Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R2419

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2419/2001 tal-11 ta' Diċembru ta' l-2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-amministrazzjoni integrata u s-sistema ta' kontroll għal ċerti skemi ta' għajnuna tal-Komunità permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3508/92

    ĠU L 327, 12.12.2001, p. 11–32 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/05/2004; Imħassar b' 32004R0796

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/2419/oj

    32001R2419



    Official Journal L 327 , 12/12/2001 P. 0011 - 0032


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2419/2001

    tal-11 ta' Diċembru ta' l-2001

    li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-amministrazzjoni integrata u s-sistema ta' kontroll għal ċerti skemi ta' għajnuna tal-Komunità permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3508/92

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3508/92 tas-27 ta' Novembru ta' l-1992 li jistabbilixxi amministrazzjoni integrata u sistema ta' kontroll għal ċerti skemi ta' l-għajnuna tal-Komunità [1], kif l-aħħar emendata permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 495/2001 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-amministrazzjoni integrata u s-sistema ta' kontroll għal ċerti sistemi ta' skemi ta' għajnuna tal-Komunità stabbiliti permezz tar-Regolament (KEE) Nru 3508/92 (minn hawn 'il quddiem imsejħa 's-sistema integrata') ġiet ppruvata li hija mezz effettiv u effiċjenti għall-implimentazzjoni ta' l-iskemi ta' pagament dirett introdott bħala riżultat tar-riforma tal-politika agrikola komuni fl-1992 u żviluppi oħra taħt il-miżuri ta' l-Aġenda 2000. Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3887/92 tat-23 ta' Diċembru ta' l-1992 jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' ċerti skemi ta' għajnuna tal-Komunità [3], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 2721/2000 [4], ġie emendat f'okkażjonijiet differenti minn meta daħal fis-seħħ. Iżjed u iżjed, esperjenza, u b'mod partikolari l-introduzzjoni ta' għodda elettronika għall-imaniġġjar ta' l-iskemi, urew li disposizzjonijiet varji ta' dak ir-Regolament għandhom ikunu riveduti. Billi għandhom isiru iktar emendi, Regolament (KEE) Nru 3887/92 għandu jkun sostitwit permezz ta' dan ir-Regolament fl-interessi ta' kjarezza u razzjonalizzazzjoni.

    (2) Minħabba l-kontroll effettiv u sabiex ma tkunx imħollija s-sottomissjoni ta' l-applikazzjonijiet ta' għajnuna multipla fi Stat Membru wieħed, l-Istati Membri għandhom jipprovdu sistema waħda għar-reġistrazzjoni ta' l-identità tal-bdiewa li jibagħtu applikazzjonijiet ta' għajnuna soġġetti għas-sistema integrata. L-Istati Membri għandhom, iżda, ikunu mogħtija perjodu transizzjonali għall-introduzzjoni ta' dik is-sistema.

    (3) Fid-dawl tas-sistemi ta' identifikazzjoni differenti fil-Komunità, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jtellgħu sistema għall-identifikazzjoni ta' oqsma permezz ta' unitajiet ħlief pakketti agrikoli. Din il-possibbiltà għandha tkun akkumpanjata minn ċerti obbligi sabiex tkun assigurata li l-identifikazzjoni hija ta' min wieħed jistrieħ fuqha. Iktar u iktar, kull Stat Membru għandu, minħabba l-kontroll effettiv, jiddetermina d-daqs minimu tal-pakkett agrikolu li jista' jkun iddikjarat f'applikazzjoni ta' għajnuna ta' qasam.

    (4) Il-kunċetti ta' 'pakkett' agrikolu u 'qasam ta' forage' għandu jkun kjarifikat sabiex ikun assigurat li l-pakketti huma dikjarati sew u identifikati.

    (5) Disposizzjoni għandha ssir għal dak li jirrigwarda l-kontenut ta' applikazzjonijiet ta' għajnuna tal-qasam. Minħabba kontrolli effettivi, kwalunkwe użu ta' qasam għandu jkun iddikjarat fl-applikazzjoni tal-qasam ta' l-għajnuna. Iżda, fejn l-Istati Membri introduċew sistemi ta' amministrazzjoni u kontroll għal skemi oħra tal-Komunità li jirrigwardaw l-oqsma li huma kumpatibbli mas-sistema integrata skond l-Artikolu 9a tar-Regolament (KEE) Nru 3508/92, l-Istati Membri għandhom ikunu mogħtija l-possibbiltà sabiex jidderogaw minn din il-ħtieġa.

    (6) Hemm bżonn li jkunu stabbiliti disposizzjonijiet speċjali għas-sitwazzjoni partikolari li jirrigwarda gruppi ta' produtturi fis-settur tal-laħam tan-ngħaġ u l-laħam tal-mogħoż kif imfissra fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3493/90 tas-27 ta' Novembru ta' l-1990 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għotja ta' premji lill-produtturi tal-laħam tan-ngħaġ u l-laħam tal-mogħoż [5], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 2825/2000 [6].

    (7) Applikazzjoni ta' għajnuna tal-qasam mibgħut biss għall-għan li tkun dikjarata l-mergħa permanenti mhux neċessarjament għandha tkun mibgħuta lill-awtoritajiet kompetenti b'mod ġenerali, b'mod partikolari għax l-immaniġġjar tal-programm ta' kontroll ta' mergħa permanenti ma tridx tkun esegwita wara l-istess skeda ta' ħin bħal kontroll ta' żoni ta' wċuħ tar-raba' li jinħartu. L-Istati Membri għandhom, għalhekk, ikunu kapaċi jipprovdu għal tali applikazzjonijiet ta' għajnuna tal-qasam li jkunu mibgħuta iktar tard mid-data ffissata f'konformità ma' l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3508/92. Iżda, id-data li għandha tkun iffissata mill-Istat Membru ma għandix tkun iktar tard mill-1 ta' Lulju.

    (8) Il-bdiewa għandhom ikunu ntitolati sabiex jemendaw l-applikazzjonijiet ta' għajnuna ta' l-oqsma sa l-aħħar data għaż-żrigħ f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 tas-17 ta' Mejju ta' l-1999 li jistabbilixxi sistema ta' għajnuna għall-produtturi ta' ċertu żoni ta' wċuħ tar-raba' li jinħartu [7], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1038/2001 [8], sakemm il-ħtiġijiet kollha partikolari taħt ir-regoli settorjali relevanti huma rispettati u li l-awtorità kompetenti għad ma nfurmatx il-bidwi bi żbalji fl-applikazzjoni ta' l-għajnuna, lanqas ma notifikat kontroll fuq l-art li juri żbalji, f'relazzjoni mal-parti effettwata bl-emenda.

    (9) Bdiewa li japplikaw biss għall-għajnuna li ma hijiex marbuta mal-qasam għandhom ikunu eżentati mill-ħtieġa li jibagħtu applikazzjoni ta' għajnuna tal-qasam.

    (10) Sabiex tkun faċilitata l-amministrazzjoni ta' skemi differenti konċernati ta' għajnuna ta' bhejjem miżmuma għall-użu, disposizzjonijiet komuni għandhom ikunu magħmula li jikkonċernaw id-dettalji li għandhom ikunu nklużi fl-applikazzjonijiet ta' l-għajnuna tal-bhejjem miżmuma għall-użu.

    (11) Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju ta' l-2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta' annimali bovini u dak li jirrigwarda l-immarkar ta' ċanga u prodotti taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 [9] li jitlob li dawk li jżommu l-annimali bovini sabiex jikkomunikaw informazzjoni dwar dawn l-annimali għal bażi ta' tagħrif kompjuterizzat. L-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta' Mejju ta' l-1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella [10], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1512/2001 [11], jistipula li għajnuniet jistgħu biss ikunu mħallsa għal annimali li huma identifikati sewwa u reġistrati f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1760/2000. Il-bażi ta' tagħrif kompjuterizzat ġab importanza wiesgħa għal dak li jirrigwarda l-immaniġġjar ta' skemi ta' l-għajnuna. Bdiewa li jibagħtu applikazzjonijiet taħt l-iskemi ta' għajnuna għandhom għalhekk ikunu mogħtija aċċess għall-informazzjoni relevanti fiż-żmien adegwat.

    (12) L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati sabiex jagħmlu użu mill-informazzjoni fil-bażi ta' tagħrif kompjuterizzat b'għan għall-introduzzjoni ta' l-applikazzjoni tal-proċeduri simplifikati sakemm il-bażi ta' tagħrif huwa ta' min jistrieħ fuqu. Għandu għalhekk ikun previst li l-informazzjoni misjuba fil-bażi ta' tagħrif kompjuterizzat tista' tifforma parti mill-applikazzjoni ta' għajnuna.

    (13) Skond xi forom ġodda ta' komunikazzjoni, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jadottaw disposizzjonijiet nazzjonali li jippermettu komunikazzjonijiet li jkunu magħmula mill-bidwi taħt sistema integrata li għandha tintbagħat b'mod elettroniku.

    (14) Fejn applikazzjonijiet ta' għajnuna jistgħu jkollhom ċerti żbalji ovvji jistgħu jkunu aġġustati fi kwalunkwe ħin.

    (15) Rispett għal-limiti ta' ħin għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet ta' għajnuna u għall-emenda ta' applikazzjonijiet ta' għajnuna tal-qasam huwa indispensabbli sabiex jippermetti l-amministrazzjonijiet nazzjonali li jipprogrammaw u, sussegwentement, jesegwixxu verifiki effettivi fuq il-korrettezza ta' l-applikazzjonijiert ta' għajnuna. Disposizzjoni għandha, għalhekk, tkun magħmula għal dak li jirrigwarda l-limiti ta' ħin fejn sottomissjonijiet tard huma aċċettabbli. Iżda, tnaqqis għandu jkun applikat sabiex jinkoraġġixxu bdiewa sabiex jirrispettaw limiti ta' ħin. Fejn bidwi biss irid jiddikjara mergħa permanenti u, għalhekk, għandu jibgħat applikazzjoni ta' għajnuna tal-qasam, verifiki jistgħu jkunu programmati b'mod differenti. Għal dawn il-każijiet jista' jkun previst tnaqqis u aktar dewmien għandu jkun maħsub. Fejn l-istati Membri jagħmlu użu tal-possibbiltà li jistabbilixxu data iktar tard għas-sottomissjoni ta' applikazzjoni ta' għajnuna tal-qasam li jirrigwarda biss il-mergħa permanenti, sottomissjoni ta' applikazzjonijiet wara d-data fissata mill-Istat Membru ma għandhiex, iżda, tkun iktar ammissibbli.

    (16) Bdiewa għandhom ikunu ntitolati sabiex jirtiraw l-applikazzjoni ta' għajnuna tagħhom jew parti minnhom fi kwalunkwe ħin sakemm l-awtorità kompetenti għadha ma nfurmatx il-bidwi bi kwalunkwe żbalji misjuba fl-applikazzjoni ta' għajnuna u lanqas avvżat fuq kontroll fuq l-art li juri żbalji in relazzjoni mal-parti effettwata mill-irtirar.

    (17) Konformità mad-disposizzjonijiet ta' l-iskemi ta' għajnuna taħt sistema integrata għandha tkun kontrollata b'mod effettiv. Għal dan il-għan, u sabiex ikun hemm livell armonizzat ta' kontroll fl-Istati Membri kollha, huwa neċessarju li jkun stabbilit fid-dettal il-kriterju u proċeduri tekniċi għall-esekuzzjoni ta' verifiki amminstrattivi u fuq l-art għal dak li jirrigwarda l-għajnuna taż-żona u tal-bhejjem miżmuma għall-użu. Fejn xieraq, l-Istati Membri għandhom jikkombinaw il-kontrolli varji taħt dan ir-Regolament kif ukoll dawk provduti taħt id-disposizzjonijiet tal-Komunità fl-istess ħin.

    (18) In-numru minimu ta' bdiewa li għandhom ikunu verifikati fuq l-art taħt l-iskemi varji ta' għajnuna għandhom ikunu determinati. Għal dak li jirrigwarda bdiewa li japplikaw għall-għajnuniet taħt skemi differenti ta' bovini metodu bbażat fuq iż-żamma għandhom ikunu previsti.

    (19) Il-kampjun tar-rata minima ta' verifiki fuq l-art għandhom isiru parti fuq bażi ta' analiżi ta' riskju u parti b'mod kawżali. Il-fatturi prinċipali li għandhom jittieħdu in konsiderazzjoni għall-analiżi ta' riskju għandhom ikunu speċifikati.

    (20) Id-determinazzjoni ta' irregolaritajiet sinifikanti għandhom jeħtieġu tkabbir fil-livell ta' verifiki fuq l-art matul is-sena attwali u ta' wara li jilħqu livell aċċettabbli ta' assigurazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għall-għajnuna konċernati.

    (21) Verifiki fuq l-art ta' bdiewa li jibagħtu applikazzjonijiet ta' l-għajnuna mhux neċessarjament irid ikunu esegwiti fuq kull annimali individwali jew pakkett agrikolu. Verifiki fuq bażi ta' kampjuni jistgħu, f'ċerti każijiet ikunu esegwiti. Iżda, fejn dan huwa permess il-kampjun għandu jkun estiż għal grad li jiggarantixxi livell ta' min jistrieħ fuqu u livell rappreżentattiv ta' assigurazzjoni. F'ċerti każijiet il-kampjuni jistgħu jkunu estiżi għal kontroll sħiħ. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kriterji għall-għażla tal-kampjun li għandu jkun verifikat.

    (22) Sabiex verifiki fuq l-art ikunu effettivi huwa importanti għall-istaff li qiegħed jesegwixxi l-verifiki li jkun infurmat bir-raġuni għall-għażla tal-verifika fuq l-art. L-Istati Membri għandhom iżommu reġistru ta' tali informazzjoni.

