użati fil-proċeduri 2.1.1.1. Proċedura tat-trasmissjoni tal-komunikazzjoni bil-kliem Termini użati biex tittrasferixxi l-opportunità lin-naħa l-oħra biex titkellem: Over 2.1.1.2. Proċedura biex jintlaqgħu messaġġi - meta jasal messaġġ dirett Terminu li jikkonferma li l-messaġġ wasal: Received Terminu użat biex il-messaġġ jiġi ripetut f'każ ta' mezz ta' komunikazzjoni batuta jew ma jkunx miftiehem Erġa' għid (+ tkellem bil-mod) - meta jasal messaġġ li jkun inqara lura Terminu użat biex jiġi assigurat li messaġġ li jkun inqara lura jaqbel eżattament mal-messaġġ mibgħut: Korrett Jekk le: zbaljat (+ Nerġa' ngħidu) 2.1.1.3. Proċedura biex twarrab il-komunikazzjoni - jekk il-messaġġ spiċċa: Out - jekk il-waqfa tkun temporanja imma ma taqtax il-konnessjoni Terminu użat biex iżommu n-naħa l-oħra tistenna: Stenna - jekk il-waqfa tkun temporanja imma l-konnessjoni ntilfet Termin użat biex jingħad lin-naħa l-oħra li l-kommunikazzjoni wieqfa imma ser titkompla 'l quddiem Nerġa' nsejjaħ 2.1.1.4. Proċedura biex messaġġ jiġi kkanċellat Termin użat biex tiġi kkanċellata l-proċedura waqt li tkun għaddejja: Ikkanċella l-proċedura … Jekk il-messaġġ għandu mbagħad jitkompla, il-proċedura għandha tkun ripetuta mill-bidu. 2.1.2. Regoli li għandhom ikunu applikati f'każ ta' żball jew nuqqas ta' ftehim Biex jippermettu l-korrezzjoni ta'żbalji li jista' jkun hemm waqt komunikazzjoni, ir-regoli li ġejjin għandhom ikunu applikati: 2.1.2.1. Żbalji - żball waqt trasmissjoni Meta żball fit-trasmissjoni jinduna bih dak li jkun qed jibgħatu, huwa stess għandu jitlob kancellament billi jibgħat il-messaġġ ta' proċedura segwenti: Żball (+ lesti forma ġdida …) Jew żball + nerġa' ngħid Imbagħad jibgħat l-ewwel messaġġ għal darba oħra - żball waqt li l-messaġġ ikun qed jinqara lura Meta dak li jkun qed jibgħat il-messaġġ jiduna bl-iżball waqt li l-messaġġ ikun qed jinqara lura lilu, huwa għandu jibgħat il-messaġġi segwenti ta' proċedura: żball + nerġa' ngħid U jerġa' jibgħat l-ewwel messaġġ għal darba oħra. 2.1.2.2. Nuqqas ta' ftehim Jekk wieħed min-naħat ma jifhimx messaġġ huwa għandu jitlob lin-naħa l-oħra tirrepeti l-messaġġ billi juża it-test, kif ġej: Erġa' għid (+ tkellem bil-mod) 2.1.3. Il-kelma, in-numru, il-ħin, id-distanza, il-veloċità u l-kowd li jispelli d-data Biex jgħin jinftehmu u jiġu espressi messaġġi f'sitwazzjonijiet differenti, kull termini għandu jkun ippronunzjat bil-mod korrettement billi jiġu spelluti l-kliem u l-figuri li aktar għandhom mnejn ma jkunux miftehma. Ir-regoli segwenti ta' l-ispelling għandhom japplikaw: 2.1.3.1. Kif ikunu spelluti kliem u gruppi ta' ittri L-alfabet fonetiku internazzjonali għandu jintuża. A | Alpha | F | Foxtrot | K | Kilo | P | Papa | U | Uniform | Z | Zulu | B | Bravo | G | Golf | L | Lima | Q | Quebec | V | Victor | | | C | Charlie | H | Hotel | M | Mike | R | Romeo | W | Whisky | | | D | Delta | I | India | N | November | S | Sierra | X | X-ray | | | E | Echo | J | Juliet | O | Oscar | T | Tango | Y | Yankee | | | Eżempji: punti A B = punti alpha bravo; sinjal numru KX 835 = sinjal Kilo X-Ray tmienja tlieta ħamsa. L-intrapriża tal-ferroviji tista' żżid indikazzjonijiet oħra dwar il-pronunzja kif tħoss li jinħtieġ. 