This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002D0598
2002/598/EC: Commission Decision of 15 July 2002 approving vaccines against bovine brucellosis within the framework of Council Directive 64/432/EEC (Text with EEA relevance) (notified under document number C(2002) 2592)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Lulju 2002 li tapprova tilqim kontra l-bruċellosi ta’ l-ifrat fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (notifikati taħt dokument nru C(2002) 2592)Test b’rilevanza għaż-ŻEE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Lulju 2002 li tapprova tilqim kontra l-bruċellosi ta’ l-ifrat fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (notifikati taħt dokument nru C(2002) 2592)Test b’rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 194, 23.7.2002, p. 45–46
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 01/07/2022
Official Journal L 194 , 23/07/2002 P. 0045 - 0046
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Lulju 2002 li tapprova tilqim kontra l-bruċellosi ta’ l-ifrat fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (notifikati taħt dokument nru C(2002) 2592) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (2002/598/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimal li jaffettwaw kummerċ intra-Komunitarju f’annimali bovini u majjali [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 535/2002 [2], u partikolarment it-tielet indent ta’ paragrafu 4(i) fl-Anness A(II) miġjub fih, Billi: (1) Regoli tal-Komunità dwar l-użu ta’ tilqim kontra l-bruċellosi f’annimali tal-fart huma preskritti fid-Direttiva 64/432/KEE. (2) Bruċellosi ta’ l-ifrat għadu jinstab f’ċerti żoni tal-Komunità. It-tilqim huwa kunsidrat bħala strument effettiv li jintuża taħt ċerti kondizzjonijiet flimkien ma’ politika ta’ test u qtil, partikolarment f’żoni bi trobbija estensiva ta’ bhejjem ħajjin. (3) Tilqima li għadha kemm ġiet żviluppata toffri vantaġġi addizjonali għal dawk li diġà huma approvati u b’mod partikolari ma tfixkilx il-proċeduri dijanjostiċi applikati fil-qafas tal-programm ta’ eradikazzjoni fis-seħħ f’xi wħud mill-Istati Membri skond il-leġislazzjoni tal-Komunità. (4) F’ċerti każijiet bruċellosi f’annimali tal-fart hija magħquda ma’ bruċellosi tan-nagħaġ u tal-mogħoż u miżuri ta’ eradikazzjoni jridu jitwettqu fil-qafas ta’ programmi għall-eradikazzjoni ta’ bruċellosi kawżata minn Brucella melitensis, inkluż tilqim bit-tilqima xierqa. (5) Il-ħtieġijiet għal produzzjoni u rakkomandazzjonijiet għall-użu ta’ tilqim tar-razza ħajja RB 51 u r-razza ħajja Rev.1 kontra bruċellosi ta’ l-ifrat huwa nklużi fil-Manwal tal-Livelli Stabbiliti għal Testijiet Dijanjostiċi u Vaċċini għall-Office International des Epizooties, ir-4 Edizzjoni tal-2000, pubblikat f’Awissu 2001. (6) Huwa għalhekk xieraq li jiġi approvat, bla ħsara għal ċerti kondizzjonijiet, l-użu tat-tilqim tar-razza ħajja RB 51 u r-razza ħajja Rev.1 fi programmi ta’ eradikazzjoni tal-bruċellosi approvati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-ispiża fil-qasam veterinarju [3], kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni 2001/572/KE [4], sabiex jitqiesu żviluppi xjentifiċi u livelli stabbiliti internazzjonali. (7) Il-miżuri provduti f’ din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: L-Artikolu 1 Għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni, "awtorità kompetenti" tfisser l-awtorità ċentrali ta’ Stat Membru kompetenti biex twettaq spezzjonijiet veterinarji jew żootekniċi jew kull awtorità għal liema ġiet delegata dik il-kompetenza għall-għan partikolari ta’ l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. L-Artikolu 2 It-tilqim li ġej kontra bruċellosi ta’ l-ifrat huma hawnhekk approvati għall-immunisation ta’ annimali femminili tal-fart taħt il-kondizzjonijiet dikjarati fl-Artikolu 3: (a) tilqima tar-razza ħajja RB 51 għal annimali b’ riskju ta’ infezzjoni minn Brucella abortus; (b) tilqima tar-razza ħajja Rev.1 għal annimali b’ riskju ta’ infezzjoni minn Brucella melitensis. L-Artikolu 3 1. L-Istati Membri li jagħmlu użu mit-tilqim approvat taħt l-Artikolu 2 għandu jiżgura li jintlaħqu l-kondizzjonijiet dikjarati f’paragrafi 2 sa 6. 2. Il-ħażna, provvista (jew fornitura), distribuzzjoni u bejgħ tat-tilqim għandu jkun taħt il-kontroll ta’ l-awtorità kompetenti. 3. It-tilqim għandu jintuża biss minn veterinarju uffiċjali jew veterinarju awtorizzat speċifikament mill-awtorità kompetenti fi ħdan programm ta’ eradikazzjoni tal-bruċellosi sottomess minn Stat Membru u approvat mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 24(7) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE. 4. L-awtorità kompetenti għandha tissottmetti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra tagħrif dettaljat dwar il-programm ta’ tilqim, partikolarment dwar iż-żona tat-tilqim, l-età ta’ l-annimali li jridu jitlaqqmu u s-sistema tat-test użata biex jiġu identifikati annimali mlaqqma. 5. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li annimali mlaqqma mhumiex suġġetti għal kummerċ intra-Komunitarju, partikolarment billi jiġu applikati metodi addizzjonali ta’ markar u reġistrazzjoni ta’ annimali mlaqqma. 6. L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf l-iservizzi tas-saħħa pubblika bl-użu ta’ dan it-tilqim u s-sistemi dijanjostiċi u terapewtiċi użati. L-Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fil-15 ta’ Lulju 2002. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 1977/64. [2] ĠU L 80, 23.03.02, p. 22. [3] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19. [4] ĠU L 203, 28.07.01, p. 16. --------------------------------------------------