EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0253

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi d-definizzjonijiet tal-każ għar-rapurtaġġ ta' mard li jinxtered fin-network tal-Komunità permezz tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata permezz tad-dokument numru Ċ(2002) 1043)

ĠU L 86, 3.4.2002, p. 44–62 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/07/2018; Imħassar b' 32018D0945

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/253/oj

32002D0253

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi d-definizzjonijiet tal-każ għar-rapurtaġġ ta' mard li jinxtered fin-network tal-Komunità permezz tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata permezz tad-dokument numru Ċ(2002) 1043)

Official Journal L 086 , 03/04/2002 P. 0044 - 0062
CS.ES Chapter 15 Volume 07 P. 28 - 46
ET.ES Chapter 15 Volume 07 P. 28 - 46
HU.ES Chapter 15 Volume 07 P. 28 - 46
LT.ES Chapter 15 Volume 07 P. 28 - 46
LV.ES Chapter 15 Volume 07 P. 28 - 46
MT.ES Chapter 15 Volume 07 P. 28 - 46
PL.ES Chapter 15 Volume 07 P. 28 - 46
SK.ES Chapter 15 Volume 07 P. 28 - 46
SL.ES Chapter 15 Volume 07 P. 28 - 46


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-19 ta' Marzu 2002

li tistabbilixxi d-definizzjonijiet tal-każ għar-rapurtaġġ ta' mard li jinxtered fin-network tal-Komunità permezz tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata permezz tad-dokument numru Ċ(2002) 1043)

(2002/253/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlamenet Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 1998 dwar l-istabbiliment ta' network għas-sorveljanza epidemjoloġika u kontroll ta' mard li jinxtered fil-Komunità [1], u partikolarment l-Artikolu 3(ċ) tiegħu,

Billi:

(1) L-Istati Membri għandhom jikkommunikaw l-informazzjoni rigward l-iżvilupp epidemoloġiku u l-emerġenza ta' theddid għas-saħħa pubblika minħabba mard li jinxtered bl-użu tan-network tal-Komunità b'tali mod li tippermetti li jsiru paraguni għall-azzjoni ta' prevenzjoni u kontroll biex jittieħdu fil-livelli tal-Komunità u nazzjonali.

(2) Għall-paragun ta' l-informazzjoni bħal din, l-istabilizzar tad-definizzjonijiet komuni tal-każ hu prerekwiżit anki meta networks ta' sorveljanza ta' mard speċifiku ma jkunux għadhom ġew stabbiliti. Malli din id-Direttiva tidħol b'effett dawn id-definizzjonijiet ta' każi għandhom ikunu wżati għar-rappurtaġġ lejn in-network tal-Komunità, u għandhom ikunu konformi mar-regolamenti dwar il-protezzjoni ta' dettalji personali.

(3) Id-definizzjonijiet tal-każ li jippermettu paragun tar-rapportaġġ għandhom jinkludu sistema mtarrġa li tippermetti lill-istrutturi tal-Istati Membri u/jew ta' l-awtoritajiet, flessibbilità fil-komunikazzjoni ta' l-informazzjoni dwar il-mard u l-materji speċjali tas-saħħa. Partikolarment, dawn id-definizzjonijiet tal-każ għandhom jiffaċċilitaw ir-rapportaġġ dwar il-mard elenkat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/96/KE [2].

(4) Id-definizzjonijiet tal-każ għandhom ikunu formulati biex jgħinu lill-Istati Membri kollha ħalli jipparteċipaw fir-rappurtaġġ sal-limiti massimi possibli, billi jagħmlu użu mill-informazzjoni tas-sistemi eżistenti tagħhom. Dawn għandhom jippermettu għal livelli differenti ta' sensitività u speċifiċità skond il-miri differenti tal-ġbir ta' l-informazzjoni u għandhom ikunu faċli biex ikunu emendati.

(5) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-iskopijiet tal-preżentazzjoni ta' l-informazzjoni dwar is-sorveljanza epidemoloġika u l-kontroll tal-mard li jinxtered permezz tad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE, u partikolarment l-Artikolu 4 tagħha, l-Istati Membru għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tal-każ kif speċifikati fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tkun adattata sal-limitu meħtieġ fuq il-bażi ta' l-informazzjoni xjentifika l-aktar reċenti.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tkun tapplika sa mill-1 ta' Jannar 2003.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Marzu 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, tat-3.10.1998, p. 1.

[2] ĠU L 28, tat-3.2.2000, p. 50.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

DEFINIZZJONIJIET TAL-KAŻI GĦALL-MARD LI JINXTERED ELENKATI FID-DEĊIŻJONI 2000/96/KE

PRINĊIPJI ĠENERALI GĦALL-APPLIKAZZJONI TA' DAWN ID-DEFINIZZJONIJIET TAL-KAŻI

- Sakemm ma jkunx mistqarr speċifikament, il-każi simptomatiċi biss għandhom ikunu raportati, b'dana kollu, infezzjonijiet assimptomatiċi għandhom ikunu meqjusa bħala każi, jekk l-infezzjoni jkollha effetti terapewtiċi jew implikazzjoni fuq is-saħħa pubblika.

- "Każ b'rabta epidemoloġika" huwa każ li jkun jew ġie espost għal każ konfermat, jew li jkollu l-istess esposizzjoni bħal każ konfermat (e.g. kielu mill-istess ikel, qagħdu fl-istess alloġġ, eċċ.)

- sistema bi tlett saffi b'dawn il-livelli għandha tkun użata:

- każ konfermat: verifikat minn analiżi minn laboratorju,

- każ probabbli: stampa klinika ċara, jew marbuta ma każ epidemoloġiku konfermat,

- każ possibbli: stampa klinika indikattiva mingħajr każ konfermat jew probabbli.

Il-klassifikazzjoni ta' dawn il-livelli differenti tista’ tvarja skond l-epidemoloġija tal-mard individwali.

- Is-sintomi kliniċi huma elenkati biss bħala eżempju indikattivi u ma humiex eżawrenti.

- Għal ħafna mard, diversi "kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju" huma elenkati. Sakemm ma jkunx mistqarr mod ieħor, wieħed biss minn dawn huwa meħtieġ biex jikkonferma każ.

- M.A. fil-lista tad-definizzjoni ta' każ tfisser "mhux applikabbli".

NOTI INTRODUTTORJI

1. L-informazzjoni raportata f'dan id-dokument hija ntiża biss għal raportaġġ uniformi/paragun tad-dettalji fin-network tal-Komunità. Id-deskrizzjoni klinika tagħti qafas ġenerali tal-mard u mhux neċessarjament li tindika il-fatturi kollha meħtieġa għal dijanjosi klinika tal-mard.

