EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0188

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2002 dwar miżuri ta' kontroll u sanzjonijiet kriminali fuq id-droga sintetika l-ġdida PMMA

ĠU L 63, 6.3.2002, p. 14–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/188/oj

32002D0188



Official Journal L 063 , 06/03/2002 P. 0014 - 0014


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-28 ta' Frar 2002

dwar miżuri ta' kontroll u sanzjonijiet kriminali fuq id-droga sintetika l-ġdida PMMA

(2002/188/JHA)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta 97/396/JHA tas-16 ta' Ġunju 1997 dwar l-iskambju ta' l-informazzjoni, stima tar-riskju u l-kontroll tad-droga sintetika l-ġdida [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-inizzjattiva tal-Kummissjoni,

Billi:

(1) Ir-rapport ta' stima tar-riskju dwar il-PMMA (paramethoxymethylamphetamine jew N-methyl-1-(4-methoxyphenyl)-2-aminopropane) kien imfassal, fuq bażi ta' l-Artikolu 4(3) ta' l-Azzjoni konġunta 97/396/JHA, f'laqgħa li saret taħt il-patroċinju tal-Kumitat Xjentifiku taċ-Ċentru Ewropew għall-kontroll ta' drogi u l-vizzju tad-droga.

(2) Bħalissa, il-PMMA hija kkontrollata mil-Liġi nazzjonali fuq id-drogi f'erba' Stati Membri.

(3) Bħalissa l-PMMA ma hi mniżżla f'ebda Skeda tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-1971 fuq sustanzi psikotropiċi. Il-PMMA tqiegħed riskji fuq is-saħħa ta' individwi u tista' tkun ta' theddida fuq is-saħħa pubblika. Il-PMMA tixbaħ lill-amfetamina u hija simili ħafna għall-PMA li tinsab fl-ewwel Skeda tal-Kovenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-1971. Il-PMMA m'għandha l-ebda valur terapewtiku.

(4) Fl-Unjoni Ewropea, il-PMMA dejjem ġiet ikkunsmata mal-PMA f'pilloli meħuda bħala "ecstasy" (MDMA). Ma hemm l-ebda suq espliċitu għall-konsumaturi la għall-PMMA u lanqas għall-PMA.

(5) Il-PMMA ġiet assoċjata flimkien mal-PMA ma' tliet imwiet fil-Komunità Ewropea. Studji fuq l-annimali jindikaw li d-differenza bejn id-doża attiva u d-doża letali tal-PMMA hija minima u għalhekk jeżisti riskju kbir ta' tossiċità. Jidher li l-PMMA tixbah lill-PMA u lill-MDMA fit-tossiċità.

(6) Sar traffikar u distribuzzjoni tal-PMMA f'erba' Stati Membri u tlieta minn dawn għandhom informazzjoni fuq ir-rwol ta' reati organizzati fit-traffikar tal-PMMA/PMA. 18870 pillola li għandha l-PMMA nqabbdu f'29 inċidenti Ma ssirx produzzjoni fuq skala kbira ta' PMMA fl-Unjoni Ewropea. Żewġ laboratorji ġew maqbuda f'pajjiżi fl-Ewropa ta' Lvant u hemm ħsieb li l-produzzjoni qed tkompli hemmhekk.

(7) Il-PMMA għandha tkun suġġetta mill-Istati Membri għall-miżuri ta' kontroll u penali kriminali, kif provdut taħt il-liġi tagħhom skond id-dmirijiet tagħhom taħt il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-1971 fuq sustanzi psikotropiċi dwar sustanzi mniżżlin fl-ewwel u t-tieni Skeda ta' l-istess,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, skond il-liġi nazzjonali tagħhom, biex jissottomettu lill-PMMA (paramethoxymethylamphetamine jew N-methyl-1-(4-methoxyphenyl)-2-aminopropane), għal miżuri ta' kontroll u penali kriminali, kif provdut taħt il-liġi tagħhom li hija konformi mad-dmir tagħhom taħt il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-1971 fuq is-sustanzi psikotropiċi dwar is-sustanzi mniżżlin fl-iSkedi I u II għal din il-Konvenzjoni.

Artikolu 2

Skond it-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 5(1) ta' l-Azzjoni Konġunta 97/396/JHA, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri imsemmija fl-Artikolu 1 fi żmien tliet xhur mid-data ta' meta din id-Deċiżjoni titwettaq Fi żmien sitt xhur mid-data ta' meta din id-Deċiżjoni titwettaq, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u lill-Kummissjoni bil-miżuri li jkunu ħadu.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Frar 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Acebes Paniagua

[1] ĠU L 167, tal-25.6.1997, p. 1.

--------------------------------------------------

Top