2.1.3.2. Espressjoni ta' numri Numri għandhom jiġu mitkellma n-numru sempliċi wieħed wieħed. 0 | żero | 5 | ħamsa | 1 | wieħed | 6 | sitta | 2 | tenjn | 7 | sebgħa | 3 | tlieta | 8 | tmienja | 4 | erbgħa | 9 | disgħa | Eżempju: ferrovija 2183 = ferrovija tnejn wieħed tmienja tlieta. Deċimali għandhom ikunu espressi bi-kelma punt. Eżempju: 12.50 = wieħed tnejn punt ħamsa zero. 2.1.3.3. Espressjoni tal-ħin Il-ħin għandu jkun mogħti f'ħin lokali, f'lingwa sempliċi. Eżempju: 10:52 hours = sigħat l-għaxra minuti tnejn u ħamsin . Jekk jinħtieġ, il-ħin jista' jkun spellut numru numru (wieħed zero ħamsa tnejn sigħat). 2.1.3.4. Espressjoni ta' distanzi u veloċitajiet Distanzi għandhom ikunu espressi f'kilometri u veloċitajiet f'kilometri fis-siegħa. Mili jistgħu jintużaw jekk dik hija l-unità użata fir-retikolata kkonċernata. 2.1.3.5. Espressjoni ta' dati Id-dati għandhom ikunu espressi fil-mod tas-soltu. Eżempju: l-10 ta' Diċembru. 2.2. STRUTTURA TA' KOMUNIKAZZJONI It- trasmissjoni bil-leħen ta'messaġġi dwar is-sigurtà għandhom bhala prinċipju jikkonsistu f'żewġ fażi, kif ġej: - identifikazzjoni u talba għal istruzzjonijiet, - trasmissjoni tal-messaġġ innifsu u għeluq tat-trasmissjoni. L-ewwel fażi tista' tiġi mqassra jew kompletament eliminata għall-messaġġi ta' l-akbar prijorità dwar is-sigurtà . 2.2.1. Regoli għall-identifikazzjoni u talbiet għal istruzzjoni Biex jgħinu liż-żewġ partijiet jidentifikaw lil xulxin, jiddefinixxu s-sitwazzjoni operazzjonali u jittrasmetu istruzzjonjijiet proċedurali, ir-regoli għandhom japplikaw, kif ġej: 2.2.1.1. Identifikazzjoni Kull komunikazzjoni li ma tkunx messaġġ ta' l-ogħla prijorità għas-sigurtà għandha tibda b'messaġġi ta' identifikazzjoni anke wara xi interruzzjoni waqt trasmissjoni. Il-messaġġi li ġejjin għandhom jintużaw għal dan l-iskop mill-partijiet differenti. - mill-personal risponsabbli għall-maniġment tat-traffiku: +++++ TIFF +++++ - mis-sewwieq. +++++ TIFF +++++ NB: L-identifikazzjoni tista' tiġi segwita minn messaġġ ta' informazzjoni addizzjonali li jagħti lill-persuna risponsabbli għall-maniġment tat-traffiku biż-żejjed dettalji tas-sitwazzjoni sabiex jiddetermina preċiżament il-proċedura li s-sewwieq jista', wara, jkun mistenni li jsegwi. 