    (23) Sabiex ikun permess li l-awtoritajiet nazzjonali kif ukoll kwalunkwe awtorità tal-Komunità jsegwu l-verifiki fuq l-art esegwiti d-dettalji ta' verifiki għandhom ikunu reġistrati fuq rapport ta' kontroll. Il-bidwi jew rappreżentant tiegħu għandu jkun mogħti opportunità li jiffirma r-rapport. Iżda, fil-każ ta' verifiki permezz ta' remote sensing l-Istati Membri għandhom jitħallew jipprovdu għal dan id-dritt biss fil-każijiet fejn il-verifika turi irregolaritajiet. Iktar u iktar, irrispettivament mit-tip ta' verifika fuq l-art esegwita, il-bidwi għandu jirċievi kopja tar-rapport jekk ikun hemm irregolaritajiet.

    (24) Verifiki ta' oqsma fuq l-art, bħala regola ġenerali, jikkonsistu f'żewġ partijiet, l-ewwel li tirrigwarda l-verifiki u miżuri ta' pakketti agrikoli dikjarati fuq il-bażi ta' materja grafika, fotografija minn fuq u l-bqija. It-tieni parti tikkonsisti fi spezzjoni fiżika ta' pakketti li jivverifikaw il-kultivazzjoni dikjarata u l-kwalità tagħha bħala daqs attwali tal-pakketti agrikoli. Fejn meħtieġ, għandu jsir kejl. L-ispezzjoni fiżika fil-qasam tista' ssir fuq il-bażi ta' kampjun.

    (25) Regoli dettaljati li jirrigwardaw id-determinazzjoni ta' l-għelieqi u l-metodi ta' kejl li għandhom ikunu użati għandhom ikunu stabbiliti. Għal dak li jirrigwarda d-determinazzjoni ta' żoni ta' rqajja' ta' art eliġibbli għall-pagamenti taż-żoni, esperjenza wriet li hu meħtieġ li jkun spjegat l-wisa' aċċettabbli ta' ċerti karatteristiċi ta' l-għelieqi, b'mod partikolari l-ħajt ta' l-għalqa, il-fosos u l-ħitan. In vista ta' bżonnijiet speċifiċi ta' l-ambjent, huwa adegwat li titħalla ftit flessibbiltà fil-limiti meħuda in konsiderazzjoni meta l-ħsad reġjunali kienu fissati in konformità mar-Regolament (KE) Nru 1251/1999.

    (26) Il-kondizzjonijiet għall-użu ta' remote sensing għall-verifiki fuq l-art għandhom ikunu mniżżla u għandha ssir disposizzjoni għal verifiki fiżiċi f'każijiet fejn interpretazzjoni tar-ritratt ma twassalx għal riżultati ċari.

    (27) Il-ħin u l-kontenut minimu ta' verifiki fuq l-art ta' bdiewa li japplikaw għall-għajnuna għal bhejjem miżmuma għal xi skop għandu jkun spjegat sabiex jassigura livell ta' kontroll armonizzat fl-Istati Membri kollha. Sabiex ikun verifikat effettivament l-eżattezza ta' dikjarazzjonijiet fl-applikazzjonijiet ta' għajnuna u notifikazzjonijiet għall-bażi ta' tagħrif kompjuterizzat huwa essenzali li tkun esegwita parti kbira ta' tali verifiki fuq l-art waqt li annimali għad iridu jinżammu fuq ir-razzett taħt obbligu ta' żamma.

    (28) L-identifikazzjoni u reġistrazzjoni proprja ta' annimali bovini hija kondizzjoni ta' eliġibbiltà ma' l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999. Għandu, għalhekk, ikun assigurat li l-għajnuna tal-Komunità tingħata biss għall-bovini identifikati u reġistrati in konformità mar-Regolament (KE) Nru 1760/2000. Tali verifiki għandhom ukoll ikunu esegwiti għal dak li jirrigwarda annimali bovini li għad ma humiex dikjarati iżda li jistgħu jkunu soġġetti għal applikazzjoni ta' għajnuna fil-futur. Minħabba l-istabbiliment ta' bosta mill-iskemi ta' għajnuna tal-bovini, tali annimali bovini huma, f'ħafna każijiet, iddikjarati biss għall-għajnuna wara li diġà telqu mill-art.

    (29) Disposizzjoni speċjali għandha ssir għal verifiki li għandhom jinħarġu fil-biċċeriji sabiex jivverikaw li annimali dikjarati għall-għajnuna huma eliġibbli u li l-informazzjoni misjuba fil-bażi ta' tagħrif kompjuterizzat hija korretta. L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati sabiex japplikaw żewġ bażijiet differenti għall-għażla ta' biċċeriji għal tali verifiki.

    (30) Sakemm il-premium tal-biċċerija mogħtija wara esportazzjoni ta' annimali bovini huwa konċernat, disposizzjonijiet speċjali huma neċessarji mad-disposizzjonijiet ta' kontroll tal-Komunità li jirrigwardaw esportazzjoni b'mod ġenerali minnħabba d-differenzi fl-għanijiet ta' kontroll.

    (31) Id-disposizzjonijiet ta' kontroll previst skond l-għajnuna tal-bhejjem miżmuma għal xi raġuni għandhom ukoll, fejn adegwat, japplikaw għal dak li jirrigwarda pagamenti addizzjonali flimkien ma' l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999.

    (32) Sabiex ikunu protetti b'mod effettiv l-interessi finanzjarji tal-Komunità għandhom ikunu adottati miżuri adegwati sabiex jikkumbattu irregolaritajiet u frodi. Disposizzjonijiet separati għandhom ikunu magħmula għall-iskemi ta' għajnuna taż-żona fuq naħa u l-iskemi ta' għajnuna tal-bhejjem miżmuma għal xi raġuni fuq in-naħa l-oħra, minħabba naturi differenti ta' dawn l-iskemi ta' għajnuna.

    (33) Tnaqqis u esklużjonijiet għandhom ikunu stabbiliti minħabba l-prinċipju ta' proporzjonalità u l-problemi speċjali marbuta ma' każijiet ta' forza maġġuri kif ukoll ċirkustanzi eċċezzjonali u naturali. Tali tnaqqis u esklużjonijiet għandhom ikunu mogħtija grad skond il-gravità ta' l-irregolaritajiet kommessi u għandhom imorru sa l-esklużjoni totali minn skema ta' għajnuna waħda jew ħafna għal perjodu speċifikat.

    (34) Disposizzjoni għal tnaqqis u esklużjonijiet għandhom jieħdu in konsiderazzjoni l-partikolaritajiet ta' l-iskemi ta' għajnuna varji soġġetti għas-sistema intergrati. Għal dak li jirrigwarda l-applikazzjonijiet ta' għajnuna taż-żona, irregolaritajiet normalment jaffettwaw partijiet ta' oqsma, u dikjarazzjonijiet miżjudin għal dak li jirrigwarda pakkett wieħed jista' jkun kumpensat b'dikjarazzjonijiet imnaqqsin ta' rqajja' oħra ta' l-istess grupp ta' kultivazzjoni. Sakemm l-applikazzjonijiet ta' għajnuna għal bhejjem miżmuma għal xi raġuni huma konċernati, irregolaritajiet jwasslu għall-ineliġibbiltà ta' l-annimali konċernati. Għal dak li jirrigwarda applikazzjonijiet ta' għajnuna taż-żona fejn jinstabu irregolaritajiet, għandu jkun previst li f'ċertu marġini ta' tolleranza ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom ikunu aġġustati biss u tnaqqis jibda japplika biss ladarba l-marġini jinqabeż. Għal dak li jirrigwarda l-applikazzjonijiet għall-għajnuna fir-rigward tal-bhejjem miżmuma għal xi raġuni, tnaqqis għandu jkun previst mill-ewwel animal misjub b'irregolaritajiet iżda, irrespettivament mil-livell tat-tnaqqis, għandu jkun hemm sanzjoni inqas ħarxa fejn tlett annimali jew inqas huma misjuba li għandhom irregolaritajiet. Fil-każijiet l-oħra kollha l-ħruxija tas-sanzjoni għandha tiddependi fuq il-persentaġġ ta' annimali misjuba b'irregolaritajiet.

    (35) Disposizzjonijiet speċjali huma neċessarji sabiex jieħdu in konsiderazzjoni l-partikolaritajiet ta' bdiewa li japplikaw għall-għajnuna tal-bhejjem miżmuma għal xi użu u li jiddikjaraw il-qasam ta' forage għal dak il-għan. Fejn dikjarazzjoni miżjuda ta' tali zoni ma twassalx għal pagament akbar għal bhejjem miżmuma għal xi użu l-ebda penalitajiet ma għandhom ikunu previsti.

    (36) Il-Bdiewa għandhom ikunu permessi sabiex jibdlu baqar ventużi, għoġol u baqar tal-ħalib fil-limiti permessi taħt il-kodiċi settorali relevanti.

    (37) Għal dak li jirrigwarda l-iskemi ta' għajnuna tal-bovini u l-konformità mas-sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta' annimali bovini stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000, disposizzjoni għandha ssir għal dak li jirrigwarda l-annimali bovini li diġà ġew dikjarati għall-għajnuna fuq naħa waħda u għall-annimali bovini li għad ma ġewx dikjarati iżda li jistgħu jkunu soġġetti għall-applikazzjoni għall-għajnuna fil-futur, fuq in-naħa l-oħra. Tali annimali bovini li għad ma ġewx dikjarati jikkostitwixxu riskju potenzali tal-Fond ta' Gwida u Garanzija Agrikola (EAGGF). Minħabba tali struttura ta' l-iskemi ta' għajnuna, ladarba tali annimali huma soġġetti għall-applikazzjoni għall-għajnuna nuqqas ta' konformità mas-sistema tista' ħafna drabi ma tinstabx. Iktar u iktar, konformità mas-sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta' annimali bovini huwa essenzali sabiex jintroduċi proċeduri ta' applikazzjoni simplifikati bbażati fuq bażi ta' tagħrif kompjuterizzat. Konformità ma' dik is-sistema qabel l-applikazzjoni għall-għajnuna hija attwalment mibgħuta hija għalhekk essenzjali sabiex tipproteġi b'mod effettiv l-interessi finanzjarji tal-Komunità. Il-prinċipju li żbalji ovvji jistgħu jkunu mibdula f'kwalunkwe ħin għandhom, iżda, japplikaw ukoll għal notifikazzjonijiet żbaljati għal, jew daħliet fl-elementi ta' dik is-sistema.

    (38) Fejn, minħabba ċirkustanzi naturali, bidwi ma jistax iwettaq l-obbligi ta' żamma tiegħu taħt ir-regoli settorali, tnaqqis u esklużjonijiet ma għandhomx ikunu applikati.

    (39) Minħabba l-importanza ta' biċċeriji għal funzjoni sew ta' xi skemi ta' għajnuna bovini, disposizzjoni għandha ssir għal każijiet fejn biċċeriji, b'negliġenza kbira jew b'intenzjoni, joħorġu ċertifikati jew dikjarazzjonijiet foloz.

    (40) Sakemm irregolaritajiet għandhom x'jaqsmu ma' pagamenti addizzjonali previsti fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 l-Istati Membri għandhom jipprovdi għal sanzjonijiet li għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk previsti f'dak li jirrigwarda l-iskedi ta' għajnuna tal-qasam u tal-bhejjem miżmuma għal xi użu sakemm dan ma huwiex adegwat. Fil-każ ta' l-aħħar l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal sanzjonijiet ekwivalenti xierqa.

    (41) Tnaqqis u esklużjonijiet għandhom, bħala regoli ġenerali, ma japplikawx fejn il-bidwi bagħat informazzjoni fattwalment korretta jew fejn jista' juri mod ieħor li ma għandux tort.

    (42) Bdiewa li javvżaw lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fi kwalunkwe ħin dwar applikazzjonijiet għall-għajnuna mhux korretti ma għandhomx ikunu soġġetti għal kwalunkwe tnaqqis jew esklużjonijiet irrespettivament mir-raġuni għan-nuqqas ta' korrettezza, sakemm dak il-bidwi ma ġiex infurmat bl-intenzjoni ta' l-awtorità kompetenti li jesegwixxi verifika fuq l-art u l-awtorità ma nfurmatx lill-bidwi diġà bi kwalunkwe irregolarità fl-applikazzjoni. L-istess għandu japplika għal dak li jirrigwarda l-informazzjoni mhux korretta misjuba fil-bażi ta' tagħrif kompjuterizzat.

    (43) Fejn diversi tnaqqis għandu jkun applikat fir-rigward ta' l-istess bidwi għandu japplika indipendentement minn xulxin u b'mod individwali. Iktar u iktar, it-tnaqqis u l-esklużjonijiet previsti taħt dan ir-Regolament għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal sanzjonijiet addizzjonali taħt kwalunkwe disposizzjonijiet oħra tal-liġi nazzjonali jew tal-Komunità.

    (44) L-immaniġġjar ta' ammonti żgħar huwa xogħol ta' piż għall-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri. Huwa għalhekk adegwat li jkunu awtorizzati l-Istati Membri sabiex ma jħallsux ammonti ta' għajnuna li huma taħt ċertu limitu minimu u ma jeħtieġux talba ta' rifużjoni ta' ammonti mhux imħallsa sew meta s-somom involuti huma minimi.

    (45) Fejn, bħala konsegwenza ta' forza maġġuri jew ċirkostanzi eċċezzjonali, bidwi ma huwiex kapaċi li jwettaq l-obbligi previsti taħt regoli settorjali, ma għandux jitlef id-dritt tiegħu għal pagament ta' għajnuna. Għandu jkun speċfikat liema każijiet jistgħu, b'mod partikolari, ikunu rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti bħala każijiet ta' ċirkostanzi eċċezzjonali.

    (46) Sabiex tkun assigurata l-applikazzjoni uniformi tal-prinċipju ta' buona fede fil-Komunità, fejn ammonti mhux imħallsa huma miġbura, l-kondizzjonijiet taħt li taħthom dak il-prinċipju jista' jkun invokat għandu jkun stabbilit mingħajr preġudizzju għat-trattament ta' l-ispejjeż konċernati fil-kuntest tat-tneħħija tal-kontijiet taħt Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta' Mejju ta' l-1999 dwar l-iffinanzjar tal-politika komuni agrikola [12].

    (47) Għandhom ikunu stabbiliti regoli li jistabbilixxu min hu ntitolat għall-għajnuna f'ċerti każijiet fejn art huwa trasferit.