2. Il-kriterja tal-laboratorju għal dijanjosi rraportata hawnhekk tista tkun imwettqa b'metodi differenti tat-testijiet. B'dana kollu, meta teknikalitajiet speċifi li huma indikati, l-użu tagħhom huwa rakkommandat.

DEFINIZZJONIJIET TAL-KAŻI

SINONIMU AKKWISTAT TA' L-IMMUNODEFIĊJENZA (AIDS) U L-INFEZZJONI HIV

1. AIDS

Deskrizzjoni klinika

Tinkludi l-virus kollha ta' l-immunodefiċjenza umana individwali infettati-(HIV) li jkollhom kwalunkwe minn 28 kondizzjonijiet kliniċi elenkati fid-definizzjoni tal-kaz tas-sorveljanza Ewropea AIDS.

Kriterja għal dijanjosi

I Adulti u adoloxxenti: Id-definizzjoni tal-kaz tas-sorveljanza Ewropea AIDS 1993 (ara l-Anness II).

II. Tfal ta' età < 13 il-sena: Ir-reviżjoni tal-1995 tad-definizzjoni tal-każ ta' sorveljanza Ewropea AIDS fit-tfal (ara l-Anness III).

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | M.A. |

Probabbli | M.A. |

Konfermat: | Każ li jilħaq id-definizzjoni tal-każ Ewropea AIDS |

2. Infezzjoni HIV

Deskrizzjoni klinika

Id-dijanjosi hija bażata fuq kriterja tal-laboratorju ta' l-infezzjoni HIV jew tad-dijanjosi ta' l-AIDS.

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

I. Adulti, adolixxenti u tfal b'età > =18 il-xahar

- Riżultat pożittiv minn tnassħir tat-test tal-antikorp HIV konfermat b'test differenti ta' l-antikorp HIV

- Sejbien ta' l-aċidu nukejku HIV (RNA jew DNA)

- Sejbien ta' HIV bit-test ta' l-antiġeni l-HIV p24, inkluż l-assessjar tan-newtralizzazzjoni

- Iżolazzjoni HIV (kultura virali)

II. Tfal < 18 il-xahar

- Riżultati pożittivi minn żewġ determinazzjonijiet separati (eskluża l-korda tad-demm) minn wieħed jew aktar tat-testijiet li ġejjin tas-sejbien HIV:

- Is-sejbien ta' l-aċidu nukejku HIV (RNA jew DNA)

- It-test ta' l-antiġenu HIV p24, inkluż l-assessjar tan-newtralizzazzjoni, f'tifel(tifla) >= xahar wieħed ta' età

- Iżolazzjoni HIV (kultura virali).

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | M.A. |

Probabbli | M.A. |

Ikkonfermat: | Każ li huwa kkonfermat mill-laboratorju jew li jilħaq id-definizzjoni tal-każ Ewropew AIDS |

ANTRAX

Deskrizzjoni klinika

Id-dħul man-nifs ta' l-antrax

Wara d-dħul man-nifs tal-Bacillus anthracis u prodromu akut febrili qasir, falliment respiratorju jiżviluppa bi hypoxia, dyspnoa u evidenza radjoloġika tat-twessiegħ medjastinali.

Antrax kutaneja

Ferita fil-ġilda tevolvi minn papule, matul l-istadju vesikulari sa eskar imħaffra sewda b'edema mad-dawra. Il-ferita normalment tkun mingħajr uġiegħ imma jista jkun hemm disturbanza kostituzzjonali (deni u ħass ħażin).

Antrax gastrointestinali

Wara l-konsum ta' l-ikel ikkontaminat, sindromu ta' uġieħ akut abdominali, diarrea, deni u septiċemija.

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- Iżolament u l-konferma ta' B. Anthracis minn kampjuni miġbura minn sit normlment sterili (e.g. demm jew CSF) jew ferita jew ċelloli oħrajn infettati (ġila, pulmun jew musrana);

- it-tnejn li ġejjin:

- evidenza ta' B. Anthracis DNA (e.g. bil-PCR) minn kampjuni miġbura minn sit normlment sterili (e.g. demm jew CSF) jew ferita jew ċelloli oħrajn infettati (ġila, pulmun jew musrana);

- Dimostrazzjoni ta' B. Anthracis f'kampjun kliniku mit-tiċpis immunoħistokemikali taċ-ċelloli affettwati (ġila, pulmun jew musrana).

Tiċpisa nażali mingħajr indikazzjoni tal-marda ma tikkontribwix għad-dijanjosi ta' każ.

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | M.A. |

Probabbli | Każ probabbli huwa definit bħala: każ ta' mard klinikament kompatibbli mingħajr l-iżolament ta' B. anthracis u l-ebda dijanjożi altenattiva, imma b'evidenza tal-laboratorju ta' B. anthracis b'test sostenitur wieħed mill-laboratorju,test klinikament komptibbli ta' antrax epidemoloġikalment marbut ma espożizzjoni ambjentali kkonfermata, imma mingħajr evidenza korroborattiva mil-laboratorju ta' infezzjoni B. anthracis. |

Konfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. |

BOTULISMU, IMĠARR MILL-IKEL

Deskrizzjoni klinika

L-istampa klinika kompatibbli mal-botulismu, e.g. sintomi bħal ma hija d-diplopja, viżjoni mċajpra u fjakkezza fil-boċċa ta' l-għajn. Paraliżi simetrika tista tixtered malajr.

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- Is-sejbien tat-tossin tal-botulinum fis-serum, fl-ippurgar, fil-kontenut tal-istonku jew fl-ikel tal-pazjent

- Iżolazzjoni tal-botulinum Clostridium mill-ippurgar.

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | M.A. |

Probabbli | Każ klinikament kompatibbli ma rabta epidemoloġika |

Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. |

BRUĊELLOSI

Deskrizzjoni klinika

Stampa klinikament kompatibli mal-bruċellosi, e.g. skoppjar ta' deni akut jew insidjus, għaraq matul il-lejl, għejja żejda, anorexja, telf tal-piż, uġieħ ta' ras u artralġija.

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- Dimostrazzjoni ta' reazzjoni speċifika ta' l-antikorpi

- Dimostrazzjoni bl-immunoflorixxenza ta' Brucella sp. f'kampjun klinika

- L-iżolament tal-Brucella sp. minn kampjun klinika

Għal każ probabbli:

- Titrat għoli wieħed.

