EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002D0648
Council Decision of 25 June 2002 concerning the conclusion of the Agreement for scientific and technological cooperation between the European Community and the Government of the Republic of India (2002/648/EC)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-25 ta’ Ġunju 2002 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Indja
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-25 ta’ Ġunju 2002 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Indja
ĠU L 213, 9.8.2002, p. 29–29
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/648/oj
Official Journal L 213 , 09/08/2002 P. 0029 - 0029
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-25 ta’ Ġunju 2002 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Indja (2002/648/KE) IL-KUNSILL TA’L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 170, flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi: (1) L-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomica Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Indja dwar l-Isħubija u l-Iżvilupp ġie iffirmat fl-20 ta’ Diċembru 1993 [3]. (2) Il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Indja qegħdin isegwu programmi speċifiċi tar-RTD f’żoni ta’ interess komuni. (3) Fuq il-bażi ta’ esperjenza ta’ l-imgħoddi, iż-żewġ naħat esprimew ix-xewqa li jistabilixxu qafas aktar profond u miftuħ għat-tmexxija ta’ kollaborazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija. (4) Dan il-ftehim ta’ kooperazzjoni fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija jifforma parti mill-kooperazzjoni globali bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Indja. (5) Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tat-12 ta’ Frar 2001, il-Kunsill awtorizza l-Kummissjoni sabiex tinnegozja ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità u r-Repubblika ta’ l-Indja. (6) Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tal-15 ta’ Novembru 2001, il-Kunsill iddeċieda li l-Ftehim għandu jkun iffirmat għar-rigward tal-Komunità Ewropea. (7) Il-Ftehim ġie iffimat fit-23 ta’ Novembru 2001. (8) Il-Ftehim għandu jiġi approvat, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim ta’ kooperazzjoni fix-xjenza u teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Indja hu hawnhekk approvat għar-rigward tal-Komunità. It-test ta’ dan il-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Skond l-Artikolu 11 tal-Ftehim, il-Presiden tal-Kunsill għandu jinnotifika lir-Repubblika ta’ l-Indja li l-proċeduri neċessarji għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ġew kompluti għar-rigward tal-Komunità Ewropea. Magħmula fil-Lussemburgu, It-25 ta’ Ġunju 2002. F’isem il-Kunsill Il-President J. Matas I Palou [1] ĠU C 304 E, 30.10.2001, p. 241. [2] Opinjoni kkonsenjata fl-14 ta’ Mejju 2002 (għad mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU L 223, 27.08.1994, p. 23. --------------------------------------------------