    (48) Bħala regola ġenerali l-Istati Membri għandhom jieħdu kwalunkwe miżuri oħra neċessarji sabiex jassiguraw it-tħaddim sewwa ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jagħtu lil xulxin għajnuna komuni fejn meħtieġ.

    (49) Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tkun infurmata bi kwalunkwe miżuri meħuda mill-Istati Membri sabiex jintroduċu bidliet fl-implimentazzjoni tagħhom tas-sistema integrata. Sabiex jippermettu lill-Kummissjoni sabiex tikkontrolla s-sistema integrata b'mod effettiv, l-Istati Membri għandhom jibagħtu statistika ta' kontroll annwali.

    (50) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Fond,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    TITOLU I ĠENERALI

    Artikolu 1

    Skop

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema integrata ta' l-amministrazzjoni u kontroll (minn hawn 'il quddiem imsejħa "s-sistema integrata") stabbilita permezz tar-Regolament (KEE) Nru 3508/92.

    Artikolu 2

    Tifsiriet

    Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament it-tifsiriet segwenti għandhom japplikaw:

    (a) "sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta' annimali bovini": is-sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta' annimali bovini stabbilita permezz tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000;

    (b) "Tikketta tal-widna": it-tikketta tal-widna sabiex tidentifika annimali individwalment, kif imfisser f'punt (a) ta' l-Artikolu 3 u fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000;

    (ċ) "Database kompjuterizzata": il-bażi ta' tagħrif kompjuterizzat kif imfisser f'punt (b) ta' l-Artikolu 3 u fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000;

    (d) "passaport ta' l-annimal": il-passaport ta' l-annimali li għandu jkun maħruġ kif imfisser f'punt (c) ta' l-Artikolu 3 u l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000;

    (e) "Reġistru": ir-reġistru miżmum minn min iżomm l-annimali f'konformità ma' l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/102/KEE [13] jew punt (d) ta' l-Artikolu 3 u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) nru 1760/2000 rispettivament;

    (f) "Elementi tas-sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta' annimali bovini": l-elementi msemmija fl-Artikolu 3 tar-regolament (KE) Nru 1760/2000;

    (g) "Kodiċi ta' identifikazzjoni": il-kodiċi ta' identifikazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000;

    (h) "Irregolaritajiet": kwalunkwe nuqqas ta' konformità mar-regoli relevanti għall-għotja ta' l-għajnuna in kwistjoni;

    (i) "Applikazzjoni ta' l-għajnuna ta' l-zona": applikazzjoni għall-pagament ta' għajnuna taħt skemi ta' għajnuna kif imfissra fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) (iii) tar-Regolament (KEE) Nru 3508/92 u li jinkludi d-dikjarazzjoni ta' kwalunkwe forom oħra ta' zoni, b'mod partikolari d-dikjarazzjoni ta' qasam ta' forage għall-għanijiet ta' applikazzjonijiet ta' għajnuna ta' bhejjem miżmuma għal xi użu;

    (j) "Applikazzjoni ta' għajnuna ta' bhejjem miżmuma għal xi użu": applikazzjonijiet għall-pagament ta' għajnuniet taħt skemi ta' għajnuna msemmija fl-Artikolu 1(1)(b)(i) u (ii) tar-Regolament (KEE) Nru 3508/92;

    (k) "Użu": l-użu tal-qasam f'termini tat-tip ta' kultivazzjoni jew koperta ta' l-art jew in-nuqqas ta' kultivazzjoni;

    (l) "Skemi ta' għajnuna tal-bovini": skemi ta' għajnuna msemmija fl-Artikolu (1)(b)(i) tar-Regolament (KEE) Nru 3508/92;

    (m) "Skema ta' għajnuna ta' l-ovini/kaprini": skema ta' għajnuna msemmija fl-Artikolu 1(1)(b)(ii) tar-Regolament (KEE) Nru 3508/92;

    (n) "Annimali bovini dikjarati": annimali bovini soġġetti għall-applikazzjoni ta' għajnuna għall-bhejjem miżmuma għal xi użu taħt skemi ta' għajnuna tal-bovini;

    (o) "Annimali bovini mhux dikjarati": annimali bovini li għad ma humix soġġetti għall-applikazzjoni ta' għajnuna tal-bhejjem miżmuma għal xi użu iżda li huma potenzjalment eliġibbli għall-għajnuna taħt l-iskemi ta' għajnuna għall-bovini;

    (p) "Perjodu ta' żamma": perjodu li matulu annimal li għalih ġiet ddikjarata għajnuna għandha tkun miżmuma fuq l-art, kif provdut fid-disposizzjonijiet segwenti:

    - L-Artikolu 5 u l-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) nru 2342/1999 [14], għal dak li jirrigwarda l-premju speċjali ta' bovini maskili,

    - L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) nru 2342/1999 f'dak li jirrigwarda l-premium ta' baqar li li jreddgħujreddgħu,

    - L-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) nru 2342/1999 f'dak li jirrigwarda l-premium tat-tbiċċir,

    - L-Artikolu 1(3) tar-Reoglament tal-Kummissjoni (KEE) nru 2700/93 [15], f'dak li jirrigwarda għajnuniet mħallsa għal ovines u caprines;

    (q) "Min iżomm l-annimali": kwalunkwe persuna naturali jew legali responsabbli għall-annimali kemm jekk fuq bażi permanenti kif ukoll temporanju, inkluż matul trasportazzjoni jew f'suq;

    (r) "Żona stabbilitat": l-zona li għaliha l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fir-regoli għall-għotja ta' l-għajnuna ġew milħuqa;

    (s) "Annimal stabbilit": annimal li għalih il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fir-regoli għall-għotja ta' l-għajnuna ġew milħuqa;

    (t) "perjodu ta' premium": perjodu li jirreferu għalih applikazzjonijiet għall-għajnuna irrespettivament mill-mument tas-sottomissjoni tagħhom.

    Artikolu 3

    Identifikazzjoni ta' bdiewa li japplikaw għall-għajnuna taħt is-sistema integrata

    L-Istati Membri għandhom jintroduċu sistema waħda sabiex jirreġistraw l-identità ta' kull bidwi li jibgħat applikazzjoni għall-għajnuna soġġetta għas-sistema integrata.

    Artikolu 4

    Identifikazzjoni u daqs minimu tal-pakketti agrikoli

    1. Is-sistema ta' identifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 3508/92 għandhom joperaw fil-livell ta' pakkett agrikolu. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li unità oħra, bħal roqgħa art cadastral jew blokka ta' produzzjoni, tista' tkun użata minnflok ir-roqgħa art agrikola. F'tali każijiet l-Istati Membri għandhom jassiguraw li rqajja' ta' art agrikoli jkunu identifikati b'mod li ta' min jistrieħ fuqhom u b'mod partikolari għandhom jeħtieġu applikazzjonijiet għall-għajnuna taż-żona li jkunu forniti b'dettalji jew akkumpanjati b'dokumenti speċfikati mill-awtorità kompetenti li tassigura kull roqgħa art agrikola li għandha tkun misjuba u mkejla.

    2. Kull Stat Membru għandu jiddetermina d-daqs minimu tar-roqgħa art agrikola għal dak li jirrigwarda l-applikazzjoni li tista' tkun magħmula. Iżda, d-daqs minimu jista' ma jaqbiżx 0,3ha.

    Artikolu 5

    Prinċipji ġenerali f'dak li jirrigwarda rqajja ta' art agrikoli

    1. Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:

    (a) roqgħa art li fiha siġar u huma użati għall-produzzjoni ta' kultivazzjonijiet koperti bl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 3508/92 għandha tkun ikkunsidrata bħala roqgħa art agrikola sakemm il-produzzjoni prevista tista' tkun esegwita b'mod simili fuq rqajja' ta' art mingħajr siġar fl-istess zona;

    (b) fejn żona ta' forage huwa użat in komuni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom bil-ħsieb jallokawha bejn il-bdiewa individwali fil-proporzjon ta' l-użu tagħhom jew id-dritt ta' użu tagħha;

    (ċ) kull żona ta' forage għandha tkun disponibbli għall-annimali li qegħdin jitkabbru għal perjodu minimu ta' sebgħa xhur, li jibda f'data li għad trid tkun determinata mill-Istat Membru, li għandha tkun bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Marzu.

    2. Fejn qasam ta' forage huwa misjub fi Stat Membru barra dak tal-art prinċipali tan-negozju ta' dak tal-bidwi dik iż-żona għandha tkun meqjusa fuq it-talba tal-bidwi li huwa parti mill-art tal-bidwi sakemm:

    (a) huwa misjub f'viċinità mmedjata ta' l-art, u

    (b) parti kbira ta' l-art agrikola kollha użata minn dak il-bidwi hija misjuba fi Stat Membru fejn għandu l-art prinċipali tan-negozju.

    TITOLU II APPLIKAZZJONIJIET TA' L-GĦAJNUNA

    KAPITOLU I Applikazzjonijiet tal-qasam ta' għajnuna

    Artikolu 6

    Ħtiġijiet li jappartjienu l-applikazzjonijiet taż-żona ta' għajnuna

    1. Applikazzjoni ta' żona ta' għajnuna għandu jkollu l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex tistabbilixxi eliġibbiltà għall-għajnuna, b'mod partikolari:

    (a) l-identità tal-bidwi;

    (b) dettalji li jippermettu l-identifikazzjoni ta' l-irqajja' agrikoli kollha fuq l-art, iż-żona tagħhom espressa f'ettari għal żewġ artijiet deċimali, art, użu, fejn ir-roqgħa art agrikola hija msoqqija, u l-iskema ta' għajnuna konċernata;

    (ċ) stqarrija mill-bidwi li huwa mgħarraf bil-ħtiġijiet marbuta ma' l-għajnuna in kwistjoni.

    2. Applikazzjoni għall-għajnuna taż-żona mibgħuta minn bidwi li huwa membru ta' grupp ta' produtturi kif definit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3493/90, u li, għal dak li jirrigwarda l-istess sena kalendarja japplika għaż-żewġ għajnuniet taħt l-iskema ta' għajnuna ovini/kaprini u għall-għajnuna taħt kwalunkwe oħra skema tal-Komunità għandha tispeċifika l-irqajja agrikoli kollha użati mill-grupp ta' produtturi. F'tali każijiet l-zona ta' forage għandha tkun allokata bejn bdiewa konċernati fil-proporzjon għal-limiti individwali tagħhom kif determinati in konformità ma' l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2467/98 [16], validu fl-1 ta' Jannar tas-sena konċernata.

    3. Jekk applikazzjoni għall-għajnuna tal-qasam jirrigwarda biss mergħa permanenti l-Istat Membru konċernat jista' jipprovdi li jista' jkun mibgħut f'data iktar tard minn dik fissata in konformità ma' l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3508/92 li m'għandux ikun wara l-1 ta' Lulju.

    It-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3508/92 għandu japplika mutatis mutandis.

    Artikolu 7

    Dikjarazzjonijiet fir-rigward ta' użu partikolari

    1. Użu ta' żona mniżżel fl-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 3508/92 għandu jkun iddikjarat separatament.

    2. Użu ta' qasam mhux imniżżel fl-Artikolu 1(1) jew fl-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 3508/92 għandu jkun iddikjarat taħt titolu wieħed jew 'iktar użu'.

    3. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li paragrafi 1 u 2 ma japplikawx fejn tali informazzjoni hija disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fl-istruttura ta' sistema ta' amministrazzjoni u kontroll li jiggarantixxu kompatibbiltà mas-sistema integrata in konformità ma' l-Artikolu 9a tar-Regolament (KEE) Nru 3508/92.

    Artikolu 8

    Emendi ta' l-applikazzjonijiet għall-għajnuna tal-qasam

    1. Soġġett għal paragrafu 3, wara li jiskadi l-limitu ta' żmien għas-sottomissjoni ta' l-applikazzjoni ta' għajnuna tal-qasam pakketti agrikoli individwali li għad ma humiex dikjarati fl-applikazzjoni ta' l-għajnuna jistgħu jkunu miżjuda u tibdiliet li jirrigwardaw l-użu jew skema ta' għajnuna jistgħu jkunu magħmula sakemm il-ħtiġijiet taħt regoli settorali applikabbli għall-iskema ta' għajnuna konċernata huma rispettati.

    2. Iż-żieda ta' pakketti agrikoli u emendi in konformità ma' paragrafu 1 għandu jkun notifikat lill-awtorità kompetenti bil-miktub sa mhux iktar tard mid-data stabbilita għaż-żrigħ, jew iffissat in konformità mar-Regolament (KE) Nru 1251/1999.

    It-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3508/92 għandu japplika mutatis mutandis.

    3. Fejn l-awtorità kompetenti diġà informat il-bidwi ta irregolaritajiet fl-applikazzjoni ta' għajnuna jew fejn tat avviż lill-bidwi ta' l-intenzjoni tagħha li tesegwixxi verifika fuq l-art u fejn dik il-verifika fuq l-art tirrivela irregolaritajiet, żidiet u emendi in konformità ma' paragrafi 1 u 2 ma għandhomx ikunu awtorizzati għal dak li jirrigwarda l-pakketti agrikoli effettwati bl-irregolaritajiet.

    Artikolu 9

    Eżenzjoni mill-applikazzjonijiet ta' għajnuna tal-qasam

    Applikazzjoni ta' għajnuna tal-qasam tista' ma jkunx mibgħuta mill-bdiewa li japplikaw għal kwalunkwe mis-segwenti għajnuniet għal bhejjem miżmuma għal xi użu:

    (a) il-premjium tad-diseasonilsation previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999;

    (b) il-premium ta' biċċerija provdut fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 154/1999;

    (ċ) il-premium speċjali għall-annimali bovini maskili u/jew il-premium tal-baqar li jreddgħu, fejn il-bidwi huwa eżenti mill-ħtieġa ta' rata ta' provvista ma' l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, sakemm il-bidwi ma japplikax għall-pagament ta' estensifikazzjoni previst fl-Artikolu 13 ta' dak ir-Regolament;

    (d) l-għajnuna provduta taħt l-iskema ta' għajnuna ovini/kaprini.