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | M.A. |

Probabbli | Każ klinikament kompatibbli ma rabta epidemoloġika |

Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. |

INFEZZJONI KAMPILOBAKTERA

Deskrizzjoni klinika

Stampa klinika kompatibli mal-campylobacteriosis, e.g. deni bid-diarrea ta' severità varjabbli.

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- L-iżolament tal-Campylobacter sp. minn kwalunkwe kampjun klinika.

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | M.A. |

Probabbli | Każ klinikament kompatibbli ma rabta epidemoloġika |

Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. |

CHLAMYDIA TRACHOMATIS, INFEZZJONI ĠENERALI

Deskrizzjoni klinika

Stampa klinika kompatibbli mal-infezzjoni Chlamydia trachomatis, e.g. uretrite, epididimiti, ċerviċiti, salpinġiti akuta jew sindromi oħrajn meta trasmessi sesswalment.

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- L-iżolament ta' C. Trachomatis bil-koltura minn kampjun tal-passaġġ uro-ġenitali

- Dimostrazzjoni ta' C. trachomatis f'kampjun kliniku mill-passaġġ uro-ġenitali bis-sejbien ta' l-antiġenu jew l-aċidu nuklejku.

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | M.A. |

Probabbli | M.A. |

Ikkonfermat: | Każ li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. |

KOLERA

Deskrizzjoni klinika

Stampa klinika kompatibbli mal-kolera, e.g. dijarrea maħlulha u/jew remettar. Is-serverità hija varjabbli

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- L-iżolament tat-tossiġeniku (i.e. kolera li tipproduċi t-tossini) Vibrio cholerae O1 jew O139 mill-ippurgar jew mir-remettar

- Dimostrazzjoni ta' reazzjoni speċifika ta' anti-tossin u ta' reazzjoni ta' l-antikorpi vibroċidali.

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | M.A. |

Probabbli | Każ klinikament kompatibbli ma rabta epidemoloġika |

Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. |

CRYPTOSPORIDIOSIS

Deskrizzjoni klinika

Stampa klinika kompatibbli mal-cryptosporidiosis, karatterizzata bid-diarrea, bugħawwieġ taż-żaqq, telf ta' l-aptit, dardir u remettar.

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- Dimostrazzjoni tal-Cryptosporidium oocysts fl-ippurgar

- Dimostrazzjoni ta' Cryptosporidium fil-likwidi intestinali jew minn kampjuni miġbura b'bijopsija mill-imsaren iż-żgħar

- Dimostrazzjoni ta' l-antiġenu Cryptosporidium fl-ippurgar.

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | M.A. |

Probabbli | Każ klinikament kompatibbli ma rabta epidemoloġika |

Ikkonfermat: | Każ li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. |

DIFTERJA

Deskrizzjoni klinika

Stampa klinika kompatibbli mad-difterja, e.g. mard fil-passaġġ għoli respiratorju karatterizzat minn gerżuna irritata, deni ta' grad baxx, u membrana aderenti tat-tonsilli, tal-farinġi, u/jew l-imnieħer.

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- L-iżolament tal-Corynebacterium diphtheriae li tipproduċi t-tossini minn kampjun kliniku

- Dijanjożi istopatoloġika tad-difterja.

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | M.A. |

Probabbli | Każ klinikament kompatibbli li ma hux ikkonfermat minn laboratorju u ma jkollux rabta epidemjoloġika |

Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jew huwa kkonfermat minn laboratorju jew li jkollu rabta epidemjoloġika |

Għandek tinnota li t-trasportaturi asimptomatiċi, każi bil-C. diphteriae mhux-tossiġenika jew difterja kutaneja m'għandhomx ikunu rapurtati

ECHINOCOCCOSIS

Deskrizzjoni klinika

Stampa klinika kompatibbli mal-echinococcosis, li tista’ tipproduċi kwalunkwe minn diversi sindromi kliniċi, li jvarjaw fid-daqs taċ-ċesti u fil-lokazzjoni.

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

Dijanjożi bi:

- Istopatoloġija

- Ġabra ta' tekniki ta' stampi u testijiet seroloġiċi (e.g. ħemaglutinazzjoni inderetta, immunodiffużjoni, assessjar ta' l-immunobloti).

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | M.A. |

Probabbli | M.A. |

Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. |

EHEC (infezzjoni bil-entero-haemorrhagic Escherichia coli)

Deskrizzjoni klinika

Stampa klinika kompatibbli mal-infezzjoni EHEC, e.g. diarrea (ta' spiss bid-demm) jew bugħawwieġ taż-żaqq. Il-mard jista jkun komplikat bi sindromu ħamolitiku uramiku (HUS/SĦU) jew purpura tromboċitopenika trombatika (TTP/PTT).

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- L-iżolament ta' l-E. coli li jappartienu għall-grupp seroloġiku magħruf li jikkawża il-mard enteroħemorroġiku

- Komfermazzjoni seroloġika f'pazzjenti bil-HUS jew TTP

- Għal każ probabbli: sejbien tal-kodiċi tal-ġeni għal produzzjoni ta' St×1/St×2.

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | M.A. |

Probabbli | Iżolat ikkonfermat minn laboratorju mingħajr informazzjoni klinika jew każ b'sintomi kliniċi li jkollu rabta epidemjoloġika |

Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. |

GIARDIASIS

Deskrizzjoni klinika

Stampa klinika kompatibbli mal-infezzjoni bi Giardia lamblia, karatterizata bid-diarrea, bugħawwieġ taż-żaqq, infiħ tal-ġisem, telf ta' piż jew malassorbazzjoni.

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- Dimostrazzjoni ta' ċesti ta' G. lamblia fl-ippurgar

- Dimostrazzjoni tat-tropożojti tal-G. lamblia fl-ippurgar, likwidu duodenali, jew bijopsija tal-imseren iż-żgħar

- Dimostrazzjoni ta' antiġeni ta' G. lamblia fl-ippurgar

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | M.A. |

Probabbli | Każ klinikament kompatibbli li jkollu rabta epidemoloġika |

Ikkonfermat: | Każ li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. |

GONORRHOEA

Deskrizzjoni klinika

Stampa klinika kompatibbli mal-gonorrhoea, e.g. urethritis, cervicitis, jew salpingitis

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- L-iżolament tal-Neisseria gonorrhoeae minn kampjun klinika

- Sejbien ta' N. gonorrhoeae l-antiġenu jew ta' l-aċidu nuklejku

- Wirja ta' gramma-negattiva interċellolari diplokokki f'tiċpisa eretrali minn raġel.

