Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0359

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Mejju ta' l-2002 dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità ta' prodotti għall-bini f'kuntatt ma’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, bi qbil ma’ Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (notifikata taħt id-dokument numru K(2002) 1417)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 127, 14.5.2002, p. 16–18 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/359/oj

    32002D0359



    Official Journal L 127 , 14/05/2002 P. 0016 - 0018


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tat-13 ta' Mejju ta' l-2002

    dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità ta' prodotti għall-bini f'kuntatt ma’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, bi qbil ma’ Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE

    (notifikata taħt id-dokument numru K(2002) 1417)

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    (2002/359/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunisdrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KE tal-21 ta' Diċembru ta' l-1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar prodotti għall-bini [1], kif emendata permezz tad-Direttiva 93/68/KEE [2], u b'mod partikolari Artikolu 13(4) tagħha,

    Billi:

    (1) Il-Kummissjoni hija meħtieġa li tagħżel, bejn iż-żewġ proċeduri taħt Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE għall-attestazzjoni tal-konformità ta' prodott, l-"inqas proċedura oneruża possibbli konsistenti mas-sigurtà". Dan ifisser li huwa neċessarju li jiġi deċiż jekk, għal prodott partikolari jew familja ta' prodotti, l-eżistenza ta' sistema ta' kontroll tal-produzzjoni ta' fabbrika taħt ir-responsabbilità tal-fabbrikant hiex kondizzjoni neċessarja u suffiċjenti għall-attestazzjoni ta' konformità, jew jekk, għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-konformità mal-kriterji msemmija f'Artikolu 13(4), huwiex meħtieġ l-intervent ta' korp ta' ċertifikazzjoni approvat.

    (2) Artikolu 13(4) tad-Direttiva 89/106/KEE jeħtieġ li l-proċedura b'hekk stabbilita għandha tiġi indikata fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. Għalhekk, huwa mixtieq li jiġi ddefinit l-kunċett ta' prodotti jew familja ta' prodotti kif użat fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

    (3) Iż-żewġ proċeduri li għalihom hemm provdut f'Artikolu 13(3) huma deskritti fid-dettall f'Anness III għad-Direttiva 89/106/KEE. Huwa għalhekk neċessarju li l-metodi li permezz tagħhom għandhom jiġu implimentati ż-żewġ proċeduri jiġu speċifikati b'mod ċar, permezz ta' referenza għal Anness III għal dik id-Direttiva, għal kull prodott jew familja ta' prodotti, billi Anness III jagħti preferenza lil ċerti sistemi.

    (4) Il-proċedura msemmija f'punt (a) ta' Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE tikkorrispondi għas-sistemi stabbiliti fl-ewwel possibilità, mingħajr sorveljanza kontinwa, u t-tieni u t-tielet possibilità ta' punt (ii) tas-sezzjoni 2 ta' Anness III. Il-proċedura msemmija fil-punt (b) ta' Artikolu 13(3) tikkorrispondi għas-sistemi stabbiliti fil-punt (i) tas-sezzjoni 2 ta' Anness III, u fl-ewwel possibilità, b'sorvellajnza kontinwa, ta' punt (ii) tas-sezzjoni 2 ta' Anness III.

    (5) Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-prodotti stabbiliti f'Anness I għandu jkollhom il-konformità tagħhom attestata permezz ta' proċedura li biha, flimkien ma' sistema ta' kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika mħaddma mill-fabbrikant, ikun involut korp ta' ċertifikazzjoni approvat fl-istima u fis-sorvelljanza tal-kontroll tal-produzzjoni jew tal-prodott innifsu.

    Artikolu 2

    Il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità stabbilita f'Anness II għandha tiġi indikata fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija f'Artikolu 4 tad-Direttiva 89/106/KEE.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-13 ta' Mejju 2002.

    Għall-Kummissjoni

    Erkki Liikanen

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p.12.

    [2] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p.1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    Assemblaġġi ta' sistemi ta' pajpijiet u sistemi ta' ħżin, pajpijiet, tankijiet, valvijiet, viti, pompi, meters ta' l-ilma, apparat ta' protezzjoni u ta' sigurtà, tagħmir ta' muntaġġ, adesivi, ġonot, joint sealings, gaskets, membranes, reżini, kisjiet li jinkludu linings, lubrikanti u griż f'kuntatt ma' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    ATTESTAZZJONI TA' KONFORMITÀ

    Għall-prodott(i) u għall-użu li għalih(om) huwa (huma) maħsub(in) elenkati taħt, CEN/CENELEC/EOTA huma mitlubin jispeċifikaw is-sistema(sistemi) ta' attestazzjoni ta' konformità li ġejja(ġejjin) fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi relevanti li hemm referenza għalihom f'Artikolu 4 tad-Direttiva 89/106/KEE.

    Sistema 1+ : ara CPD l-Anness III(2)(i), b'audit testing tal-kampjuni

    Prodott (prodotti) | L-użu li għalih huma maħsubin | Livell(i) jew klassi(jiet) | Attestazzjoni ta' konformità ta' sistema(sistemi) |

    Assemblaġġi (ta' sistemi ta' pajpijiet u sistemi ta' ħżin)PajpijietTankijietValvijiet, viti, pompi, meters ta' l-ilma, apparat ta' protezzjoni u ta' sigurtàTagħmir ta' muntaġġ, adesivi, ġonot, joint sealings, gasketsMembranes, reżiniKisjietLubrikanti u griż | F'installazzjonijiet għat-trasport/distribuzzjoni/ħżin ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem sa u li jinkludu, il-viti tal-konsumatur | - | 1 + |

    L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tkun tista' tiġi implimentata anke meta ma jkunx hemm bżonn li r-rendiment jiġi stabbilit għal ċerta karatteristika, minħabba li għallinqas Stat Membru wieħed ma jkollu ebda ħtieġa legali għal karatteristika bħal din (ara Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE) u, fejn applikabbli, il-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi). F'dawk il-każijiet, il-verifika ta' karatteristika bħal din ma għandhiex tiġi mposta fuq il-fabbrikant jekk huwa ma jkunx jixtieq jiddikjara r-rendiment tal-prodott f'dak ir-rigward.

    --------------------------------------------------

    Top