    KAPITOLI II Applikazzjonijiet ta' għajnuna għall-bhejjem miżmuma għal xi użu

    Artikolu 10

    Ħtiġijiet li jappartjenu l-applikazzjonijiet ta' għajnuna għall-bhejjem miżmuma għal xi użu

    1. Applikazzjoni ta' għajnuna għall-bhejjem miżmuma għal xi użu għandu jkollha l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex ikun stabbilit l-eliġibbilità għall-għajnuna, b'mod partikolari:

    (a) l-identità tal-bidwi;

    (b) referenza għall-applikazzjoni ta' għajnuna tal-qasam jekk din diġà ntbagħtet;

    (ċ) in-numri ta' annimali ta' kull tip li fir-rigward tagħhom kwalunkwe għajnuna hi applikata għalihom u, għall-bovini, l-kodiċi ta' identifikazzjoni ta' l-annimali;

    (d) fejn applikabbli, obbligu mill-bidwi li jżomm l-annimali msemmija f'punt (c) fuq l-art tiegħu matul il-perjodu ta' żamma u informazzjoni fuq l-art jew artijiet fejn l-annimali jkunu miżmuma inkluż il-perjodu jew perjodi konċernati;

    (e) fejn applikabbli, l-limitu individwali jew parametru individwali għall-annimali konċernati;

    (f) fejn applikabbli, l-kwantità ta' riferenza tal-ħalib individwali disponibbli għall-bidwi fil-31 ta' Marzu jew, jekk l-Istat Membru konċernat jiddeċiedi jagħmel użu mid-deroga prevista fl-Artikolu 44a tar-Regolament (KE) Nru 2342/1999, fl-1 ta' April tas-sena kalendarja konċernata; fejn din il-kwantità ma hijix magħrufa fid-data meta l-applikazzjoni hija mibgħuta, għandha tkun notifikata lill-awtorità kompetenti ma' l-ewwel opportunità;

    (g) stqarrija mill-bidwi li huwa jaf il-ħtiġijiet li jappartjenu l-għajnuna in kwistjoni.

    Jekk l-annimali jittieħdu f'post ieħor matul il-perjodu ta' żamma l-bidwi għandu jinforma lill-awtorità kompetenti bil-miktub minn qabel.

    2. L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu lil kull min iżomm l-annimali d-dritt li jġib mill-awtorità kompetenti mingħajr restrizzjoni f'intervalli raġjonevoli u mingħajr dewmien eċċessiv informazzjoni dwar id-data li tirrigwarda lilu u l-annimali tiegħu miżmuma f'database kompjuterizzata. Meta qed jibgħat l-applikazzjoni tiegħu għall-għajnuna, il-bidwi għandu jiddikjara li l-informazzjoni tiegħu hija korretta u lesta jew għandu jikkorreġi kwalunkwe informazzjoni żbaljata jew nieqsa.

    3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li xi informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista' ma tkunx inkluża fl-applikazzjoni għall-għajnuna, fejn diġà kienet komunikata lill-awtorità kompetenti.

    L-Istati Membri jistgħu b'mod partikolari jintroduċu proċeduri li bihom l-informazzjoni fid-database kompjuterizzata tista' tkun użata għall-iskop ta' l-applikazzjoni ta' l-għajnuna sakemm id-database kompjuterizzata toffri livell ta' assigurazzjoni u implimentazzjoni neċessarja għall-maniġment ta' l-iskemi ta' għajnuna involuti.

    4. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li xi informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista' jew għandha tkun mibgħuta minn korp jew korpi approvati minnhom. Iżda, il-bidwi għandu jibqa' responsabbli għall-informazzjoni mibgħuta.

    KAPITOLU III Disposizzjonijiet komuni

    Artikolu 11

    Trażmissjoni elettronika

    1. L-Istati Membri jistgħu jippermettu komunikazzjonijiet meħtieġa taħt dan ir-Regolament mill-bidwi lill-awtoritajiet kompetenti li għandhom ikunu magħmula bit-trażmissjoni elettronika. F'dan il-każ, miżuri adegwati għandhom ikunu meħuda sabiex jassiguraw li:

    (a) il-bidwi huwa identifikat mingħajr ebda ambigwità u jikkonforma mal-ħtiġijiet kollha;

    (b) id-dokumenti kollha neċessarji li jakkumpanjaw huma riċevuti mill-awtoritajiet kompetenti fl-istess limiti ta' żmien bħal fil-każ ta' trażmissjoni bil-mezzi mhux elettroniċi;

    (ċ) m'hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn il-bdiewa li jużaw il-mezzi mhux elettroniċi biex jibgħatu u dawk li jagħżlu trażmissjoni elettronika.

    2. Notifikazzjonijiet lid-database kompjuterizzata għandu jkollu l-effett ta' trażmissjoni elettronika skond it-tifsira ta' paragrafu 1 sakemm il-database kompjuterizzata toffri l-livell ta' assigurazzjoni u implimentazzjoni neċessarja għall-maniġment proprju ta' l-iskemi ta' għajnuna involuta.

    Artikolu 12

    Tibdiliet għal żbalji ovvji

    Bla preġudizzju għall-Artikolu 6 sa 11, applikazzjoni għall-għajnuna tista' tkun mibdula fi kwalunkwe żmien wara s-sottomissjoni tagħha, f'każijiet ta' żbalji ovvji rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti.

    Artikolu 13

    Sottomissjoni tard

    1. Ħlief f'każijiet ta' forza maġġuri u ċirkostanzi eċċezzjonali skond it-tifsira ta' l-Artikolu 48, sottomissjoni ta' applikazzjoni għall-għajnuna taż-żona jew applikazzjoni għall-għajnuna għall-bhejjem miżmuma għal xi użu wara l-limiti ta' żmien stabbiliti f'konformità mar-regoli settorjali relevanti għandhom iwasslu għal tnaqqis ta' 1 % għal kull jum ta' xogħol fl-ammonti li għalihom il-bidwi kien ikun intitolat jekk l-applikazzjoni ta' għajnuna kienet mibgħuta fil-limitu ta' żmien.

    Jekk id-dewmien jammonta għal iktar minn 25 jum kalendarju l-applikazzjoni ma għandhiex tkun ikkunsidrata ammissibbli.

    Sottomissjoni tard ta' applikazzjoni għall-għajnuna taż-żona li tirrigwarda biss mergħa permanenti għandha twassal għal tnaqqis ta' nofs persentaġġ għal kull jum ta' xogħol fl-ammonti li għalihom il-bidwi jkun intitolat taħt l-iskemi ta' għajnuna konċernati. Fejn tali applikazzjonijiet għall-għajnuna huma mibgħuta wara l-1 ta' Lulju ma għandhomx ikunu kkunsidrati bħala ammissibbli

    Iżda, fejn Stat Membru jagħmel użu mill-possibbiltà prevista fl-Artikolu 6(3), l-ebda tnaqqis ma għandu japplika għal dak li jirrigwarda applikazzjonijiet għall-għajnuna mibgħuta qabel id-data ffissata mill-Istat Membru. Applikazzjonijiet għall-għajnuna mibgħuta wara dak iż-żmien ma għandhomx ikunu kkunsidrati ammissibbli.

    2. Sottomissjoni ta' emenda għall-applikazzjoni għall-għajnuna taż-żona wara l-aħħar data għaż-żrigħ kif imfisser fl-Artikolu 8(2) għandu jwassal għal tnaqqis ta' 1 % għal kull jum ta' xogħol fl-ammonti li jirrigwardaw l-użu attwali ta' l-irqajja' agrikoli konċernati.

    Emendi għall-applikazzjoni għall-għajnuna taż-żona għandhom ikunu ammissibbli biss sa l-aħħar data għas-sottomissjoni ta' applikazzjoni għall-għajnuna taż-żona kif speċifikat fil-paragrafu 1. Iżda, fejn dik id-data hija iktar kmieni minn, jew l-istess bħalha, l-aħħar data għaż-żrigħ kif imsemmi fl-Artikolu 8(2), emendi għall-applikazzjoni għall-għajnuna għaż-żona ma għandhomx ikunu kkunsidrati bħala ammissibbli wara l-aħħar data għaż-żrigħ.

    3. Sottomissjoni tard ta' applikazzjoni għall-għajnuna taż-żona ma għandhiex issarraf fi tnaqqis jew esklużjonijiet mill-għajnuniet għal bhejjem miżmuma għal xi użu msemmija fl-Artikolu 9.

    4. Għal dak li jirrigwarda zoni ta' forage, fejn l-applikazzjoni għall-għajnuna taż-żona hija mibgħuta tard it-tnaqqis li jirriżulta għandu jkun flimkien ma' kwalunkwe tnaqqis ieħor applikabbli għas-sottomissjoni tard ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna msemmija fl-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999.

    Artikolu 14

    Irtirar ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna

    1. Applikazzjoni għall-għajuna tista' tkun irtirata totalment jew parzjalment fi kwalunkwe żmien.

    Iżda, fejn l-awtorità kompetenti diġà infurmat lill-bidwi b'irregolaritajiet fl-applikazzjoni għall-għajnuna jew fejn l-awtorità kompetenti tat avviż lill-bidwi dwar il-ħsieb li tesegwixxi verifika fuq l-art u fejn dik il-verifika fuq l-art turi irregolaritajiet irtirati ma għandhomx ikunu awtorizzati f'dak li jirrigwarda partijiet ta' l-applikazzjoni għall-għajnuna effettwati bl-irregolaritajiet.

    2. Irtirar f'konformità ma' paragrafu 1 għandhom ipoġġu lil min jiddikjara fil-pożizzjoni li kien qabel ma bagħat l-applikazzjoni għall-għajnuna jew parti mill-applikazzjoni għall-għajnuna in kwistjoni.

    TITOLU III VERIFIKI

    Artikolu 15

    Prinċipju ġenerali

    Verifiki amministrattivi u fuq l-art għandhom ikunu magħmula b'tali mod li jassiguraw verifikazzjoni effettiva ta' konformità mat-termini li taħthom l-għajnuniet huma mogħtija.

    KAPITOLU I Verifiki amministrattivi

    Artikolu 16

    Cross-checks

    Il-verifiki amministrattivi msemmija fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3508/92 għandhom jinkludu b'mod partikolari:

    (a) cross-checks fuq irqajja' ddikjarati agrikoli u annimali sabiex jevitaw l-għotja multipla mhux dovuta ta' l-istess għajnuna fir-rigward ta' l-istess sena kalendarja jew ta' marketing u sabiex jipprevjeni kumulu mhux meħtieġ ta' għotja mogħtija taħt skemi ta' għajnuna tal-Komunità li tinvolvi dikjarazzjonijiet ta' zoni;

    (b) cross-checks permezz ta' database kompjuterizzata sabiex tiġi vverifikata l-eliġibbilità għall-għajnuna.

    KAPITOLU II Cross-checks

    Sezzjoni I Disposizzjonijiet komuni

    Artikolu 17

    Prinċipji ġenerali

    1. Verifiki fuq l-art ma għandhomx ikunu mħabbra. Iżda, sakemm l-iskop tal-kontroll ma huwiex fil-perikolu, avviż minn qabel imitat għall-minimu strettament neċessarju jista' jingħata. Tali avviż ma għandux, ħlief fil-każijiet ġustifikati, jaqbeż l-48 siegħa.

    2. Fejn adegwat, il-verifiki fuq l-art previsti f'dan ir-Regolament, kif ukoll kwalunkwe verifiki oħra previsti f'regoli tal-Komunità, għandhom ikunu esegwiti fl-istess żmien.

    3. L-applikazzjoni jew applikazzjonijiet konċernati għandhom ikunu rifjutati jekk il-bidwi jew ir-rappreżentanti tiegħu ma jħallux li ssir verifika fuq il-post.

    Artikolu 18

    Rata ta' kontroll

    1. In-numru totali ta' verifiki fuq l-art esegwiti kull sena għandhom ikopru għall-inqas:

    (a) 5 % tal-bdiewa kollha li jibagħtu applikazzjonijiet għall-għajnuna ta' l-zona;

    (b) 5 % tal-bdiewa kollha li jibagħtu applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-bhejjem miżmuma għal xi użu taħt skemi ta' għajnuna tal-bovini, ħlief fejn database kompjuterizzata ma toffrix il-livell ta' assigurazzjoni u implimentazzjoni neċessarja għall-maniġment ta' skemi ta' għajnuna involuti, f'liema każ il-persentaġġ għandu jkun miżjud għal 10 %. Dawn il-verifiki fuq l-art għandhom ikopru wkoll għall-inqas 5 % ta' l-annimali kollha għal kull skema ta' għajnuna li għaliha l-għajnuna hija applikata;

    (ċ) 10 % tal-bdiewa kollha li bagħtu applikazzjonijiet għall-għajnuna għal bhejjem miżmuma għal xi użu taħt l-iskema ta' għajnuna ovine-caprine.

    2. Jekk il-verifiki fuq l-art juru irregolaritajiet sinifikanti fil-kuntest ta' skema ta' għajnuna mogħtija jew f'reġjun jew parti minn reġjun ta' l-awtorità kompetenti għandhom b'mod xieraq iżidu n-numru ta' verifiki fuq l-art matul is-sena attwali u għandhom, iktar u iktar, iżidu sew il-persentaġġ ta' bdiewa li għandhom ikunu verifikati fuq l-art fis-sena segwenti.

    3. Fejn huwa previst li elementi partikolari ta' verifika fuq l-art jista' jkun esegwit fuq il-bażi ta' kampjun dan il-kampjun għandu jiggarantixxi livell ta' kontroll ta' min jistrieħ fuqu u wieħed rappreżentattiv. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kriterji għall-għażla tal-kampjun. Jekk il-verifiki fuq dak il-kampjun juru irregolaritajiet, id-daqs u l-iskop tal-kampjun għandhom ikunu estiżi b'mod adegwat.