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | M.A. |

Probabbli | M.A. |

Ikkonfermat: | Każ li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. |

INFLUWENZA ĦEMOFILLIKA TIP B, INVAŻIVA

Deskrizzjoni klinika

Stampa klinika kompatibbli ma’ mard invassiv, e.g. bacteremia, meningitis, arthritis, epiglottitis, osteomyelitis jew cellulitis.

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- L-iżolament ta' l-influwenza ħemopillika tip B minn sit normalment sterili

- Sejbien ta' l-aċidu nuklejku ta' l-H. influenzae minn sit normalment sterili

Għal każ probabbli:

- Sejbien ta' l-antiġenu ta' l-H. influenzae minn sit normalment sterili.

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | Każ b'epiglottiti klinika mingħajr il-konferma tal-laboratorju jew bl-identifikazzjoni biss minn sit mhux-sterili |

Probabbli | Każ klinikament kompatibbli ma sejbien ta' antiġenu bħal ta' hawn fuq |

Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. |

HEPATITIS, VIRALI

Deskrizzjoni klinika

Fil-każi symptomatiċi stampa klinika kompatibbli mal-hepatitis, e.g. bidu diskret tas-sintomi u suffejra jew livelli elevati tas-serum aminotransferażi.

Hepatitis A, akuta

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- Antikorp IgM għal-virus tal-hepatitis A (anti-HAV) pożittiv

- Sejbien ta' l-antiġenu fl-ippurgar.

- Sejbien ta' l-aċidu nuklejku fis-serum.

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | M.A. |

Probabbli | Każ li jilħaq id-definizzjoni ta' każ kliniku u li jkollu rabta epidemjoloġikali |

Ikkonfermat: | Każ li jilħaq id-definizzjoni ta' każ kliniku u li jkollu konferma minn laboratorju |

Hepatitis B, akuta

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- Antikorp IgM għal-virus tal-hepatitis B (anti-HBc) pożittiv

- Sejbien ta' l-aċidu nuklejku HBV fis-serum.

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | M.A. |

Probabbli | Każ li jkun HbsAg pożittiv u li jkollu stampa klinika kompatibbli ma hepatitis akuta |

Ikkonfermat: | Każ li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. |

Hepatitis C

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- Sejbien ta' l-antikorpi HCV-speċifiċi

- Sejbien ta' l-aċidu nuklejku HCV minn kampjuni kliniċi.

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | M.A. |

Probabbli | M.A. |

Ikkonfermat: | Każ simptomatiku li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. |

INFEZZJONI HIV

(Ara taħt is-Sindromu Akkwistat ta' l-Immunodefiċjenza ta' hawn fuq).

INFLUWENZA

Deskrizzjoni klinika

Stampa klinika kompatibbli mal-influwenza, e.g. il-ħruġ tal-mard għall-għarrieda, sogħla, deni >38 °C, uġiegħ muskolari u/jew uġiegħ ta'ras.

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- Is-sejbien ta' l-antiġenu ta' l-infuwenza, jew il-virus speċifiku RNA ta' l-influwenza

- L-iżolament tal-virus ta' l-influwenza

- Dimostrazzjoni ta' reazzjoni speċifika tas-serum antikorp għall-influwenza A jew B.

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | Każ klinikament kompatibbli ma rabta epidemoloġika |

Probabbli | M.A. |

Ikkonfermat: | Każ kliniku li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. |

LEGIONELLOSIS

Il-marda tal-leġġjunarji

Deskrizzjoni klinika

Pnewmonja

Deni pontjaku

Deskrizzjoni klinika

Mard limitanti minnu nnifsu li jixbaħ l-influwenza karatterizzat fid-deni, uġiegħ ta' ras, myalgia u tqaħqiħa mhux produttiva. Il-pazjenti jirkupraw spontanjament mingħajr terapija wara 2 sa 5 ijiem. L-ebda sinjali ta' pnewmonja.

Kriterja tal-laboratorju għal dijanjosi tal-legionellosis

- L-iżolament ta' xi organiżmu tal-Leġjonella minn sekrezzjoni respiratorja, ċelloli tal-pulmun jew mid-demm

- Dimostrazzjoni ta' reazzjoni speċifika ta' l-antikorp għas-serogrupp tal-Legionella pneumophila jew ta' serogruppi oħrajn jew ta' speċje oħrajn tal-Leġjonella bit-test inderett ta' l-antikorp immunoflorixxenti jew bil-mikroagglutinazzjoni

- Is-sejbien ta' antiġenu speċifiku tal-Leġjonella fl-urina bl-użu ta' reaġenti validati

Għal każ probabbli:

- Titrat għoli singolu f'serum speċifiku ta' l-antikorp għal serogrupp L. pneumophila jew serogruppi oħrajn jew speċje oħrajn tal-Leġjonella

- Sejbien ta' l-antiġenu speċifiku tal-Leġjonella fis-sekrezzjoni respiratorja jew f'antikorp forixxenti dirett (DFA/AFD) ta' tebgħa ta' l-organiżmu fis-sekrezzjoni respiratorja jew f'ċelloli tal-pulmun bl-użu ta' l-evalutazzjoni tar-reaġenti monoklonali,

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | M.A. |

Probabbli | Każ klinikament kompatibli li jkun ittestjat minn laboratorju bħala probabli (ara hawn fuq), jew każ klinikament kompatibli ma rabta epidemjoloġikali |

Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. |

LEPTOSPIROSIS

Deskrizzjoni klinika

Stampa klinikament kompatibbli mal-leptospirosis, karatterizzata bid-deni, uġiegħ ta' ras, bard, myalgia, xaqq ta' l-għaraq konġunktivali, u anqas frekwenti bil-meninġita, ponot, suffejra u insuffiċjenza renali.

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- L-iżolament tal-Leptospira minn kampjun klinika

- Dimostrazzjoni ta' żieda speċifika fit-titrat ta' l-agglutinazzjoni Leptospira

- Dimostrazzjoni bl-immunoflorixxenza ta' Leptospira f'kampjun klinika

- Sejbien ta' l-antikorp Leptospira IgM fis-serum.

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | M.A. |

Probabbli | M.A. |

Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. |

LISTERIOSIS

Deskrizzjoni klinika

Infezzjoni ikkawżata mill-monoċitoġeni tal-Listeria, li jistgħu jipproduċu kwalunkwe mis-sindromi klinika severi, inkluzi t-twelid tal-fetu mejjet, listeriosis tat-tarbija għadha titwieled, meninġite, bakteramija jew infezzjonijiet lokalizzati.

