EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0309

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika, ta’ l-4 ta’ April 2002 dwar il-konklużjoni tas-seba’ Ftehim mal-Konfederazzjoni Svizzera

ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1–5 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 30/04/2002

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/309/oj

Related international agreement
Related international agreement
Related international agreement
Related international agreement
Related international agreement
Related international agreement
Related international agreement

32002D0309



Official Journal L 114 , 30/04/2002 P. 0001 - 0005


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika,

ta’ l-4 ta’ April 2002

dwar il-konklużjoni tas-seba’ Ftehim mal-Konfederazzjoni Svizzera

(2002/309/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 310 flimkien mat-tieni sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) u t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3), u l-Artikolu 300(4) miegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u partikolarment it-tieni subparagrafu ta’ l-artikolu 101 tiegħu

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw il-qbil tal-Parlament Ewropew [1]

Wara li kkunsidraw l-approvazzjoni tal-Kunsill,

Billi:

(1) Biex jiġu segwiti l-kuntatti privileġġjati bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera u x-xewqa komuni tagħhom li jwessgħu u jsaħħu r-relazzjonijiet tagħhom, dawn il-qbil kienu ffirmati fil-21 ta’ Ġunju 1999 u għandhom ikunu approvati:

- Ftehim dwar il-Moviment Ħieles ta’ Persuni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq parti, u l-Konfederazzjoni Svizzera, fuq il-parti l-oħra,

- Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru,

- Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-Ġarr ta’ Oġġetti u Passiġġieri bit-Tren jew bit-Triq,

- Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli,

- Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar Rikonnoxximent Reċiproku fil-Każ ta’ Eżami ta’ Konformità,

- Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar Ċerti Aspetti ta’ Akkwisti mill-Gvern,

- Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Konfederazzjoni Svizzera.

(2) Is-seba’ ftehim huma intimament magħqudin ma’ xulxin bir-rekwiżit li huma se jidħlu fis-seħħ fl-istess żmien u li għandhom jieqfu jkunu fis-seħħ fl-istess żmien, sitt xhur wara l-irċevuta ta’ notifika ta’ twaqqif tat-tiġdid jew denunċjattiva li tikkonċerna kwalunkwe wieħed minnhom.

(3) Rigward il-Ftehim dwar il-Moviment Ħieles tal-Persuni, l-irbit li hemm fil-Ftehim li jaqgħu taħt l-iskop tat-Tielet Parti, Partita IV tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ma humiex vinkolanti fuq ir-Renju tad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq bħala obbligazzjonijiet taħt il-liħI Komunitarja imma bħala obbligazzjonijiet li joħorġu minn rabta bejn dawk l-Istati Membri u l-Konfederazzjoni Svizzera.

(4) Rigward il-Ftehim dwar in-Negozju fi prodotti Agrikoli, fejn meħtieħ, miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 5(3) ta’ din id-Deċiżjoni jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 5(4). Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tniżżel il-proċeduri għall-eżerċizzju ta’ l-implimentazzjoni ta’ poteri kkonferiti fuq il-Kummissjoni [2].

(5) Ċerti xogħlijiet għall-implimentazzjoni ġew attribwiti lill-Kumitati Konġunti stabbiliti taħt il-Ftehim, inkluż il-poter li jiġu emendati ċerti aspetti ta’ l-Annessi li jinsabu hemm. Il-proċeduri interni xierqa għandhom jiġu stabbiliti biex jiġi żgurat l-iffunzjonar xieraq ta’ dawn il-Ftehim u, f’ċerti każi, biex il-Kummissjoni tingħata l-poter li taqbel ma’ ċerti emendi tekniċI għall-Ftehim jew għal ċerti deċiżjonijiet għall-implimentazzjoni tagħhom,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1. Dawn is-sitt ftehim li ġejjin huma hawnhekk approvati f’isem il-Komunità Ewropea:

- Ftehim dwar il-Moviment Ħieles ta’ Persuni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq parti, u l-Konfederazzjoni Svizzera, fuq il-parti l-oħra,

- Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru,

- Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-Ġarr ta’ Oġġetti u Passiġġieri bit-Tren jew bit-Triq,

- Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli,

- Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar Rikonnoxximent Reċiproku fil-Każ ta’ Eżami ta’ Konformità,

- Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar Ċerti Aspetti ta’ Akkwisti mill-Gvern,

Il-Ftehim li ġej huwa approvat f'isem il-komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall- Enerġija Atomika.

- Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Konfederazzjoni Svizzera.

It-testi ta’ dawn il-Ftehim huma mehmużin ma’ din id-Deċiżjoni.