    Artikolu 19

    Għażla ta' applikazzjonijiet li għandhom ikunu verifikati fuq l-art

    1. Bdiewa soġġetti għal verifiki fuq l-art għandhom ikunu magħżula mill-awtorità kompetenti fuq il-bażi ta' analiżi ta' riskju u element rappreżentattiv ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna sottomessi. L-analiżi ta' riskju għandu jieħu konsiderazzjoni ta':

    (a) l-ammont ta' għajnuna involuta;

    (b) in-numru ta' rqajja' ta' art agrikoli u ż-żoni jew numru ta' annimali li għalihom hija mitluba l-għajnuna;

    (ċ) tibdiliet mis-sena ta'qabel;

    (d) sejbiet ta' verifiki magħmula fis-snin ta' qabel;

    (e) każijiet ta' nuqqas ta' konformità mar-Regolament (KEE) Nru 1760/2000;

    (f) dawk il-bdiewa li huma jew eżatt fuq jew taħt il-livelli jew limiti relevanti għall-għotja ta' għajnuna;

    (g) sostituzzjonijiet ta' annimali ma' l-Artikolu 37;

    (h) fatturi oħra li għandhom ikunu spjegati mill-Istati Membri.

    Sabiex jipprovdu għall-element ta' rappreżentanza, l-Istati Membri għandhom jagħżlu każwali bejn 20 % u 25 % tan-numru minimu ta' bdiewa li għandhom ikunu soġġetti għal verifiki fuq l-art.

    2. L-awtorità kompetenti għandha żżomm reġistri dwar ir-raġunijiet għall-għażla ta' kull bidwi dwar verifika fuq l-art. L-ispettur li jesegwixxi l-verifika fuq l-art għandu jkun informat sewwa qabel il-bidu tal-verifika fuq l-art.

    Artikolu 20

    Rapport ta' kontroll

    1. Kull verifika fuq l-art għandha tkun is-soġġett ta' rapport ta' kontroll li jagħmlu possibbli għalih li jara d-dettalji tal-verifiki esegwiti. Ir-rapport għandu jindika b'mod partikolari:

    (a) l-iskemi ta' għajnuna u applikazzjonijiet verifikati;

    (b) il-persuni preżenti;

    (ċ) il-pakketti agrikoli konċernati, il-pakketti agrikoli mkejla, ir-riżultati tal-qisien għal kull pakkett imkejjel u l-metodi ta' tkejjil użati;

    (d) in-numru u tip ta' annimali misjuba u, fejn applikabbli, in-numru ta' tikketti mal-widna, daħliet fir-reġistri u fil-bażi tat-tagħrif kompjuterizzat u kwalunkwe dokument li jgħin verifikat, ir-riżultati tal-verifiki u, fejn applikabbli, osservazzjonijiet partikolari f'dak li jirrigwarda annimali individwali u/jew l-kodiċi ta' identifikazzjoni tagħhom;

    (e) jekk avviż kien mogħti lill-bidwi tal-viżta u, jekk hekk, il-perjodu ta' notifikazzjoni minn qabel;

    (f) indikazzjoni ta' iktar miżuri ta' kontroll esegwiti.

    2. Il-bidwi jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jkun mogħti l-opportunità li jiffirma r-rapport sabiex jipprova l-preżenza tiegħu fil-verifika u jżid osservazzjonijiet. Fejn irregolaritajiet huma misjuba l-bidwi għandu jirċievi kopja tar-rapport tal-kontroll.

    Fejn verifika fuq l-art huwa esegwit permezz ta' remote sensing in konformità ma' l-Artikolu 23, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux lill-bdiewa jew ir-rappreżentant tiegħu l-opportunità li jiffirma r-rapport ta' kontroll jew l-ebda irregolaritajiet ma huma rivelati matul il-verifika permezz ta' remote sensing.

    Sezzjoni II Verifiki fuq l-art ta' l-applikazzjonijiet ta' għajnuna tal-qasam

    Artikolu 21

    Elementi ta' verifiki fuq l-art

    Verifiki fuq l-art għandhom ikopru l-irqajja' ta' art agrikola kollha li għalihom l-għajnuna hija mitluba taħt l-iskemi ta' għajnuna skond l-Artikolu (1) tar-Regolament (KEE) Nru 3508/92. Iżda, l-ispezzjoni attwali fl-isfera bħala parti tal-verifika fuq l-art tista' tkun limitata għal kampjun ta' għall-inqas nofs l-irqajja' art agrikoli li għalihom kienu mibgħuta l-applikazzjonijiet.

    Artikolu 22

    Determinazzjoni taż-żoni

    1. Żoni ta' pakketti agrikoli għandhom ikunu determinati permezz ta' mezzi adegwati mfissra mill-awtorità kompetenti li jassiguraw miżura ta' preċiżjoni għall-inqas ekwivalenti għal dik meħtieġa għall-kejl uffiċjali taħt regoli nazzjonali. L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi livell ta' tolleranza waqt li tieħu in konsiderazzjoni l-metodu ta' kejl użat, l-eżattezza tad-dokumenti uffiċjali disponibbli, fatturi lokali bħal niżla u l-forma tar-roqgħa art u d-disposizzjonijiet ta' paragrafu 2.

    2. Żona totali tar-roqgħa art agrikola tista' jkun meħuda in konsiderazzjoni sakemm huwa utilizzat bis-sħiħ skond l-istandards tal-konswetudini ta' l-Istat Membru jew r-reġjun konċernat. F'każijiet oħra ż-żona attwalment utilizzata għandha tittieħed in konsiderazzjoni.

    F'dak li jirrigwarda dawk ir-reġjuni fejn ċerti karatteristiċi, b'mod partikolari ħitan ta' l-għelieqi, gandotti u ħitan, huma tradizzjonalment parti minn kultivazzjoni tajba agrikola jew prassi ta' utilizzazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ż-żona korrispondenti għandha tkun kkunsidrata parti mill-qasam kollu utilizzat bil-kondizzjoni li ma taqbiżx wisa' totali li għandu jkun determinat mill-Istati Membri. Din il-wisa' għandha tikkorrispondi ma' wisa' tradizzjonali fir-reġjun in kwistjoni u ma għandhiex taqbeż iż-żewġ metri.

    L-Istati Membri jistgħu, wara notifikazzjoni minn qabel lill-Kummissjoni, jippermettu wisa' akbar minn żewġ metri jekk dawk ż-żoni kienu meħuda in konsiderazzjoni għall-iffissar tal-ħsad tar-reġjuni konċernati.

    3. L-eliġibbiltà ta' rqajja' ta' art agrikoli għandhom ikunu verifikati permezz ta' mezzi adegwati. Għal dan il-għan prova addizzjonali għandha tkun mitluba fejn neċessarju.

    Artikolu 23

    Tiftix remot

    1. Jekk Stat Membru jagħmel użu ta' tiftix remot fuq il-kampjun kollu jew parti minnu msemmi fl-Artikolu 18(1)(a) ir-regoli segwenti għandhom japplikaw:

    (a) iż-żoni li għandhom ikunu kontrollati bit-tiftix remot għandhom, kemm jista' jkun, ikunu magħżula waqt li jieħdu in konsiderazzjoni fatturi ta' riskju adegwat li għandhom ikunu determinati mill-Istat Membru;

    (b) id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 19 għandhom japplikaw biss f'każi fejn mhux il-bdiewa kollha li jibagħtu applikazzjonijiet għall-għajnuna u li jaqgħu fiż-żona rispettiva huma soġġetti għall-verifiki fuq l-art.

    2. Sakemm kontrolli bit-tiftix remot huma konċernati l-Istat Membru għandu:

    (a) jagħti interpretazzjoni tar-ritratt ta' immaġini ta' satelliti jew ritratti mill-ajru tal-irqajja' ta' art agrikoli li għandhom ikunu verifikati bil-għan ta' rikonoxximent tal-koperta ta' l-art u l-kejl tal-qasam;

    (b) verifika fuq l-art ta' l-applikazzjonijiet kollha li għalihom interpretazzjoni tar-ritratti ma tippermettix li ssir verifika ta' l-eżattezza tad-dikjarazzjoni għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità kompetenti.

    3. Jekk Stat Membru jagħmel użu ta' tiftix remot il-verifiki addizzjonali msemmija fl-Artikolu 18(2) għandhom ikunu esegwiti permezz ta' verfiki tradizzjonali fuq l-art jekk m'għadux huwa possibbli għalihom li jesegwuhom permezz ta' tiftix remot fis-sena attwali.

    Sezzjoni III Verifiki fuq l-art ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna ta' bhejjem miżmuma għal xi użu

    Artikolu 24

    Kalkular tal-verifiki fuq l-art

    1. Ir-rata minima ta' verifiki fuq l-art prevista fl-Artikolu 18(1)(b), għal skemi ta' għajnuna ħlief dawk prevista fl-Artikolu 4(6) u l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, għandhom isiru matul il-perjodu ta' żamma għal ta' l-inqas waħda mill-iskemi ta' għajnuna konċernati.

    2. Għall-inqas 50 % tar-rata minima ta' verifiki fuq l-art prevista fl-Artikolu 18(1)(c) għandhom isiru matul il-perjodu ta' żamma. Iżda, ir-rata minima ta' verifiki fuq l-art għandhom isiru kollha matul il-perjodu ta' żamma fl-Istati Membri fejn is-sistema stabbilita permezz tad-Direttiva 92/102/KEE li tikkonċerna ovini u kaprini, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-identifikazzjoni ta' annimali u ż-żamma kif xieraq ta' reġistri, mhix implimentata u applikata kollha.

    Artikolu 25

    Elementi ta' verifiki fuq l-art

    1. Verifiki fuq l-art għandhom ikopru il-bhejjem kollha miżmuma għal xi użu li għalih applikazzjonijiet ta' għajnuna ġew mibgħuta taħt skemi ta' għajnuna li għandhom ikunu verifikati u, fil-każ ta' verifiki ta' skemi ta' għajnuna tal-bovini, l-annimali bovini wkoll mhux dikjarati.

    2. Verifiki fuq l-art għandhom jinkludu b'mod partikolari:

    (a) verifiki li n-numru ta' annimali preżenti għaż-żamma li għalihom applikazzjonijiet ta' għajnuna ġew mibgħuta u n-numru ta' annimali bovini mhux dikjarati jikkorrispondu man-numru ta' annimali mdaħħla fir-reġistri u, fil-każ ta' annimali bovini, in-numru ta' annimali notifikati fid-database kompjuterizzata;

    (b) f'dak li jirrigwarda l-iskemi ta' għajnuna tal-bovini, verifiki

    - ta' eżattezza ta' daħliet fir-reġistru u n-notifikazzjonijiet għad-database kompjuterizzata fuq il-bażi ta' kampjun ta' dokumenti li jgħinu bħall-irċevuti tax-xiri u bejgħ, ċertifikati ta' biċċerija, ċertifikati veterinarji u, fejn applikabbli, passaporti ta' l-annimali, f'dak li jirrigwarda annimali li għalihom applikazzjonijiet ta' għajnuna kienu mibgħuta fit-12-il xahar qabel il-verifika fuq l-art,

    - li informazzjoni miżmuma fid-database kompjuterizzata tikkorrispondi ma' l-informazzjoni mogħtija fir-reġistru fuq il-bażi ta' kampjun f'dak li jirrigwarda l-annimali li għalihom applikazzjonijiet ta' għajnuna kienu mibgħuta fit-12-il xahar ta' qabel il-verifika fuq l-art,

    - li l-annimali preżenti fuq il-post u għadhom miżmuma taħt obbligu ta' żamma huma eliġibbli għall-għajnuna dikjarata,

    - li l-annimali bovini kollha preżenti fuq il-post huma identifikati minn tikketti tal-widna u akkumpanjati, fejn applikabbli, b'passaporti ta' l-annimali u li huma reġistrati fir-reġistru u kienu notifikati fid-database kompjuterizzata. Dawn il-verifiki għandhom ikunu magħmula b'mod invidwali għal kull bovin maskili individwali li għadu miżmum taħt l-obbligu ta' żamma li għalih kienet mibgħuta għall-premium taċ-ċanga speċjali bl-eċċezzjoni ta' dawk mibgħuta f'konformità ma' l-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) nru 1254/1999. Fil-każijiet l-oħra kollha l-verifika fuq reġistru korrett fil-passaporti ta' l-annimali, ir-reġistru u notifikazzjoni għad-database kompjuterizzata jista' jkun magħmul fuq il-bażi ta' kampjun;

    (ċ) f'dak li jirrigwarda l-iskema ta' għajnuna ovini/kaprini, verifika fuq il-bażi tar-reġistru li l-annimali kollha li għalihom applikazzjonijiet ta' għajnuna kienu mibgħuta fuq il-post matul il-perjodu ta' żamma u verifika ta' l-eżattezza tad-daħliet fir-reġistru fuq il-bażi ta' kampjun ta' dokumenti li jgħinu bħall-irċevuti tax-xiri u bejgħ u ċertifikati veterinarji.

    Artikolu 26

    Miżuri ta' kontroll f'dak li jirrigwarda verifiki fuq l-art fil-biċċeriji

    1. Għal dak li jirrigwarda l-premium ta' ċanga speċjali previst fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 u l-premium tal-biċċerija provist fl-Artikolu 11 ta' dak ir-regolament, verifiki fuq l-art għandhom ikunu esegwiti fil-biċċeriji. F'dan il-każ l-Istati Membri għandhom jesegwixxu verifiki fuq l-art jew:

    (a) f'għall-inqas 30 % tal-biċċeriji kollha, magħżula fuq il-bażi ta' analiżi ta' riskju, f'liema każ il-kontrolli għandhom ikopru kampjun ta' 5 % tan-numru totali ta' annimali bovini li ġew imbiċċra fil-biċċerija konċernata matul 12-il xahar qabel il-verifika fuq l-art, jew

    (b) f'għall-inqas 20 % ta' dawk il-biċċeriji li ġew approvati minn qabel skond il-kriterji partikolari ta' assigurazzjoni li għandhom ikunu determinati mill-Istati Membri u huma magħżula fuq il-bażi ta' analiżi ta' riskju, f'liema każ il-kontrolli għandhom ikopru kampjun ta' 2 % tan-numru totali ta' annimali bovini li ġew imbiċċra fil-biċċerija konċernata matul 12-il xahar qabel il-verifika fuq l-art.