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- l-iżolazzjoni ta' L, monoċitoġeni minn sit normalment sterili (e.g. id-demm jew il-likwidu ċerebrospinali jew, anqas komuni, il-likwidu fl-għekiesi, fil-plewra jew fil-perikardja).

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | M.A. |

Probabbli | M.A. |

Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. |

MALARJA

Deskrizzjoni klinika

Stampa klinika kompatibbli mal-malarja, e.g. deni u sintomi komuni assoċjati, li jinkludu l-uġiegħ ir-ras, uġiegħ fid-dahar, tkexkixa ta' bard, xaqq ta' l-għaraq, myalgia, dardir, remettar, diarrea u sogħla.

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- Dimostrazzjoni tal-parassiti tal-malarja fi żlieġa tad-demm

- Sejbien ta' l-aċidu nuklejku Plasmodium.

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | M.A. |

Probabbli | M.A. |

Ikkonfermat: | Episodju ta' parasitemja tal-malarja kkonfermat minn laboratorju f'xi persuna (simptomatika jew assimptomatika). |

ĦOŻBA

Deskrizzjoni klinika

Stampa klinika kompatibbli mal-ħożba, i.e. raxx ġeneralizzat dewwiemi >3 ijiem u temperatura > 38,0 °C jew wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin: tqaħqiħa, coryza, tikkek Koplik, konġunktiviti.

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- Sejbien ta' l-antikorpi IgM kontra l-ħożba fin-nuqas ta' vaċċinazzjoni reċenti

- Sejbien ta' l-antikorpi speċifiċi tal-ħożba bħala reazzjoni fin-nuqqas ta' vaċċinazzjoni reċenti

- Sejbien tal-virus tal-ħożba (mhux siltiet tal-vaċċina) f'kampjun kliniku.

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | Każ dianiostikat mit-tabib bħala ħożba |

Probabbli | Każ klinikament kompatibbli |

Ikkonfermat: | Każ li huwa ikkonfermat minn laboratorju jew każ li huwa klinikament kompatibbli b'rabta epidemjoloġika.Każ ikkonfermat minn laboratorju mhux bil-fors li jilħaq id-definizzjoni ta' każ kliniku. |

MARD MENINĠJOKOKKALI

Deskrizzjoni klinika

Stampa klinika kompatibbli mal-mard meninġjokokkali, e.g. meninġite u/jew meninġjokokkemija li tista tixtered malajr għal purpura fulminans, eżawriment u mewt. Manifestazzjonijiet oħrajn huma possibbli.

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- l-iżolazzjoni ta' Neisseria meningitidis minn sit normalment sterili (e.g. id-demm jew il-likwidu ċerebrospinali (CSF) jew, anqas komuni, il-likwidu fl-għekiesi, fil-plewra jew fil-perikardja).

- Sejbien ta' l-aċidu nuklejku ta' l-N. meningitidis minn sit normalment sterili

- Sejbien ta' l-antiġenju N. meningitidis minn sit normalment sterili

- Dimostrazzjoni tad-diplokokki gramma-negattivi minn sit normalment sterili permezz tal-mikroskopija

Għal każ probabbli:

- Titrat singolu għoli ta' antikorp mininġjokokkali fis-serum konvalixxenti.

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | M.A. |

Probabbli | Stampa klinika kompatibbli mal-mard invażżiv meninġjokokkali xi mingħajr konferma minn laboratorju, jew b'identifikazzjoni ta' N. Meningitidis minn sit mhux-sterili jew b'livelli għoljin ta' l-antikorp meninġjokokkali f'serum konvalixxenti |

Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. |

Għandhek tinnota li l-portaturi assimptomatiċi m'għandhomx ikunu raportati.

GATTONE (MUMPS)

Deskrizzjoni klinika

Stampa klinika kompatibbli mal-gattone, e.g. skoppjar akut ta' parti mġerħa uni- jew bi-laterali, bżieżaq limitanti minnhom infushom tal-glandola parotida jew glandola oħra tal-bżieq, li jdumu >2 jiem, u mingħajr kawża oħra apparenti.

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- Sejbien ta' l-antikorpi gattone IgM

- Sejbien ta' l-antikorpi speċifiċi tal-gattone bħala reazzjoni fin-nuqas ta' vaċċinazzjoni reċenti

- Sejbien tal-virus tal-gattone (mhux siltiet tal-vaċċina) f'kampjun kliniku.

- Sejbien ta' l-aċidu nuklejku tal-gattone

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | M.A. |

Probabbli | Każ li jilħaq id-definizzjoni ta' każ kliniku u li jkun epidemjoloġikalment marbut ma każ konfermat |

Ikkonfermat: | Każ li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. |

PERTUSSIS (IS-SOGĦLA KONVULSIVA)

Deskrizzjoni klinika

Stampa klinika kompatibbli mal-pertussis, e.g. mard tas-sogħla li jkun mill anqas ġimgħatejn b'wieħed minn dawn li ġejjin: paroxiżmi tas-sogħla, "konvulżjonijiet" asspiratorji jew remettar post-tussiv mingħajr kawża oħra apparenti.

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- Sejbien ta' l-antikorpi speċifiċi ta' l-antikorp pertussis bħala reazzjoni fin-nuqas ta' vaċċinazzjoni reċenti

- Sejbien ta' l-aċidu nuklejku

- L-iżolament tal-Bordetella pertussis minn kampjun klinika.

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | Każ li jilħaq id-definizzjoni ta' każ kliniku |

Probabbli | Każ li jilħaq id-definizzjoni ta' każ kliniku u li jkollu rabta epidemjoloġikali |

Ikkonfermat: | Każ li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. |

IL-PESTA

Deskrizzjoni klinika

Il-mard huwa karatterizzat bid-deni, tkexkix ta' bard, uġieħ ta' ras, dardir, prostazzjoni u lewkoċitosi li tkun tidher f'waħda jew aktar mill-għamliet kliniċi prinċipali li ġejjin:

- limfadeniti reġjonali (pesta bubonika),

- septaċemija mingħajr bubo evidenti (pesta septiċemika),

- pesta pnewmonika,

- farinġite u limfadentiti ċervikali.

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- L-iżolament tal-Yersinia pestis minn kampjun klinika

- Dimostrazzjoni ta' antikorp speċifiku għal reazzjoni lejn l-antiġenu Y. pestis F1

Għal każ probabbli:

- Titrat elevat ta' l-antikorp tas-serum għal antiġenu Y. pestis frazzjoni 1 (F1) (mingħajr kambjament speċifikament dokumentat) f'pazjent li ma jkollux storja ta' vaċċinazzjoni kontra l-pesta

- Sejbien ta' l-antiġenu F1 f'kampjun kliniku bl-assessjar florixxenti.