2.2.1.2. Talba għall-istruzzjonijiet Kull applikazzjoni ta' proċedura għandha tkun ippreċeduta minn talba għal istruzzjonijiet. It-termini li ġejjin għandhom jintużaw biex jintalbu struzzjonijiet: lesti l-proċedura… 2.2.2. Regoli għal proċeduri għat-trasmissjoini ta' messaġġi 2.2.2.1. Messaġġ ta' l-ogħla prijorità dwar is-sigurtà Minħabba n-natura tagħhom imperativa u ta' urġenza, dawn il-messaġġi: - jistgħu jintbagħtu jew jintlaqgħu waqt li jkunu għaddejjin, - jistgħu jħallu barrail-parti dwar l-identifikazzjoni, - għandhom ikunu ripetuti, - għandhom, mill-aktar fis, ikunu segwiti b'aktar informazzjoni. 2.2.2.2. Messaġġ proċedurali Sabiex jistgħu jintbagħtu b'mod ta' min jafdahom (f'waqfa) il-messaġġi proċcedurali li jkun hemm fil-ktieb ta' forom (livret formulaires), ir-regoli li ġejjin għandhom ikunu segwiti. 2.2.2.2.1. Messaġġi biex jintbagħtu Il-forma tista' timtela qabel ma l-messaġġ jiġi trasmess sabiex it-test kollu tal-messaġġ jista' jintbagħat f'trasmissjoni waħda. 2.2.2.2.2. Messaġġi biex jintlaqgħu Min jirċevi l-messaġġ għandu jimla l-forma mogħtija fil-ktieb ta' forom ibbażat fuq l-informazzjoni mogħtija minn min bagħatha. 2.2.2.2.3. Qari lura Il-messaġġi kollha predeterminati tal-ferrovija fil-ktieb ta' forom għandhom ikollhom regola li jinqraw lura. Dan il-qari lura għandu jinkludi il-messaġġ muri fl-ispazju griż fil-forom, is-sezzjoni fejn jiġi rapportata lura u kwalunkwe informazzjoni addizzjonali jew komplementari. 2.2.2.2.4. Rikonoxximent ta' qari lura korrett Kull messaġġ ta'qari lura għandu jkun segwit minn rikonoxximent ta' konformità jew non-konformità mogħti minn min ikun bagħat il-messaġġ: Korrett Jew żball + nerġa' ngħid U jigi msewwi l-messaġġ inizjali. 2.2.2.2.5. Rikonoxximent Kull messaġġ għandu jkun irrikonoxxut pożittivamnet jew negattivament, kif ġej: Riċevut Jew negattiv, erġa' għid (+ tkellem bil-mod) 2.2.2.2.6. Traċċabilità u verifika Numru uniku ta' identifikazzjoni jew awtorizzazzjoni għandu jakkompanja l-messaġġi kollha inizjati mill-art: - jekk il-messaġġ jikkonċerna azzjoni li għaliha s-sewwieq jeħtieġ awtorizzazzjoni speċifika (per eżempju, jgħaddi sinjal ta' periklu, eċċ.): +++++ TIFF +++++ - fil-każi l-oħra kollha ( per eżempju għaddej b'attenzjoni kbira, eċċ.) +++++ TIFF +++++ 2.2.2.2.7. Irraportar lura Kull messaġġ li jikkonsisti f'talba biex 'jirraporta lura' ghandu jkun segwit minn 'rapport'. 2.2.2.3. Messaġġi Addizzjonali Messaġġi addizzjonali - għandhom ikunu ppreċeduti minn proċedura ta' identifikazzjoni, - għandhom ikunu qosra u preċiżi (ristretti kull fejn jista' jkun għall-informazzjoni li għandha tkun ikkommunikata u fejn tapplika), - għandha tinqara lura u tkun segwita minn rikonoxximent ta' qari lura korrett jew le, - tista' tkun segwita minn talba għal istruzzjonijiet jew talba għal aktar informazzjoni. 2.2.2.4. Messaġġi ta' informazzjoni b'kontenut varjabbli mhux predeterminat Messaġġi ta' informazzjoni b'kontenut varjabbli għandhom ikunu: - preċeduti mill-proċedura ta' identifikazzjoni, - ippreparati qabel jintbagħtu, - moqrija lura u segwiti minn rikonoxximent ta' qari lura, korrett jew le. --------------------------------------------------