    Dawn il-verifiki fuq l-art għandu jkollhom skrutinju minn qabel tad-dokumenti, paragun mad-daħliet fid-database kompjuterizzat u verifiki ta' taqsiriet li jirrigwardaw iċ-ċertifikati tal-biċċeriji, jew informazzjoni ta' l-art tagħhom, li kienu mibgħuta lill-Istati Membri l-oħra f'konformità ma' l-Artikolu 35(3) tar-Regolament (KE) Nru 2342/1999.

    2. Verifiki fuq l-art fil-biċċeriji għandu jkollhom verifiki fiżiċi ta' proċeduri ta' biċċeriji esegwiti fil-jum tal-verifika fuq l-art fuq il-bażi ta' kampjun. Fejn neċessarju, għandu jkun verifikat jekk il-karkassi preżentati għall-użin humiex eliġibbli għall-għajnuna.

    Artikolu 27

    Miżuri ta' kontroll f'dak li jirrigwarda l-premium mogħti wara l-esportazzjoni

    1. F'dak li jirrigwarda premium mogħti għall-annimali bovini esportati lejn pajjiżi terzi f'konformità ma' l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 operazzjonijiet tat-tagħbija kollha għandhom ikunu soġġetti għal verifiki fuq l-art, li għandhom ikunu esegwiti kif ġej:

    (a) fiż-żmien tat-tagħbija, għandu jkun verifikat li l-annimali bovini kollha huma identifikati permezz ta' tikketti tal-widna. Iktar minn hekk, għall-inqas 10 % ta' l-annimali bovini hekk verifikati għandhom ikunu verifikati individwalment bi skop ta' verifika ta' l-identifikazzjoni tagħhom;

    (b) fiż-żmien tat-tluq mit-territorju tal-Komunità:

    - fejn siġill tad-dwana uffiċjali ġie applikat fuq il-mezzi tat-trasport, għandu jkun verifikat li s-siġill ma huwiex imħassar. Jekk is-siġill ma huwiex imħassar verifika ta' kampjun għandha tkun esegwita biss jekk hemm dubji fuq ir-regolarità tat-tagħbija,

    - fejn l-ebda siġill tad-dwana uffiċjali ma ġie applikat fuq il-mezzi tat-trasport jew fejn siġill tad-dwana huwa mħassar, għall-inqas 50 % ta' l-annimali bovini li kienu verifikati individwalment fiż-żmien tat-tagħbija għandhom ikunu verifikati mill-ġdid.

    2. Il-passaporti ta' l-annimali għandhom ikunu mogħtija lill-awtorità kompetenti f'konformità ma' l-Artikolu 6(5) tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000.

    3. L-aġenzija li tħallas fit-tifsira ta' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 li hija responsabbli għall-pagament tal-premium għandha tifli l-applikazzjonijiet għall-għajnuna fuq il-bażi tal-fajls ta' pagament u informazzjoni disponibbli oħra li tirrigwarda l-esportazzjoni u l-kummenti ta' l-awtorità kompetenti tal-kontroll u għandha tivverifika jekk il-passaporti ta' l-annimali ġewx irtirati f'konformità ma' paragrafu 2.

    Artikolu 28

    Disposizzjonijiet speċjali f'dak li jirrigwarda pagamenti addizzjonali

    F'dak li jirrigwarda pagamenti addizzjonali previsti fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 l-Istat Membru għandu, fejn adegwat, japplika d-disposizzjonijiet ta' dan it-Titolu. Jekk l-applikazzjoni ta' dawk id-disposizzjonijiet ma hijiex adegwata minħabba l-istruttura ta' l-iskema ta' pagament addizzjonali, l-Istati Membri għandhom jipprovdu kontrolli li jassiguraw livell ta' kontroll ekwivalenti għal dak stabbilit f'dan ir-Regolament.

    Artikolu 29

    Disposizzjonijiet speċjali għal dak li jirrigwarda r-rapport tal-kontroll

    1. Fejn Stati Membri jesegwixxu verifiki fuq l-art ma' dan ir-Regolament flimkien ma' l-ispezzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2630/97 [17], ir-rapport tal-kontroll previst fl-Artikolu 20 għandu jkun miżjud b'rapporti f'konformità ma' l-Artikolu 2(5) ta' dak ir-Regolament.

    2. Għal dak li jirrigwarda l-verifiki f'biċċeriji previsti fl-Artikolu 26(1), ir-rapport tal-kontroll previst fl-Artikolu 20 jista' jikkonsisti f'kontijiet ta' biċċeriji li juru liema annimali kienu soġġetti għall-verifiki.

    Għal dak li jirrigwarda l-verifiki previsti fl-Artikolu 26(2), ir-rapport għandu jinkludi, inter alia, in-numri ta' identifikazzjoni, il-piż ta' karkassi u d-dati tal-biċċerija għal dak li jirrigwarda l-annimali mbiċċra u verifikati fil-jum ta' verifika fuq l-art.

    3. Għal dak li jirrigwarda l-verifiki previsti fl-Artikolu 27, ir-rapport tal-kontroll jista' jikkonsisti biss f'indikazzjoni ta' l-annimali hekk verifikati.

    4. Fejn verifiki fuq l-art magħmula f'konformità ma' dan ir-Regolament juru każijiet ta' nuqqas ta' konformità mad-disposizzjonijiet ta' Titolu I tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000, kopji tar-rapport tal-kontroll previsti fl-Artikolu 20 għandhom ikunu mibgħuta mingħajr dewmien lill-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2630/97.

    TITOLU IV BAŻI GĦALL-KALKULAZZJONI TA' L-GĦAJNUNA, TNAQQIS U ESKLUŻJONIJIET

    KAPITOLU I Sejbiet għal dak li jirrigwarda applikazzjonijiet ta' għajnuna taż-żona

    Artikolu 30

    Prinċipji ġenerali

    Għall-għan ta' dan il-kapitolu l-gruppi ta' kultivazzjoni segwenti għandhom jintgħarfu:

    (a) oqsma ta' forage dikjarati għall-għanijiet ta' l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999;

    (b) oqsma ta' forage ħlief art ta' mergħa u zoni oħra użati għall-produzzjoni ta' kultivazzjoni fejn isir il-ħrit fit-tifsira ta' l-Artikolu 13(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 dikjarati għall-għanijiet ta' l-Artikolu 13 ta' dak ir-Regolament;

    (ċ) art tal-mergħa fl-isfera tat-tifsira ta' l-Artikolu 13(3)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 dikjarati għall-għanijiet ta' l-Artikolu 13 ta' dak ir-Regolament;

    (d) art permanenti tal-mergħa dikjarati għall-għanijiet ta' l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 [18];

    (e) zoni tal-kultivazzjoni li għalihom rata ta' għajnuna differenti hija applikabbli;

    (f) zoni mitfugħa fil-ġenb u, fejn applikabbli, zoni mitfugħa fil-ġenb li għalihom rata ta' għajnuna differenti hija applikabbli.

    Artikolu 31

    Bażi ta' kalkulazzjoni

    1. Jekk żona ta' grupp ta' kultivazzjoni kkalkulat jinstab li huwa ikbar minn dak dikjarat fl-applikazzjoni ta' għajnuna, il-qasam dikjarat għandu jkun użat għall-kalkulazzjoni ta' l-għajnuna.

    2. Mingħajr preġudizzju għan-nuqqasijiet u esklużjonijiet f'konformità ma' l-Artikoli 32 sa 35, jekk il-qasam dikjarat fl-applikazzjoni ta' għajnuna taż-żona jiskorri l-qasam determinat għal dak il-grupp ta' kultivazzjoni bħala riżultat ta' verifiki amministrattivi jew fuq l-art l-għajnuna għandha tkun kalkulata fuq il-bażi taż-żona għal dak il-grupp ta' kultivazzjoni.

    3. Il-kalkulazzjoni taż-żona massima eliġibbli għall-pagamenti taż-żona għall-produtturi tal-kultivazzjoni ħarratija għandu jkun magħmula fuq il-bażi taż-żona ta' art mitfugħa għall-ġenb u fuq bażi pro rata għal kull kultivazzjoni konċernata. Iżda, pagamenti għall-produtturi ta' kultivazzjoni ħarratija għandhom, f'dak li jirrigwarda l-qasam ta' art mitfugħa għall-ġenb kkalkulati, ikunu mnaqqsa biss għal-livell korrispondenti għall-qasam li jkun bżonnjuż għall-produzzjoni ta' 92 tunnellata ta' ċereali f'konformità ma' l-Artikolu 6(7) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999.

    4. Jekk bidwi ma kienx kapaċi jikkonforma ma' l-obbligazzjoni tiegħu bħala riżultat ta' forza maġġuri jew ċirkostanzi eċċezzjonali fit-tifsira ta' l-Artikolu 48, għandu jżomm id-dritt tiegħu għall-għajnuna f'dak li jirrigwarda l-qasam eliġibbli fiż-żmien meta jseħħ il-każ ta' forza maġġuri jew tkun seħħet iċ-ċirkostanza eċċezzjonali..

    Artikolu 32

    Tnaqqis u esklużjonijiet f'każijiet ta' dikjarazzjoni żejda

    1. Jekk, f'dak li jirrigwarda grupp ta' kultivazzjoni, iż-żona ddikkjarata taqbeż iż-żona determinata f'konformità ma' l-Artikolu 31(2) l-għajnuna għandha tkun kalkulata fuq il-bażi taż-żona determinata mnaqqsa b'darbtejn id-differenza misjuba jekk dik id-differenza hija iktar minn jew 3 % jew żewġ ettari iżda mhux iktar minn 20 % taż-żona determinata.

    Iżda jekk id-differenza hija iktar minn 20 % taż-żona determinata, l-ebda għajnuna tal-qasam marbuta għandha tkun mogħtija għall-grupp ta' kultivazzjoni konċernata.

    2. Jekk, f'dak li jirrigwarda l-qasam kollu determinat kopert b'applikazzjoni għall-għajnuna taħt l-iskemi ta' għajnuna msemmija fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 3508/92, il-qasam dikjarat jiskorri l-qasam determinat in konformità ma' l-Artikolu 31(2) b'iktar minn 30 %, l-għajnuna għal liema l-bidwi kien ikun intitolat għalih fl-Artikolu 31(2) għandhom ikunu rifjutati għas-sena ta' kalendarju in kwistjoni taħt dawk l-iskemi ta' għajnuna.

    Jekk id-differenza hija iktar minn 50 %, il-bidwi għandu jkun eskluż darb'oħra milli jirċievi għajnuna sa ammont ugwali għal dak li għandu jkun rifjutat taħt l-ewwel subparagrafu. Dan l-ammont għandu jkun impaċċi kontra pagamenti ta' l-għajnuna taħt kwalunkwe mill-iskemi ta' għajnuna msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3508/92 għal liema l-bidwi huwa ntitolat fil-kuntest ta' applikazzjonijiet li jagħmel fil-kors ta' tliet snin tal-kalendarju wara s-sena kalendarja tas-sejba.

    Artikolu 33

    Nuqqas ta' konformità maħsuba

    Fejn differenzi bejn il-qasam dikjarat u l-qasam determinat f'konformità ma' l-Artikolu 31(2) jirriżultaw minn irregolaritajiet magħmula intenzjonalment, l-għajnuna li għaliha l-bidwi kien ikun intitolat ma' l-Artikolu 31(2) ma għandux ikun mogħti għas-sena kalendarja in kwistjoni taħt l-iskema ta' għajnuna konċernata.

    Iktar u iktar, fejn dik id-differenza hija iktar minn 20 % taż-żona determinata, il-bidwi għandu jkun eskluż darb'oħra mill-għajnuna rċevuta sa ammont ugwali għal dak li għandu jkun rifjutat taħt l-ewwel subparagrafu. Dan l-ammont għandu jkun impaċċi kontra pagamenti ta' għajnuna msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) nru 3508/92 li għalihom il-bidwi huwa ntitolat fil-kuntest ta' applikazzjonijiet li jagħmel fil-kors ta' tliet snin kalendarji tas-sejba.

    Artikolu 34

    Kalkulu ta' qasam ta' forage għal premiums imsemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999

    1. L-Artikoli 31, 32(1) u 33 għandhom japplikaw għall-kalkolu tal-qasam ta' forage għall-għotja ta' l-għajnuniet imsemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999.

    2. Fejn differenza ta' iktar minn 50 % hija misjuba bejn il-qasam dikjarat u l-qasam determinat f'konformità ma' l-Artikolu 31(2), il-bidwi għandu, fl-istruttura ta' l-applikazzjoni ta' l-għajnuna jdaħħal fil-kors ta' tliet snin kalendarji li jsegwu s-sena kalendarja tas-sejba, ikun eskluż darb'oħra għal dak li jirrigwarda zona ta' forage ugwali għaż-żona li għaliha l-għajnuna hija rifjutata taħt it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 32(1).

    3. Nuqqasijiet u esklużjonijiet f'konformità ma' paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw biss jekk il-qasam dikjarat irriżulta, jew kien jirriżulta, f'pagament ogħla.

    Artikolu 35

    Kalkolu ta' qasam ta' forage għall-pagament ta' estensifikazzjoni f'konformità ma' l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999

    1. Pagamenti ta' estensifikazzjoni kif previsti fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 jistgħu ma jkunux mogħtija għal numru akbar ta' annimali ħlief dak għal dawk li għalihom il-premiums imsemmija fl-Artikolu 12 ta' dak ir-Regolament jistgħu jkunu mħallsa wara applikazzjoni ta' l-Artikolu 34 ta' dan ir-Regolament.

    2. Bla preġudizzju għal paragrafu 1, iż-żona ta' forage konċernata għandha tkun determinata f'konformità ma' l-Artikolu 31.

    Jekk il-livell tal-fattur tad-densità tal-ħażna ma tinqabiżx f'dak li jirrigwarda l-qasam hekk determinat, iż-żona determinata għandha tkun il-bażi għall-kalkolu tal-pagament ta' estensifikazzjoni.

