Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R2432

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2432/2001 ta' l-20 ta' Novembru 2001 li jemenda u jaġġorna r-Regolament (KE) Nru 1334/2000 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll ta' esportazzjoni ta' oġġetti u teknoloġija b'żewġ użi

    ĠU L 338, 20.12.2001, p. 1–214 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 26/08/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/2432/oj

    32001R2432



    Official Journal L 338 , 20/12/2001 P. 0001 - 0214


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2432/2001

    ta' l-20 ta' Novembru 2001

    li jemenda u jaġġorna r-Regolament (KE) Nru 1334/2000 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll ta' esportazzjoni ta' oġġetti u teknoloġija b'żewġ użi

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1) Taħt ir-Regolament (KE) Nru 1334/2000 [1], oġġetti b'żewġ użi (inklużi s-software u t-teknoloġija) għandhom jiġu kkontrollati b'mod effettiv meta dawn jiġu esportati mill-Komunitá.

    (2) Sabiex l-Istati Membri u l-Komunitá jkunu jistgħu jaderixxu ma' l-irbit internazzjonali tagħhom, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2000 jistabbilixxi l-lista komuni ta' oġġetti u teknoloġija b'żewġ użi msemmija fl-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament li jimplementa kontrolli fuq oġġetti u teknoloġija b'żewġ użi miftiehma internazzjonalment inklużi l-Arranġament Wassenaar, Ir-Reġim ta' Kontroll ta' Teknoliġja tal-Missili (MTCR), il-Grupp ta' Fornituri Nukleari (NSG), il-Grupp Awstralja u l-Konvenzjoni dwar Armi Kimiċi (CWC).

    (3) L-Artikolu tar-Regolament (KE) Nru 1334/2000 jipprovdi għall-aġġornar ta' l-Anness I u ta' l-Anness IV u ta' kull modifika tagħhom, skond l-obbligazzjonijiet u l-irbit rilevanti, li kull Stat Membru aċċetta bħala membru ta' reġimi internazzjonali ta' non-proliferation u arranġamenti ta' kontroll fuq l-esportazzjoni, jew b'ratifikazzjoni ta' trattati internazzjonali rilevanti.

    (4) Sabiex jiġu kkunsidrati l-bidliet adottati mis-sessjoni plenarja ta' l-Arranġament Wassenaar l-1 ta' Diċembru 2000, mis-sessjoni plenajra tal-Grupp Awstralja l-5 ta' Ottubru, mis-sessjoniu plenarja tar-Reġim ta' Kontroll ta' Teknoloġija tal-Missili t-13 ta' Ottubru 2000, u mill-Grupp ta' Fornituri Nukleari t-23 ta' Ġunju 2000, l-Annessi I u IV iridu jiġu modifikati.

    (5) Sabiex referenzi jiġu ffaċilitati għall-awtoritajiet u operaturi ta' kontroll fuq l-esportazzjoni, trid tiġi ppublikata u aġġornata verżjoni konsolidata ta' l-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1334/2000, b'kunsiderazzjoni ta' l-emendi aċċettati mill-Istati Membri f'fori internazzjonali tul is-sena 2000.

    (6) Fl-istess ħin, huwa xieraq, għall-kajrezza, li r-referenzi fir-Regolament (KE) Nru 1334/2000 lir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Ġunju 1993 li jistipula disposizzjonijiet gĦall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitajri [2], jiġu adattati.

    (7) Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2000 għandu jiġu emendat kif xieraq.

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2000 huwa permezz tal-preżenti emendat kif ġej:

    (a) fl-Artikolu 14, il-kliem "Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 463 sa' 470 u 843 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93" għandhom jinbidlu b' "Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 843 u 912a sa' 912g tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93";

    (b) l-Annessi għandhom jinbidlu bl-Annessi ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Din ir-regola għandha tiġi fis-seħħ fit-tletin ġurnata mill-pubblikazzjoni tagħha fil-ġurnal uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, l-20 ta' Novembru 2001.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. Neyts-uyttebroeck

    [1] ĠU L 159, 30.6.2000, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 458/2001 (ĠU L 65, 7.3.2001, p. 19).

    [2] ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2787/2000 (ĠU L 330, 27.12.2000, p. 1).

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    LISTA TA' OĠĠETTI U TEKNOLIĠIJA B'ŻEWĠ UŻI

    (imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1334/2000)

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    AWTORIZAZZJONI ĠENERALI TA' L-ESPORTAZZJONI KOMUNITARJA Nru EU001

    (imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1334/2000)

    --------------------------------------------------

    ANNESS IIIa

    (MUDELL TAL-FORMULA)

    --------------------------------------------------

    ANNESS IIIb

    ELEMENTI KOMUNI GĦALL-PUBBLIKAZZJONI TA' AWTORIZAZZJONIJIET ĠENERALI FUQ L-ESPORTAZZJONI

    (imsemmija fl-Artikolu 10(3))

    --------------------------------------------------

    ANNESS IV

    (Lista msemmija fl-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2000)

    --------------------------------------------------

    Top