2. Skond it-termini tagħhom, is-seba’ ftehim għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess żmien u għandhom jieqfu li jkunu fis-seħħ fl-istess żmien, sitt xhur wara l-irċevuta ta’ notifika ta’ twaqqif tat-tiġdid jew denunċjattiva li tikkonċerna kwalunkwe wieħed minnhom.

Artikolu 2

Rigward il-Ftehim dwar Moviment Ħieles ta’ Persuni, il-Komunità għandha tkun irrappreżentata fuq il-Kumitat Konġunt imwaqqaf taħt l-Artikolu 14 tal-Ftehim minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità waqt l-implimentazzjoni tal-Ftehim rigward id-deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom jitniżżlu mill-Kunsill wara proposta mill-Kummissjoni, skond id-dispożizzjoni korrispondenti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Artikolu 3

1. Rigward il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru, il-Komunità għandha tkun irrappreżentata fil-Kumitat Konġunt imwaqqaf skond l-Artikolu 21 tal-Ftehim mill-Kummissjoni assistita minn rappreżentanti ta’ l-Istati Membri.

2. Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità rigward id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt li sempliċiment jestendu atti ta’ leġislazzjoni Komunitarja għall-Isvizzera, bla ħsara għal kull aġġustament tekniku meħtieġ, għandha tkun adottata mill-Kummissjoni.

3. Għal deċiżjonijiet oħrajn tal-Kumitat Konġunt, il-pożizzjoni tal-Komunità għandha tkun adottata mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata, fuq proposta mill-Kummissjoni.

Artikolu 4

1. Rigward il-Ftehim dwar il-Ġarr ta’ Oġġetti u Passiġġieri bit-Tren jew bit-Triq, il-Komunità għandha tkun irrappreżentata fil-Kumitat Konġunt imwaqqaf skond l-Artikolu 51 tal-Ftehim mill-Kummissjoni assistita minn rappreżentanti ta’ l-Istati Membri. Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità rigward id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandha tkun adottata:

- mill-Kunsill, li jaġixxi b’aġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għall-affarijiet li jinsabu fl-Artikoli 42, 45, 46, 47 u 54 tal-Ftehim,

- għall-affarijiet l-oħrajn kollha, mill-Kummissjoni f’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 92/578/KEE [3].

Artikolu 5

1. Rigward il-Ftehim dwar il-Kummerċ fi Prodotti Agrikoli, il-Kummissjoni, asssistita minn rappreżentanti ta’ l-Istati Membri, għandha tirrappreżenta lill-Komunità fil-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura li hemm referenza għalih fl-Artikolu 6(1) tal-Ftehim u fil-Kumitat Veterinarju Konġunt li hemm referenza għalih fl-Artikolu 19(1) ta’ l-Anness 11 tal-Ftehim.

2. Il-pożizzjoni tal-Komunità fil-Kumitat Konġunt għall-Agrikolutra u l-Kumitat Veterinarju Konġunt għandha tkun adottata mill-Kunsill fuq proposta tal-Kummissjoni, skond id-dispożizzjonijiet korrispondenti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Madanakollu, il-pożizzjoni tal-Komunità dwar affarijiet suġġetti għal deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura kif hemm referenza fl-Artikolu 6(3) tal-Ftehim għandha tkun adottata mill-Kummissjoni:

- dwar affarijiet relatati ma’ l-Anness 4 tal-Ftehim u l-Appendiċijiet miegħu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2000/29/KE [4],

- dwar affarijiet relatati ma’ l-Anness 5 tal-Ftehim u l-Appendiċijiet miegħu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 70/524/KEE [5],

- in dwar affarijiet relatati ma’ l-Anness 6 tal-Ftehim u l-Appendiċijiet miegħu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 66/400/KEE [6] jew id-dispożizzjonijiet korrispondenti tad-Direttivi l-oħrajn fil-qasam taż-żrieragħ,

- dwar affarijiet relatati ma’ l-Anness 7 tal-Ftehim u l-Appendiċijiet miegħu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 75 tar-regolament (KE) Nru 1493/1999 [7],

- in respect of matters relating to Annex 8 to the Agreement and the Appendices thereto in accordance with the procedure laid down in l-Artikolu 14 or l-Artikolu 15 of Regulation (EEC) No 1576/89 [8] or in l-Artikolu 13 or l-Artikolu 14 of Regulation (EEC) No 1601/91 [9], dwar affarijiet relatati ma’ l-Anness 8 tal-Ftehim u l-Appendiċijiet miegħu

- dwar affarijiet relatati ma’l-Anness 9 tal-Ftehim u l-Appendiċijiet miegħu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 14 tar-Regolament(KEE) Nru 2092/91 [10],

- dwar affarijiet relatati ma’ l-Anness 10 tal-Ftehim u l-Appendiċijiet miegħu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 46 tar-regolament (KE) Nru 2200/96 [11].

3. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 6, il-Kummissjoni għandha tadotta il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Ftehim rigward:

- l-implimentazzjoni ta’ konċessjonijiet ta’ tariffi imniżżlin fl-Anness 2 u l-Anness 3 tal-Ftehim kif ukol l-emendi l-adattazzjonijiet tekniċI magħmulin neċessarji b’emendi għan-Nomenklatura magħquda u l-kodiċI TARIC, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KEE) Nru 1766/929 [12] jew id-dispożizzjonijiet korispondenti tar-regolamenti l-oħrajn dwar l-organizazzjoni komuni tas-swieq, jew skond il-proċedura stipulata fil-paragrafu 2,

- l-implimentazzjoni ta’ l-Anness 4, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2000/29/KE,

- l-implimentazzjoni ta’ l-Anness 5, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 70/524/KEE,

- l-implimentazzjoni ta’ l-Anness 6, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 66/440/KEE, jew id-disposizjonijiet korrispondenti ta’ Direttivi oħrajn fil-qasam taż-żrieragħ,

- l-implimentazzjoni ta’ Titolu III ta’ l-Anness 7, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999,

- l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 14 ta’ l-Anness 8, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 14 tar-regolament (KEE) Nru 1576/89 jew l-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 1601/91,

- l-implimentazzjoni ta’ l-Anness 9, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 14 tar-Regolament(KEE) 2092/91,

- l-implimentazzjoni ta’ l-Anness 10, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 46 tar-Regolament(KEE) Nru 2200/96,

- l-implimentazzjoni ta’ l-Anness 11, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 72/462/KEE [13].

4. Fejn meħtieġ, il-miżuri neċessarji li hemm refernza għalihom fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 3 jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura mniżżla hawn wara.

Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-KodiċI tad-Dwana imwaqqaf bl-Artikolu 248a tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 [14].

Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jtniżżel bħala xahar.

5. Il-Kumitat tal-KodiċI tad-Dwana jista’ jeżamina kull mistoqsija li tikkonċerna l-applikazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi li titqajjem mill-president tagħha jew fuq l-inizjattiva tiegħu jew fuq talba ta’ Stat membru.

6. Il-Kummissjoni għandha, fuq talba ta’ Stat Membru jew skond l-inizjattiva tagħha, tideċiedi dwar il-miżuri neċessarji skond l-Artikolu 10 tal-Ftehim, l-Artikolu 29 ta’ l-Anness 7, l-Artikolu 16 ta’ l-Anness 8, l-Artikolu 9 ta’ l-Anness 9 u l-Artikolu 5 ta’ l-Anness 10 miegħu. Il-Kunsill u l-Istati Membri għandhom ikunu notifikati b’deċiżjonijiet bħal dawn. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, hija għandha tiddeċiedi fuqha fi żmien tlett ijiem tax-xogħol wara l-irċevuta tat-talba. Kull Stat membru jista’ jirreferi deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mill-ġurnata li fiha kienu notifikati. Il-Kunsill għandu jiltaqa’ mingħajr dewmien. Hu jista’, bili jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata, jieħu deċiżjoni differenti f’perjodu ta’ 30 ġurnata mill-ġurnata li fiha d-deċiżjoni tal-Kummissjoni kienet riferuta lilu.

Artikolu 6

1. Rigward il-Ftehim dwar Rikonoxximent Reċiproku fil-każ ta’ Eżami ta’ Konformità, il-Komunità għandha tkun irrappreżentata fuq il-Kumitat Konġunt imwaqqaf taħt l-Artikolu 10 tal-Ftehim, li min hawn‘il quddiem jissejjaħ il-"Kumitat" mill-Kummissjoni assistita minn kumitat speċjali magħżul mill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tipproċedi, wara konsultazzjoni ma’ dan il-kumitat speċjali, għall-ħatriet, notifikazzjonijiet, bdil ta’ informazzjoni u talbiet għall-verifika riferuti fl-Artikoli 6(3), 7, 8(1), 10(4)(e) u 12 tal-Ftehim.

2. Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità fil-Kumitat għandha tkun iddeterminata mill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-kumitat speċjali riferut fil-paragrafu 1, rigward ta’:

(a) l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 1(3) tal-kapitoli ta’ l-Anness 1;

(b) l-adozzjoni tar-regoli proċedurali, skond l-Artikolu 10(2), u tal-proċeduri tal-verifika stipulati fl-Artikolu 10(4)(c) u (d) tal-Ftehim;

(ċ) verifika tal-qbil ta’ korpi għall-eżami tal-konformità u deċiżjonijiet relatati, skond l-Artikolu 8 u l-Artikolu 11(c) tal-Ftehim;

(d) emendi għas-Sezzjonijiet I sa V tal-Kapitoli kollha ta’ l-Anness I, skond l-Artikolu 10(4)(a),(b) u (e), u l-Artikolu 11 tal-Ftehim;

(e) and emendi ta’ l-annessi, skond l-Artikolu 10(5) tal-Ftehim,

(f) u l-mekkaniżmu ta’ l-issetiljar ta’ kwistjonijiet stipulat fl-Artikolu 14 tal-Ftehim.