    Jekk il-livell huwa maqbuz, l-ammont totali ta' ghajnuna li l-bidwi huwa ntitolat ghalih wara l-applikajonijiet ghall-ghajnuna permezz ta' l-iskedi ta' l-ghajnuna msemmija f'Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 sottomessi fis-sena kalendarja in kwistjoni, ghandu jkun ridott b'50% ta' l-ammont illi l-bidwi jkun jew seta' xort ohra rcieva bhala pagament ta' estensifikazzjoni

    3. Fejn id-differenza bejn il-qasam dikjarat u l-qasam determinat jirriżulta minn irregolaritajiet kommessi b'mod intenzjonali u fejn il-livell tal-fattur tad-densità tal-ħażna tinqabeż f'dak li jirrigwarda ż- żona determinata, l-ammont totali ta' għajnuna msemmija fil-paragrafu 2 għandu jkun rifjutat. F'dan il-każ, it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 33 għandu, iktar u iktar, japplika kif hemm bżonn.

    KAPITOLU II Sejbiet f'dak li jirrigwarda l-applikazzjonijiet ta' għajnuna għall-bhejjem miżmuma għal xi użu

    Artikolu 36

    Bażi ta' kalkolu

    1. Fejn limitu individwali jew livell individwali huwa applikabbli, in-numru ta' annimali murija fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom ikunu mnaqqsa għal-limitu jew livell stabbilit għall-bidwi konċernat.

    2. Fl-ebda każ ma tista' tkun mogħtija għajnuna għal numru ta' annimali iktar minn dak muri fl-applikazzjoni ta' għajnuna.

    3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 38 u 39, jekk in-numru ta' annimali dikjarati f'applikazzjoni għall-għajnuna jaqbeż dak determinat bħala riżultat ta' verifiki amministrattivi jew fuq l-art, l-għajnuna għandha tkun kalkulata fuq il-bażi ta' l-annimali determinati.

    Iżda, jekk bidwi ma kienx kapaċi jikkonforma ma' l-obbligazzjoni tiegħu li jżomm bħala riżultat tal-forza maġġuri jew ċirkostanzi eċċezzjonali fit-tifsira ta' l-Artikolu 48, għandu jżomm id-dritt tiegħu għall-għajnuna f'dak li jirrigwarda n-numru ta' annimali eliġibbli fiż-żmien meta l-każ ta' forza maġġuri jew iċ-ċirkostanza eċċezzjonali seħħet.

    4. Fejn każijiet ta' nuqqas ta' konformità mas-sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta' annimali bovini huma misjuba s-segwenti għandhom japplikaw:

    (a) annimal bovin li tilef waħda mit-tikketti tal-widna għandu jkun ikkunsidrat bħala determinat sakemm huwa identifikat b'mod ċar u individwali mill-elementi l-oħra tas-sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta' annimali bovini;

    (b) fejn l-irregolaritajiet misjuba jirrigwardaw id-daħliet mhux korretti fir-reġistru jew passaporti ta' l-annimali, l-annimali konċernati għandhom ikunu meqjusa biss bħala mhux determinati jekk tali żbalji huma misjuba f'għall-inqas żewġ verifiki f'perjodu ta' 24 xahar. Fil-każijiet l-oħra kollha konċernati għandhom ikunu meqjusa bħala determinati biss wara l-ewwel sejba.

    Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12 għandhom japplikaw f'dak li jirrigwarda d-daħliet fih, u notifikazzjonijiet tas-sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta' annimali bovini.

    Artikolu 37

    Sostituzzjoni

    1. Annimali bovini preżenti fuq l-art għandhom ikunu meqjusa biss bħala determinati jekk huma identifikati fl-applikazzjoni ta' l-għajnuna. Iżda, baqar li jreddgħu jew heifers għal dak li jirrigwarda l-għajnuna dikjarata f'konformità ma' l-Artikolu 6(2) jew l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 u baqar tal-ħalib għal dak li jirrigwarda l-għajnuna dikjarata f'konformita' ma' l-Artikolu 13(4) ta' dak ir-Regolament jista' jkun sostitwit matul il-perjodu ta' żamma fil-limiti previsti f'dawk l-Artikoli mingħajr it-telfa tad-dritt ta' ħlas ta' l-għajnuna applikata għaliha.

    2. Sostituzzjonijiet ma' paragrafu 1 għandhom iseħħu 20 jum wara l-ġrajja li ġġib il-ħtieġa għal sostituzzjoni u għandhom ikunu mdaħħla fir-reġistru mhux iktar tard minn tlett ijiem wara l-jum ta' sostituzzjoni. L-awtorità kompetenti li lilha l-applikazzjoni ta' għajnuna għandha tintbagħat għandha tkun infurmata fi żmien għaxar jiem ta' xogħol wara s-sostituzzjoni.

    Artikolu 38

    Nuqqasijiet u esklużjonijiet għal dak li jirrigwarda annimali bovini dikjarati għall-għajnuna

    1. Fejn, għal dak li jirrigwarda l-applikazzjoni għall-għajnuna taħt l-iskemi ta' għajnuna tal-bovini, differenza hija misjuba bejn in-numru ta' annimali dikkjarati u dak determinat f'konformità ma' l-Artikolu 36(3), l-ammont totali ta' għajnuna li għalihom il-bidwi huwa ntitolat taħt dawk l-iskemi għal perjodu ta' premium konċernat għandu jkun imnaqqas mill-persentaġġ li għandu jkun stabbilit f'konformità ma' paragrafu 3, jekk mhux iktar minn 3 annimali huma misjuba b'irregolaritajiet.

    2. Jekk iktar minn 3 annimali huma misjuba b'irregolaritajiet l-ammont totali ta' għajnuna li għaliha l-bidwi huwa intitolat taħt dawk l-iskemi għal perjodu ta' premium konċernat għandhom ikunu mnaqqsa bi:

    (a) il-persentaġġ li għandu jkun stabbilit f'konformità ma' paragrafu 3, jekk dan ma huwiex iktar minn 10 %, jew

    (b) darbtejn il-persentaġġ li għandu jkun stabbilit f'konformità ma' paragrafu 3, jekk dan mhux iktar minn 10 % iżda mhux iktar minn 20 %.

    Jekk il-persentaġġ stabbilit f'konformità ma' paragrafu 3 huwa iktar minn 20 %, l-għajnuna li għaliha l-bidwi kien ikun intitolat ma' l-Artikolu 36(3) għandu jkun rifjutat taħt dawk l-iskemi għal perjodu ta' premium konċernat.

    Jekk il-persentaġġ stabbilit f'konformità ma' paragrafu 3 huwa iktar minn 50 %, il-bidwi għandu, iktar u iktar, ikun eskluż darb'oħra milli jirċievi għajnuna ugwali għal dak rifjutat taħt l-ewwel subparagrafu. Dan l-ammont għandu jkun impaċċi kontra ħlasijiet ta' għajnuna taħt l-iskemi ta' għajnuna tal-bovini li għalihom il-bidwi huwa ntitolat fil-kors ta' tliet snin kalendarji mis-sena kalendarja tas-sejba segwenti.

    3. Sabiex ikunu stabbiliti l-persentaġġi msemmija f'paragrafi 1 u 2, l-annimali bovini dikjarati taħt l-iskemi ta' għajnuna tal-bovini kollha matul il-perjodu ta' premium konċernat u misjub b'irregolaritajiet għandhom ikunu mqassma bejn l-annimali obvini kollha determinati għall-perjodu ta' premium konċernat.

    4. Fejn differenzi bejn in-numru ta' annimali ddikjarati u dak determinat f'konformità ma' l-Artikolu 36(3) jirriżultaw minn irregolaritajiet magħmula b'mod intenzjonali l-għajnuna li għaliha l-bidwi kien ikun intitolat skond l-Artikolu 36(3) għandha tkun irrifjutata taħt l-iskema ta' għajnuna tal-bovini jew skemi konċernati għal perjodu ta' premium in kwistjoni.

    Fejn id-differenza stabbilita f'konformità ma' paragrafu 3 huwa iktar minn 20 %, il-bidwi għandu jkun eskluż darb'oħra milli jirċievi għajnuna sa ammont ugwali għal dak li għandu jkun rifjutat taħt l-ewwel subparagrafu. Dan l-ammont għandu jkun impaċċi kontra l-pagamenti ta' għajnuna taħt l-iskemi ta' għajnuna ta' bovini li għalihom il-bidwi huwa ntitolat fil-kuntest ta' applikazzjonijiet li jagħmel fil-kors ta' tliet snin kalendarji mis-sena kalendarja tas-sejba.

    Artikolu 39

    Nuqqas ta' konformità mad-disposizzjonijiet li jikkonċernaw l-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta' annimali bovini mhux dikjarati

    1. Fejn każijiet ta' nuqqas ta' konformità mad-disposizzjonijiet tas-sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta' annimali bovini huma misjuba bħala riżultat ta' verifika fuq l-art li tikkonċerna annimali bovini mhux iddikjarati, l-ammont totali ta' għajnuna li għaliha l-bidwi huwa ntitolat skond l-Artikolu 36(3) taħt l-iskemi ta' għajnuna tal-bovini għal perjodu ta' premium konċernat, fejn adegwat wara l-applikazzjoni ta' nuqqasijiet f'konformità ma' l-Artikolu 38, għandhom, ħlief f'każijiet ta' forza maġġura jew ċirkostanzi eċċezzjonali fit-tifsira ta' l-Artikolu 48, ikun imnaqqas b'ammont li għandu jkun ikkalkulat fuq il-bażi tal-formola stabbilita fil-paragrafu 2.

    L-istess għandu japplika fejn iktar annimali bovini ġew imdaħħla fi, jew notifikati għal, l-elementi tas-sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta' annimali bovini li huma preżenti fuq l-art.

    L-Artikolu 36(4) għandu japplika mutatis mutandis.

    2. Il-kalkulu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun esegwit skond il-formula segwenti:

    +++++ TIFF +++++

    F'din il-formula s-simboli għandhom ifissru:

    a = in-numru ta' każijiet ta' nuqqas ta' konformità mas-sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta' annimali bovini;

    b = in-numru ta' annimali bovini preżenti fuq l-art fil-ħin ta' verifika fuq il-post;

    c = in-numru medju ta' annimali bovini fuq l-art matul is-sena fejn il-verifika fuq l-art huwa esegwit permezz ta' l-applikazzjoni mutates mutandis tal-metodi użati għall-għanijiet ta' l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 2342/1999;

    d = l-ammont totali ta' għajnuna li għaliha l-bidwi huwa ntitolat ma' l-Artikolu 36(3) taħt l-iskemi ta' bovini ta' għajnuna għal perjodu ta' premium konċernat, fejn adegwat wara l-applikazzjoni ta' nuqqasijiet f'konformità ma' l-Artikolu 38.

    3. Fejn bosta verifiki fuq l-art huma esegwiti għal dak li jirrgwarda l-istess bidwi fil-kors ta' sena kwalunkwe nuqqasijiet li għandhom ikunu applikati skond paragrafu 1 għandhom ikunu kkalkulati fuq il-bażi ta' medja artimetika tar-riżultati stabbiliti għal kull verifika fuq l-art.

    4. Jekk in-nuqqas ta' konformità msemmija fil-paragrafu 1 huwa wieħed intenzjonat, l-ebda għajnuna ma għandha tkun mogħtija taħt skema jew skemi ta' għajnuna konċernati għal perjodu ta' premium in kwistjoni.

    Artikolu 40

    Nuqqasijiet u esklużjonijiet f'dak li jirrigwarda ovini/kaprini ddikjarati għall-għajnuna

    Fejn, f'dak li jirrigwarda applikazzjonijiet għall-għajnuna taħt skema ta' għajnuna ta' l-ovini/kaprini, tinstab differenza bejn in-numru ta' annimali ddikjarati u dik determinata f'konformità ma' l-Artikolu 36(3), l-Artikolu 38(2), (3) u (4) għandhom japplikaw mutatis mutandis mill-ewwel animal għal dak li jirrigwarda l-irregolaritajiet misjuba.

    Artikolu 41

    Ċirkostanzi naturali

    In-nuqqasijiet u esklużjonijiet previsti fl-Artikoli 38 u 40 ma għandhomx japplikaw f'każijiet fejn, minħabba l-impatt ta' ċirkostanzi naturali fuq il-merħla jew qatgħa, il-bidwi ma jistax iwettaq l-impenn tiegħu li jżomm l-annimali fejn l-għajnuna hija ddikjarata matul il-perjodu ta' żamma, sakemm informa l-awtorità kompetenti bil-miktub fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol tas-sejba tiegħu ta' kwalunkwe tnaqqis fin-numru ta' annimali.

    Mingħajr preġudizzju għaċ-ċirkostanzi attwali li għandhom ikunu meħuda in konsiderazzjoni fil-każijiet individwali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikonoxxu, b'mod partikolari, il-każijiet segwenti ta' ċirkostanzi naturali tal-merħla jew qatgħa:

    (a) il-mewt ta' annimal bħala konsegwenza ta' marda;

    (b) il-mewt annimal wara inċident li għalih il-bidwi ma jistax jinżamm responsabbli.

    Artikolu 42

    Ċertifikati u dikjarazzjonijiet foloz maħruġa mill-biċċeriji

    Għal dak li jirrigwarda d-dikjarazzjonijiet jew ċertifikati maħruġa mill-biċċeriji in konessjoni mal-premium tal-biċċerija f'konformità ma' l-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 2342/1999, jekk ma huwiex misjub li l-biċċerija tat ċertifikazzjoni jew dikjarazzjoni falza bħala riżultat ta' negliġenza szona jew b'mod intenzjonali, l-Istat Membru konċernat għandu japplika sanzjonijiet adegwati nazzjonali. Fejn tali irregolaritajiet huma misjuba t-tieni darba l-biċċerija involuta għandha tkun eskluża għal perjodu ta' għall-inqas sena mid-dritt li tagħmel dikjarazzjonijiet jew li toħroġ ċertifikati validi għall-għanijiet ta' premium.

    Artikolu 43

    Sejbiet għal dak li jirrigwarda ħlasijiet addizzjonali

    Għal dak li jirrigwarda ħlasijiet addizzjonali previsti fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 l-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-tnaqqis u esklużjonijiet li għandhom, fis-sustanza, ikunu ekwivalenti għal dawk previsti f'dan it-Titolu.

