Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0456

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Ġunju 2002 li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE li tistabbilixxi lista ta’ timijiet li jiġbru embrijoni approvati, f’pajjiżi terzi, għal esportazzjon ta’ embrijoni ta’ annimali ta’ l-ifrat lejn il-Komunità, rigward l-Ungerija (notifikata bid-dokument numru C(2002) 2117)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 155, 14.6.2002, p. 60–61 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/02/2008; Impliċitament imħassar minn 32008D0155

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/456/oj

    32002D0456



    Official Journal L 155 , 14/06/2002 P. 0060 - 0061


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tat-13 ta’ Ġunju 2002

    li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE li tistabbilixxi lista ta’ timijiet li jiġbru embrijoni approvati, f’pajjiżi terzi, għal esportazzjon ta’ embrijoni ta’ annimali ta’ l-ifrat lejn il-Komunità, rigward l-Ungerija

    (notifikata bid-dokument numru C(2002) 2117)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2002/456/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’ ġol-Komunità u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi bovina [1], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/113/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

    Billi:

    (1) Is-servizzi veterinarji kompetenti ta’ l-Ungerija ressqu talba għal żieda mal-lista stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/452/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2002/252/KE [4], ta’ tim uffiċjalment approvat fit-territorju tagħhom għall-esportazzjoni ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi bovina lejn il-Komunità.

    (2) Garanziji rigward konformita' mal-ħtiġijiet speċifikati fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 89/556/KE ingħataw lill-Kummissjoni mis-servizzi veterinarji kompetenti ta’ l-Ungerija. It-tim ta’ ġbir konċernat ġie uffiċjalment approvat fl-Ungerija għall-esportazzjoni lejn il-Komunità.

    (3) Id-Deċiżjoni 92/452/KEE għandha għalhekk tiġi modifikata skond dan.

    (4) Il-miżuri previsti minn din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fl-Anness tad-Deċiżjoni 92/452/KEE, linja ġdida tiżdied għall-Ungerija:

    "HU | HUNGRÍAUNGARNUNGARNOYITAPIAHUNGARYHONGRIEUNGHERIAHONGARIJEHUNGRIAUNKARIUNGERN | HU-001E | | EMBRIÓ KFT Bagoly Dűlő 1/3 H-7635 Pécs | Dr Kispál Zoltán Dr Majoros Tibor" |

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hi ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-13 ta’ Ġunju 2002.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 302,tad- 19.10.1989, p. 1.

    [2] ĠU L 53, ta’ l-24.2.1994, p. 23.

    [3] ĠU L 250, tad-29.8.1992, p. 40.

    [4] ĠU L 86, tat-3.4.2002, p. 42.

    --------------------------------------------------

    Top