3. Fil-każijiet l-oħrajn kollha il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità fil-Kumitat għandha tkun iddeterminata mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni.

Artikolu 7

1. Rigward il-Ftehim dwar Ċerti Aspetti ta’ Akkwisti mill-Gvern, il-Komunità għandha tkun irrappreżentata fil-Kumitat Konġunt imwaqqaf taħt l-Artikolu 11 tal-Ftehim mill-Kummissjoni assistita minn rappreżentanti ta’ l-Istati Membri.

2. Il-Kummissjoni hija awtorizzata li tapprova, f’isem il-Komunità, modifiki għall-Annessi I, II, III, IV, VI u VII tal-Ftehim. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita f’dan ix-xogħol minn kumitat speċjali appuntat mill-Kunsill. L-awtorizzazzjoni riferuta fl-ewwel sentenza għandha tkun illimitata, sa fejn għandu x’jaqsam l-Anness I, għall-modifiki li jkunu neċessarji jekk il-proċedura stipulata fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 93/38/KEE jkollhom ikunu applikati, sa fejn għandhom x’jaqsmu l-Annessi II, III u IV, għall-modifiki li jkunu neċessarji jekk proċeduri simili jkollhom ikunu applikati għas-setturi konċernati f’dawn l-annessi u, sa fejn għandhom x’jaqsmu l-Annessi VI u VII, għar-riżultati ta’ negozjati futuri li għandhom isiru fi ħdan il-Ftehim dwar Akkwisti Governattivi ta’ l-1996.

3. Fil-każi l-oħrajn kollha, il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità rigward deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom jiġu stipulati mill-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, skond id-dispożizzjonijiet korrispondenti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Artikolu 8

L-atti jew strumenti ta’ l-approvazzjoni, previsti f’kull wieħed mill-ftehim, għandhom ikunu ddepożitati mill-President tal-Kunsill f’isem il-Komunità Ewropea u wkoll, rigward il-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u teknoloġika, mill-President tal-Kummissjoni f’isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.

Magħmula fi Brussel, fl-4 ta’ April 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Acebes Paniagua

Għall-Kummissjoni

R. Prodi

Il-President

[1] ĠU C 41, tas-7.2.2001, p. 25.

[2] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[3] ĠU L 373, tal-21.12.1992, p. 26.

[4] ĠU L 169, ta’ l-10.7.2000, p. 1. Direttiva kif emendata b’Direttiva tal-Kummissjoni 2001/33/EC (ĠU L 127, tad-9.5.2001, p. 42).

[5] ĠU L 270, ta’ l-14.12.1970, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2205/2001 (ĠU L 297, tal-15.11.2001, p. 3).

[6] ĠU C 125, tal-11.7.1966, p. 2290/66. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 98/96/KE (ĠU L 25, ta’ l-1.2.1999, p. 27)

[7] ĠU L 179, ta’ l-14.7.1999, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar b’Regolament tal-Kunsill(KE) Nru 2585/2001 (ĠU L 345, tad-29.11.2001, p. 10).

[8] ĠU L 160, tat-12.6.1989, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar b’Regolament tal-Kunsill(KE) Nru 3378/94 (ĠU L 366, tal-31.12.1994, p. 1).

[9] ĠU L 149, ta’ l-14.6.1991, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar b’Regolament tal-Kunsill(KE) Nru 2061/96 (ĠU L 277, tat-30.10.1996, p. 1).

[10] ĠU L 198, tat-22.7.1991, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar b’Regolament tal-Kunsill(KE) Nru 2491/2001 (ĠU L 337, ta’ l-20.12.2001, p. 9).

[11] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar b’Regolament tal-Kunsill(KE) Nru 911/2001 (ĠU L 129, tal-11.5.2001, p. 3).

[12] ĠU L 181, ta’ l-1.7.1992, p. 21. Regolament kif emendat l-aħħar b’Regolament tal-Kunsill(KE) Nru 1666/2000 (ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 1).

[13] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28. Direttiva kif emendata l-aħħar b’Regolament tal-Kunsill(KE) Nru 1452/2001 (ĠU L 198, tal-21.7.2001, p. 11).

[14] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar b’Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 17).

--------------------------------------------------

Top