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | Każ klinikament kompatibbli |

Probabbli | Każ klinikament kompatibbli b'riżultati probabbli mill-laboratorju. |

Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli b'riżultati kkonfermati mill-laboratorju. |

POLIOMYELITIS, PARALITIKA

Deskrizzjoni klinika

Stampa klinika kompatibbli mal-poliomyelitis, e.g. l-iskoppjar akut tal-paraliżi mpaħpħa ta' waħda jew aktar mis-saqajn (dirgħajn) bi tnaqqis jew l-assenza ta' riflessi fit-tenduni fis-saqajn (dirgħajn) affettwati, mingħajr kawża oħra apparanti u mingħajr telf tas-sensazzjoni jew konjittiva.

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- L-iżolament tal-poljo-virus minn kampjun klinika

- Sejbien ta' l-aċidu nuklejku tal-poljo-virus.

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | M.A. |

Probabbli | Każ li jilħaq id-definizzjoni ta' każ kliniku |

Ikkonfermat: | Każ li jilħaq id-definizzjoni ta' każ kliniku u li jkollu konferma minn laboratorju |

RABBJA, UMANA

Deskrizzjoni klinika

Ir-rabbja hija enċefalomjeliti akuta li kważi dejjem timxi lejn koma jew lejn il-mewt fi żmien 10 ijiem wara l-ewwel sintomi.

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- Is-sejbien b'antikorp florixxenti dirett ta' l-antiġeni virali f'kampjun kliniku (preferibilment fil-moħħ jew fin-nervituri li jdawwru l-folliċi tax-xagħar fil-kozz ta' l-għonq)

- Sejbien ta' l-aċidu nuklejku tar-rabbja minn kampjuni kliniċi.

- L-iżolament (f'kultura ta' ċellola jew f'annimal tal-laboratorju) tal-virus tar-rabja mill-bżieq, likwidu ċerebrospinali (CSF/LĊS), jew miċ-ċelloli tas-sistema ċentrali tan-nervituri

- L-identifikazzjoni tat-titrat ta' l-antikorp li jinnewtralizza-r-rabja (newtralizzazzjoni kompluta) fis-serum jew fil-CSF ta' persuna mhux vaċċinata.

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | Każ kliniku kompatibbli mingħajr konferma tal-laboratorju |

Probabbli | M.A. |

Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li huwa kkonfermat mill-laboratorju. |

RUBELLA

Deskrizzjoni klinika

Stampa klinika kompatibbli mar-rubella, e.g. l-iskoppjar akut ta' raxx makolopapulari ġeneralizzat u artralġija/artrite, limfadenopatija, jew konġunktiviti.

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- Sejbien ta' l-antikorpi IgM tar-rubella fin-nuqas ta' vaċċinazzjoni reċenti

- Sejbien ta' l-antikorpi speċifiċi tar-rubella bħala reazzjoni fin-nuqas ta' vaċċinazzjoni reċenti

- L-iżolamemnt tal-virus tar-rubella fin-nuqas ta' vaċċinazzjoni reċenti

- Sejbien ta' l-aċidu nuklejku tar-rubella minn kampjuni kliniċi.

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | Każ li jilħaq id-definizzjoni ta' każ kliniku |

Probabbli | Każ klinikament kompatibbli li jkollu rabta epidemoloġika |

Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. |

SALMONELLOSIS (MHUX-TIFI, MHUX-PARATIFI)

Deskrizzjoni klinika

Stampa klinika kompatibbli mal-salmonellosis, e.g. diarrea, uġiegħ fiż-żaqq, dardir u kultant remettar. L-organiżmu jista joħloq infezzjonijiet extra-intestinali.

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- L-iżolament tas-Salmonella (mhux-tifi, mhux paratifi) minn kampjun klinika.

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | Każ li jilħaq id-definizzjoni ta' każ kliniku |

Probabbli | Każ klinikament kompatibbli li jkollu rabta epidemoloġika |

Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. |

SHIGELLOSIS

Deskrizzjoni klinika

Marda ta' severità varjabbli kkaratterizzat bid-diarrea, deni, dardir, bugħawwieġ, u tenesmus.

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- L-iżolament tal-Shigella sp. minn kampjun klinika

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | M.A. |

Probabbli | Każ klinikament kompatibbli ma rabta epidemoloġika |

Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. |

STREPTOCOCCUS PNEUMONIAE, MARD INVAŻIV

Deskrizzjoni klinika

Steptococcus pneumoniae tikkawża ħafna sindromi kliniċi, jiddependi mis-sit ta' l-infezzjoni (e.g. otiti medja akuta, pnewmonja, bakteremija, jew meninġite).

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- l-iżolazzjoni ta' S. pneumoniae minn sit normalment sterili (e.g. id-demm jew il-likwidu ċerebrospinali jew, anqas komuni, il-likwidu fl-għekiesi, fil-plewra jew fil-perikardja).

- Sejbien ta' l-aċidu nuklejku ta' S. pneumoniae minn sit normalment sterili

Għal każ probabbli:

- Sejbien ta' l-aċidu nuklejku ta' l-antiġenu S. pneumoniae minn sit normalment sterili.

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | Każ klinikament kompatibbli mingħajr il-konferma tal-laboratorju, jew bl-identifikazzjoni minn sit mhux-sterili |

Probabbli | Każ klinikament kompatibbli li huwa b'antġenu pożittiv |

Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. |

SYPHILIS (SIFILI)

Sifili, primarja

Deskrizzjoni klinika

Stadju ta' infezzjoni bil-Treponema pallidum karratterizzat b'wieħed jew aktar kankri (ulċeri). Il-kankri jistgħu jiddifferixxu konsiderevolament fid-dehra klinika.

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- Sejbien ta' IgM speċifiku bil-EIA

- Dimostrazzjoni ta' T. pallidum f'kampjuni kliniċi bil-mikroskopijia fuq sfond skur, antikorp dirett florixxenti (DFA-TP) jew metodi ekwivalenti

Għal każ probabbli:

- Test reattiv seroloġiku (mhux-treponemali: Venereal Disease Research Laboratory (VDRL) (Laboratorju tar-Riċerka għal Mard Venerali) jew ir-reġin imħaffef tal-plasma (RPR/RIP); treponemali: antikorp treponemali florixxenti asorbit (FTA-ABS) jew assessjar tal-mikro-hemagglutinazzjoni għal antikorp ta' T. pallidum (MHA-Tħ).

