Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0158

    Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2001 dwar il-mobilizzazzjoni ta' l-istrument tal-flessibilità (paragrafu 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999 dwar id-dixxiplina tal-baġit u titjib tal-proċedura tal-baġit)

    ĠU L 53, 23.2.2002, p. 28–29 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/158(1)/oj

    32002D0158



    Official Journal L 053 , 23/02/2002 P. 0028 - 0029


    Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    tat-13 ta' Diċembru 2001

    dwar il-mobilizzazzjoni ta' l-istrument tal-flessibilità

    (paragrafu 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999 dwar id-dixxiplina tal-baġit u titjib tal-proċedura tal-baġit)

    (2002/158/KE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

    Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-budget u titjib tal-proċedura tal-budget [1], partikolarment il-paragrafu 24 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta għal Regolament tal-Kunsill bl-għan li tiġi promossa l-konverżjoni ta' bastimenti u tas-sajjieda li, sa l-1999, kienu jiddependu fuq il-Fftehim tas-Sajd mal-Marokk (COM(2001) 384 - 2001/0163(CNS)) [2],

    Wara li kkunsidraw il-konklużjonijiet tal-laqgħa ta' konċiljazzjoni bejn il-Kunsill u d-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew, fejn il-Kummissjoni ukoll ħadet sehem, li saret fil-21 u fit-22 ta' Novembru 2001 dwar it-tieni qari mill-Kunsill ta' l-abbozz tal-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena' finanzjarja 2002,

    Billi:

    (1) Wara li ma ġiex irrinovat il-Ftehim tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, il-Kunsill Ewropew ta' Nizza għamel sejħa lill-Kummissjoni biex tibgħat proposti bl-għan li tiġi ristrtturata l-flotta tal-Komunità li kienet topera fl-ibħra tal-Marokk.

    (2) Il-miżura mmirata għall-konverżjoni tal-flotot Spanjoli u Portugiżi li ġew proposti mill-Kummissjoni fit-18 ta'Lulju 2001, stmata EUR 197 miljun, tipprovdi għal miżuri simili għal dawk iffinanzjati mill-Istrument Finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd (FIFG) u hija mmudellata fuq il-metodi ta' ħidma tagħha, minkejja li tipproponi arranġamenti speċjali għall-flotot ikkonċernati.

    (3) Din il-miżura taqa' taħt l-intestatura 2 "Operazzjonijiet Strutturali", subintestatura "Fondi Strutturali", tal-perspettiva finanzjarja u tissupplimenta l-ammonti kumpensatirji assenjati f'dan il-kuntest minn Jannar 2000.

    (4) Miżuri biex dawk ir-reġjuni li bi fruntieri ma' pajjiżi applikanti jingħataw għajnuna huma ppjanati b'budget ta' EUR 30 miljun fl-2002 taħt l-intestatura 2 "Operazzjonijiet Strutturali" bħala parti mill-inizzjattiva Interreg tal-Komunità.

    (5) Skond il-paragrafu 12, it-tieni paragrafu, tal-Fteim Interistituzzjonali, l-ammonti assenjati għall-miżuri kollha koperti bl-intestatura 2 "Operazzjonijiet Strutturali" tal-perspettiva finanzjarja ma jippermettux marġini.

    (6) Il-kondizzjonijiet għall-użu ta' l-Istrument tal-Flessibilità, skond kif stabbiliti fil-paragrafu 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali, huma, għalhekk, sodisfatti,

    IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Għall-budget ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2002, l-Istrument tal-Flessibilità għandu jintuża biex tiġi pprovduta s-somma ta' EUR 200 miljun f'approprijazzjonijiet impenjati.

    Artikolu 2

    Minn din is-somma, EUR 170 miljun għandhom jintużaw biex tiġi ffinanzjata l-miżura mmirata għall-promozzjoni tal-konverżjoni tal-bastimenti u sajjieda li, sa l-1999, kienu jiddependu fuq il-Ftehim tas-Sajd mal-Marokk, li huwa kopert mill-intestatura "Operazzjonijiet Strutturali" fil-perspettiva finanzjarja, taħt il-linja ġdida B2-2 0 0 N tal-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2002.

    Il-EUR 30 miljun li jibqa' għandhom jintużaw biex jiffinanzjaw miżuri biex tissaħħah il-kompetittività tar-reġjuni bi fruntieri mal-pajjiżi kandidati taħt il-Kapitolu B2-1 4, "Inizzjattivi tal-Komunità" bħala parti mill program Interreg.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (serje L) fl-istess żmien mal-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2002 [3].

    Magħmula f'Strasburgu, fit-13 ta' Diċembru 2001.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    N. Fontaine

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. Vande Lanotte

    [1] ĠU C 172, 18.06.1999, p. 1.

    [2] ĠU C 270 E, 25.09.2001, p. 266.

    [3] ĠU L 29, tal-31.1.2002

    --------------------------------------------------

    Top