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | M.A. |

Probabbli | Każ klinikalment kompatibbli ma waħda jew aktar ulċeri (kamkri) konsistenti ma sifili primarja u kwalunkwe test reattiv seroloġiku |

Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. |

Syphilis, (sifili) sekondarja

Deskrizzjoni klinika

Stadju ta' l-infezzjoni kawżat bill-T. pallidum u karatterizzat b'feriti lokalizzati jew mukokutanaċi, ta' spiss bil-limfadenopatija ġeneralizzata. Il-kankru primarju xorta jista jkun preżenti.

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- Dimostrazzjoni ta' T. pallidum f'kampjuni kliniċi bil-mikroskopijia fuq sfond skur, antikorp dirett florixxenti (DFA-TP) jew metodi ekwivalenti

Għal każ probabbli:

- Test reattiv seroloġiku (mhux-treponemali: Venereal Disease Research Laboratory (VDRL) (Laboratorju tar-Riċerka tal-Mard Venerali)

- Reaġin imħaffef tal-plasma (PRP/RIP); treponemali: antikorp florixxenti treponemali assorbit (FTA-ABS)

- Assessjar tal-Mikroħemaggluzinazzjoni għal antikorp għal T. pallidum (MHA-TP).

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | M.A. |

Probabbli | Każ klinikament kompatibbli ma kwalunkwe test seroloġiku rispettiv |

Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. |

Syphlis, (sfili) moħbija

Deskrizzjoni klinika

Stadju ta' l-infezzjoni kkawżat mill-T. pallidum li fih l-organiżmi jippersistu fil-ġisem tal-persuna infettata mingħajr ma joħolqu sintomi jew sinjali.

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

Dimostrazzjoni ta' reazzjoni pożittiva bi EIA speċifika imma negattiva għal test tal-laboratorju għall-infezzjoni tas-sifili (ara s-sifili primarja jew sekondarja).

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | M.A. |

Probabbli | L-ebsa sinjali jew sintomi kliniċi tas-sifili u test pożittiv tal-laboratorju bħal hawn fuq |

Ikkonfermat: | M.A. |

TETANUS (TETNU)

Deskrizzjoni klinika

Stampa klinika kompatibbli mat-tetnu, e.g. skoppjar akut ta' hypertonia u/jew ġbid b'uġieħ muskolari (normalment tal-muskoli tax-xedaq u l-għonq) u spażmi ġeneralizzati tal-muskoli mingħajr kawża oħra medika apparenti.

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- Is-sejbien ta' l-antikorp tetanus toxoid fil-pazjenti mhux vaċċinat u mhux trattat

- Dimostrazzjoni ta' reazzjoni speċifika ta' l-antikorpi tat-tetanus toxoid

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | M.A. |

Probabbli | M.A. |

Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli. |

TOXOPLASMOSIS

Deskrizzjoni klinika

Mard protożonali, li jippreżenta b'mard akut ta' wieħed jew aktar minn dan li ġej: limfadenopatija, enċefaliti, klorjoretinis, disfunzjoni tas-sistema nervuża ċentrali. Infezzjonijiet konġenitali jistgħu iseħħu wkoll bil-idroċefalite, mikroċefalite, klarifika intraċerebrali, konvulżjonijiet, ritardazzjoni ċerebrali.

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- Dimostrazzjoni ta' reazzjoni speċifika ta' l-antikorpi tat-toxoplasma

- Dimostrazzjoni ta' l-aġent fiċ-ċelloli tal-ġisem jew likwidi jew l-iżolazzjonijiet fl-annimali jew fil-koltura taċ-ċelloli

- Sejbien ta' l-aċidu nuklejku tat-toxoplasma.

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | M.A. |

Probabbli | M.A. |

Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. |

TRICHINOSIS

Deskrizzjoni klinika

Mard kaġunat bl-inġestjoni tal-larvae Trichinella. Il-marda għandha manifestazzjonijiet kliniċi viżibbli. Sinjali u sintomi komuni fost persuni sintomatiċi jinkludu kosinofilja, deni, myalgia u oedema perjobitali.

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- Dimostrazzjoni tal-larvae Trichinella fiċ-ċelloli akwistati minn bijopsija muskolari

- Dimostrazzjoni ta' reazzjoni speċifika ta' l-antikorpi tat-Trichinella.

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | M.A. |

Probabbli | Każ klinikament kompatibbli ma rabta epidemoloġika |

Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. |

TUBERKOLOŻI

Kriterja klinika

- Ġudizju klinika li sinjali kliniċi u/jew radjoloġiċi u/jew sintomi li huma kompatibbli mat-tuberkolożi

u

- deċiżjoni klinika biex ikun ittrattat il-pazjent b'kors sħiħ tat-terapija ta' kontra t-tuberkoliżi.

Ktiterja tal-laboratorju

- L-iżolazzjoni tal-kumpless Mikobatterju tat-tuberkolożi (bl-eċċezzjoni ta' M. bovis BCG) minn kampjun kliniku bil-koltura

- Evidenza tal-baċilli b'rabta aċiduża (AFB/BRA) fl-eżami mikroskopiku ta' sputum spantaneju jew sfurzat.

Klassifikazzjoni skond il-kriterja tal-laboratorju

Definita

Każ bl-iżolazzjoni tal-kumpless Mikobatterju tat-tuberkolożi (bl-eċċezzjoni ta' M. bovis BCG) minn kampjun kliniku. Fil-pajjiżi ta' fejn ir-rutina tal-koltura mhux disponibbli, każ b'eżaminazzjoni pożittiva b'tiċpisa ta' sputum għal AFB huwa wkoll konsidrat bħala każ definit.

Apparti milli definit

Każ li jilħaq il-kriterja klinika ta' hawn fuq imma li ma jkunx jilħaq il-kriterja tal-laboratorju f'każ definit.

Klasifikazzjoni skond is-sit tal-marda

Tuberkolożi pulmonarja

It-tuberkolożi tal-parenċima tal-pulmun jew tas-siġra trakeo-bronkali.

Tuberkolożi extrapulmonari

It-tuberkolożi li taffettwa xi sit apparti milli dak pulmonari kif definit hawn fuq.

Klassifikazzjoni skond it-trattament preċedenti kontra t-tuberkolożi

Qatt trattata

Każ li qatt ma jkun irċieva trattament għal tuberkolożi attiva fil-passat jew li rċieva drogi kontra t-tuberkolożi għal anqas minn xahar.

Preċedentamnt trattata

Każ li kien ġie dianiostikat b'tuberkolożi attiva fil-passat u li rċieva drogi kontra t-tuberkolożi (eskluża t-terapija preventiva) għal mill-anqas xahar.

DENI TAT-TIFĠUDE/PARATIFĠUDE

Deskrizzjoni klinika

Marda kaġunata mill tifili jew paratifili tal-Salmonella li ta' spiss hija karatterizzata b'tifqiegħ insidjuż ta' deni sostnut, ugiegħ ta' ras, dardir, anorexja, bradikardja relattiva, kostipazzjoni jew diarrea u tqaħqiħa mhux produttiva. B'dana kollu, ħafna mill-infezzjonijiet ħfief u atipikali jistgħu iseħħu.

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- L-iżolament tat-tifi jew paratifi tas-Salmonella mid-demm, mill-ippurgar jew minn kampjun klinku ieħor

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | M.A. |

Probabbli | Iżolat ikkonfermat minn laboratorju mingħajr informazzjoni klinika jew, każ b'sintomi kliniċi li jkollu rabta epidemjoloġika |

Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. |

VARJANT TAL-MARDA CREUTZFELDT-JAKOB (CJD)

Deskrizzjoni klinika

I. Storja

- Disordni newropsikjatrika progressiva,

- It-tul tal-marda >6 xhur,

- Investigazzjoni ta' rutina ma tissuġġerix dijanjosi alternattiva,

- L-ebda storja ta' l-esposizzjoni potenzjali jatroġenika.

II. Fatturi kliniċi

- Sintomi kmieni psikjatriċi,

- Sintomi ta' uġiegħ persisteni sensitorji,

- Ataksja,

- Mijoklonus jew kolera jew distonja,

- Demenzja.

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- EEG li ma jurix dehra tipika tal-CJD klassika (jew l-ebda EEG ma jkun twettaq)

- Sinjal għoli bilaterali pulvinari fuq scan MRI

- Karatteristiċi newropatoloġikali u sejbiet immunopatoġikali.

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | M.A. |

Probabbli | I u 4/5 ta' fatturi kliniċi u EEK ma jurux l-ebda dehra tipika tal-CJD klassika (l-ebda EEG ma jkun twettaq) u sinjal għoli bilaterali pulvinari fuq scan MRI Bijopsija tat-tunsilli I u pożittiva |

Ikkonfermat: | Disordni newropsikjatrika progressiva u konferma newropatoloġika tad-dijanjosi tal-vCJD. |

DENI VIRALI ĦEMORRAĠIKU

Deni ta' l-Ebola/Marburg

Deskrizzjoni klinika

Jibda b'deni qawwi, diarrea li tista tkun bid-demm u r-remettar. Uġiegħ ta' ras, dardir u uġiegħ ta' żaqq huma komuni. Manifestazzjonijiet ħemorraġiċi jistgħu isegwu. Uħud mill-pażjenti jistgħu wkoll juru raxx makolopapulari fuq il-parti ċentrali tal-ġisem.

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- Iżolament pożittiv tal-virus

- Bijopsija pożittiva tal-ġilda (immunoħistokemistrija)

- Sejbien ta' l-aċidu nuklejku tal-Ebola/Marburg

- Seroloġija pożittiva, li tista tidher tard fil-korsa tal-marda.

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | M.A. |

Probabbli | Każ klinikament kompatibbli ma rabta epidemoloġika |

Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li huwa kkonfermat mill-laboratorju. |

Deni Lassa

Deskrizzjoni klinika

Marda li tidher gradwalment b'hass hażin, deni, uġiegħ ta' ras, gerżuma xotta, qaħqiħa, dardir, remettar, diarrea, myalgia u uġiegħ fis-sider. Manifestazzjonijiet ħemorraġiċi jistgħu isegwu.

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- L-iżolament tal-virus

- Bijopsija pożittiva tal-ġilda (immunoħistokemistrija)

- Sejbien ta' l-aċidu nuklejku tal-Lassa-virus.

- Seroloġija pożittiva, li tista tidher tard fil-korsa tal-marda.

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | M.A. |

Probabbli | Każ klinikament kompatibbli ma rabta epidemoloġika |

Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li huwa kkonfermat mill-laboratorju. |

Deni emorroġiku Kongo-Krimea

Deskrizzjoni klinika

Marda b'tifqiegħ gradwali b'deni għoli akut, tkexkix ta' bard, myaliga, dardir, anorexja, remettar, ugiegħ ta' ras u uġiegħ tad-dahar. Manifestazzjonijiet ħemorraġiċi jistgħu isegwu.

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- L-iżolament tal-virus

- Sejbien ta' l-aċidu nuklejku tal-virus CCHF

- Seroloġija pożittiva, li tista tidher tard fil-korsa tal-marda.

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | M.A. |

Probabbli | Każ klinikament kompatibbli ma rabta epidemoloġika |

Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li huwa kkonfermat mill-laboratorju. |

DENI ISFAR

Deskrizzjoni klinika

Mard karetterizzat b'tifqiegħ akut u sintomi kostituzzjonali segwiti b'remissjoni qasira, rekorrenza tad-deni, ħepitite, albumina, u f'ċerti stanzi, falliment renali, eżawriment u emorroġiji ġeneralizzati.

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- Dimostrazzjoni tar-reazzjoni speċifika ta' l-antikorp tad-deni isfar f'pazjent li ma jkollux storja ta' vaċċinazzjoni reċenti kontra d-deni isfar u fejn il-trans-reazzjoni għal flaviviruses ma tkunx ġiet eskluża

- L-iżolament tal-virus

- Is-sejbien ta' l-antiġenu tad-deni isfar

- Sejbien ta' l-aċidu nuklejku tad-deni isfar.

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | M.A. |

Probabbli | Każ klinikament kompatibbli ma rabta epidemoloġika |

Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li huwa kkonfermat mill-laboratorju. |

YERSINIOSIS

Deskrizzjoni klinika

Marda ta' severità varjabbli karatterizzat bid-diarrea, deni, dardir, bugħawwieġ u tenesmus.

Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju

- L-iżolament tal-Yersinia enteroklitika jew psewdotuberkoloża minn kampjun klinika

Klassifikazzjoni tal-każ

Possibbli | M.A. |

Probabbli | Każ klinikament kompatibbli ma rabta epidemoloġika |

Ikkonfermat: | Każ li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. |

--------------------------------------------------

Top