    KAPITOLU III Disposizzjonijiet komuni

    Artikolu 44

    Eżenzjonijiet mill-applikazzjoni ta' tnaqqis u esklużjonijiet

    1. It-tnaqqis u esklużjonijiet previsti f'dan it-Titolu ma għandhomx japplikaw fejn il-bidwi bagħat informazzjoni fattwalment korretta jew fejn jista' juri mod ieħor li ma għandux tort.

    2. It-tnaqqis u esklużjonijiet previsti f'dan it-Titolu ma japplikawx għal dak li jirrigwarda dawk il-partijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-għajnuna li għaliha l-bidwi informa lill-awtorità kompetenti bil-miktub li l-applikazzjoni ta' għajnuna ma hijiex korretta jew ġiet skorretta minn mindu ġiet imdaħħla, sakemm il-bidwi ma ġiex infurmat bl-intenzjoni ta' l-awtorità kompetenti li jesegwixxi verifika fuq l-art u li l-awtorità għad ma nfurmatx il-bidwi bi kwalunkwe irregolarità fl-applikazzjoni.

    L-informazzjoni mogħtija mill-bidwi kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkollha l-effett li l-applikazzjoni għall-għajnuna tkun mibdula għas-sitwazzjoni attwali.

    Artikolu 45

    Emendi u tibdiliet ta' daħliet fil-bażi ta' tagħrif kompjuterizzat

    1. Għal dak li jirrigwarda annimali bovini ddikjarati, l-Artikolu 44 għandu japplika miż-żmien ta' l-applikazzjoni ta' għajnuna huwa mibgħut għall-iżbalji u nuqqasijiet għal dak li jirrigwarda d-daħliet fid-database kompjuterizzat.

    2. Għal dak li jirrigwarda l-annimali bovini mhux iddikjarati t-tnaqqis u esklużjonijiet previsti fl-Artikolu 39 ma għandhomx japplikaw jekk il-bidwi jikkomunika emendi u tibdiliet ta' daħliet fid-database kompjuterizzat lill-awtorità kompetenti sakemm il-bidwi ma ġiex infurmat bl-intenzjoni ta' l-awtorità kompetenti li jesegwixxi verifika fuq l-art.

    TITOLU V DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 46

    Ħlasijiet minimi

    L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux kwalunkwe għajnuna jekk l-ammont għal kull applikazzjoni ta' għajnuna ma taqbiżx il-50 EUR.

    Artikolu 47

    Akkumulazzjoni ta' sanzjonijiet

    1. Tnaqqis u esklużjonijiet taħt dan ir-Regolament għandhom japplikaw indipendentament minn xulxin u b'mod individwali.

    2. Soġġett għall-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2988/95 [19], it-tnaqqis u esklużjonijiet taħt dan ir-Regolament għandhom ikunu bla preġudizzju għas-sanzjonijiet addizzjonali ma' kwalunkwe disposizzjonijiet oħra taħt il-liġi tal-Komunità jew dik nazzjonali.

    Artikolu 48

    Forza maġġuri u ċirkostanza eċċezzjonali

    1. Każijiet ta' forza maġġuri u ta' ċirkostanzi eċċezzjonali b'evidenza relevanti għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità kompetenti għandhom ikunu notifikati bil-miktub lill-awtorità fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol mid-data meta l-bidwi huwa f'pożizzjoni li jagħmel hekk.

    2. Ċirkostanzi eċċezzjonali jistgħu jkunu rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti f'każijiet bħal, per eżempju:

    (a) il-mewt tal-bidwi;

    (b) inkapaċità professjonali għal żmien twil tal-bidwi;

    (ċ) diżastru naturali aħrax li jaffettwa ħażin l-art agrikola;

    (d) id-distruzzjoni aċċidentali tal-bini tal-bhejjem miżmuma għal xi użu fuq l-art;

    (e) epizootic li jaffettwa parti jew kollu tal-bhejjem miżmuma għal xi użu tal-bidwi.

    Artikolu 49

    Irkupru ta' ħlasijiet mhux dovuti

    1. Jekk ħlas mhux dovut huwa magħmul, il-bidwi għandu jħallas mill-ġdid l-ammont in kwistjoni flimkien ma' l-interess ikkalkulat f'konformità ma' paragrafu 3.

    2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-irkupru ta' ħlas mhux dovut għandu jkun magħmul permezz ta' tnaqqis ta' dak l-ammont minn kwalunkwe avvanzi jew ħlasijiet taħt skemi ta' għajnuna msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3508/92 magħmula lill-bidwi wara d-data tad-deċiżjoni għall-irkupru. Iżda, il-bidwi jista' jerġa' jħallas l-ammont mingħajr ma jistenna t-tnaqqis.

    3. L-interessi għandhom ikunu kalkulati għall-perjodu li jgħaddi bejn in-notifikazzjoni ta' l-obbligu tal-ħlas mill-ġdid lill-bidwi u jew il-ħlas mill-ġdid jew it-tnaqqis.

    Ir-rata ta' interessi applikabbli għandha tkun determinata skond id-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali iżda ma għandhiex tkun inqas mir-rata ta' interessi applikabbli għall-irkupru ta' ammonti taħt disposizzjonijiet nazzjonali.

    4. L-obbligu tal-ħlas mill-ġdid imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandux japplika jekk il-ħlas kien magħmul bi żball mill-awtorità kompetenti nnifisha jew minn awtorità oħra u jekk l-iżball seta' ma kienx raġonevolment misjub mill-bidwi.

    Iżda, fejn l-iżball jirrigwarda elementi fattwalment relevanti għall-kalkolu tal-pagament konċernat, l-ewwel subparagrafu għandu japplika biss jekk id-deċiżjoni għall-irkupru ma kienx komunikat fi żmien 12-il xahar mill-ħlas.

    5. L-obbligu għall-ħlas mill-ġdid imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandux japplika jekk għadda il-perjodu bejn id-data tal-ħlas ta' l-għajnuna u dik ta' l-ewwel notifikazzjoni lill-benefiċjarju mill-awtorità kompetenti li tikkonċerna n-natura mhux dovuta tal-ħlas konċernat huwa iktar minn għaxar snin.

    Iżda, l-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun limitat għal erba' snin jekk il-benefiċjarju aġixxa in bona fede.

    6. Ammonti li għandhom ikunu rkuprati bħala konsegwenza ta' l-applikazzjoni ta' tnaqqis u esklużjonijiet ma' l-Artikolu 13 u Titolu IV għandhom ikunu soġġetti għal perjodu ta' preskrizzjoni ta' erba' snin.

    7. Paragrafi 4 u 5 ma għandhomx japplikaw fil-każ ta' avvanzi.

    8. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jirkuprawx ammonti ta' 100 EUR jew inqas, li ma jinkludux interessi, għal kull bidwi u għal perjodu ta' premium, sakemm il-liġi nazzjonali tagħhom tipprovdi għan-nuqqas ta' rkupru f'tali każijiet.

    Artikolu 50

    Trasferiment ta' artijiet

    1. Għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu:

    (a) it-"trasferiment ta' art" tfisser bejgħ, kirja jew kwalunkwe tip simili ta' tranżazzjoni għal dak li jirrigwarda l-produzzjoni ta' unitajiet konċernati;

    (b) "min jittrasferixxi" jfisser il-bidwi li l-art tiegħu hija trasferita lill-bidwi ieħor;

    (ċ) "min jirċievi t-trasferiment" ifisser il-bidwi li l-art hija trasferita lilu.

    2. Fejn art hija trasferita fit-totalità tagħha lil bidwi wieħed għall-ieħor wara li tkun saret applikazzjoni għall-għajnuna u qabel il-kondizzjonijiet l-oħra għall-għotja ta' għajnuna kienu mwettqa, l-ebda għajnuna ma għandha tkun mogħtija lil min jitrasferixxi għal dak li jirrigwarda l-art trasferita.

    3. L-għajnuna li ssir applikazzjoni għaliha minn min jistrsferixxi għandha tkun mogħtija lil min jirċievi t-trasferiment fejn:

    (a) f'perjodu tat-trasferiment li għandu jkun determinat mill-Istati Membri min jirċievi t-trasferiment jinforma lill-awtorità kompetenti tat-trasferiment u jitlob il-ħlas f'għajnuna;

    (b) min jirċievi t-trasferiment jippreżenta kwalunkwe evidenza meħtieġa mill-awtorità kompetenti;

    (ċ) il-kondizzjonijiet kollha għall-għotja ta' l-għajnuna huma mwettqa għal dak li jirrigwarda ż-żamma trasferita;

    4. La darba min jirċievi t-trasferiment informa l-awtorità kompetenti bit-trasferiment ta' l-art u jitlob il-ħlas ta' l-għajnuna in konformità ma' punt (a) ta' paragrafu 3:

    (a) id-drittijiet u obbligazzjonijiet ta' min jitrasferixxi li jirriżulta mir-relazzjoni legali bejn min jitrasferixxi u l-awtorità kompetenti iġġenerat mill-applikazzjoni ta' għajnuna għandha tkun mogħtija fuq min jirċievi t-trasferiment;

    (b) l-azzjonijiet neċessarji għall-għotja ta' l-għajnuna u d-dikjarazzjonijiet kollha magħmula minn min jittrasferixxi qabel it-trasferiment għandhom ikunu attribwiti lil min jirċievi t-trasferiment għall-għan ta' l-applikazzjoni tar-regoli relevanti tal-Komunità;

    (ċ) l-art trasferita għandha tkun ikkunsidrata, fejn adegwat, bħala art separata għal dak li jirrigwarda s-sena ta' marketing jew il-perjodu ta' premium in kwistjoni.

    5. Fejn applikazzjoni għall-għajnuna hija magħmula wara li jkunu ttieħdu l-azzjonijiet neċessarji għall-għotja ta' l-għajnuna u l-art hija trasferita fit-totalità tagħha minn bidwi wieħed għal ieħor wara dawk l-azzjonijiet ikunu bdew bdew iżda qabel il-kondizzjonijiet kollha għall-għotja ta' l-għajnuna ikunu ġew imwettqa, l-għajnuna tista' tkun mogħtija lil min jirċievi t-trasferiment sakemm il-kondizzjonijiet f'piunti (a) u (b) ta' paragrafu 3 huma mwettqa. F'dan il-każ, punt (b) ta' paragrafu 4 għandu japplika.

    6. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, fejn adegwat, li jagħtu l-għajnuna lil min jittrasferixxi. F'din il-ġrajja:

    (a) l-ebda għajnuna ma għandha tkun mogħtija lil min jirċievi t-trasferiment, u

    (b) l-Istati Membri jistgħu jassiguraw applikazzjoni analoga tal-ħtiġijiet stabbiliti f'paragrafi 2 sa 5.

    Artikolu 51

    Miżuri addizzjonali u assistenza komuni bejn l-Istati Membri

    1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha l-oħra meħtieġa għall-applikazzjoni adegwata ta' dan ir-Regolament u għandhom jagħtu assistenza komuni meħtieġa għall-għanijiet ta' verifiki ma' dan ir-Regolament. F'dan ir-rigward l-Istati Membri jistgħu, fejn dan ir-Regolament ma jipprovdix għal tnaqqis u esklużjonijiet adegwati, jipprovdu wkoll sanzjonijiet nazzjonali adegwati kontra produtturi jew parteċipanti ta' marketing bħal biċċeriji jew assoċjazzjonijiet involuti fil-proċedura għall-għotja ta' għajnuna sabiex jassiguraw konformità mal-ħtiġijiet ta' kontroll bħar-reġistru tal-merħla ta' l-art jew ir-rigward ta' l-obbligazzjonijiet tan-notifikazzjonijiet.

    2. Sakemm huwa neċessarju jew provist, l-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin sabiex jassiguraw kontrolli effettivi, u jassiguraw il-verifika fuq l-awtentiċità ta' dokumenti mibgħuta u/jew l-eżattezza ta' l-informazzjoni mibdula.

    Artikolu 52

    Notifikazzjonijiet

    1. Fejn l-Istati Membri jintroduċu tibdiliet fl-implimentazzjoni tas-sistema integrata tagħhom għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni.

    2. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mill-31 ta' Marzu ta' kull sena, għal kultivazzjoni arratija, u sa mhux iktar tard mill-31 ta' Awissu ta' kull sena, għall-premiums ta' l-annimali, rapport li jkopri s-sena kalendarja tas-sena ta' qabel u, b'mod partikolari, li jirrigwarda l-oqsma segwenti:

    (a) l-istat ta' implimentazzjoni tas-sistema integrata;

    (b) in-numru ta' applikazzjonijiet kif ukoll il-qasam totali u n-numru totali ta' annimali mniżżla permezz ta' skema ta' għajnuna individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 3508/92;

    (ċ) in-numru ta' applikazzjonijiet kif ukoll il-qasam totali u n-numru totali ta' annimali koperti bil-verifiki;

    (d) ir-riżultat tal-verifiki esegwiti, li jindikaw it-tnaqqis u esklużjonijiet applikati ma' Titolu IV.

    Fl-istess ħin man-notifikazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għal dak li jirrigwarda l-premiums ta' annimali li huma mibgħuta lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ukoll in-numru ta' benefiċjarji li rċevew għajnuniet taħt l-iskemi ta' għajnuna li jaqgħu fl-iskop tas-sistema integrata.

    F'sitwazzjonijiet eċċezzjonali l-Istati Membri jistgħu, bi ftehim mal-Kummissjoni, jidderogaw mid-dati msemmija fl-ewwel subparagrafu.

    3. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni tal-miżuri nazzjonali meħuda fl-applikazzjoni ta' dan ir-Reoglament.

    4. L-informazzjoni kompjuterizzata stabbilita bħala parti mis-sistema integrata għandha tkun użata sabiex tgħin l-informazzjoni speċifikata fl-istruttura tar-regoli settorjali li l-Istati Membri huma obbligati li jibagħtu lill-Kummissjoni.

    TITOLU VI DISPOSIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

    Artikolu 53

    Tħassir

    1. Regolament (KEE) Nru 3887/92 huwa hawnhekk imħassar. Iżda, għandu jkompli japplika f'dak li jirrigwarda l-applikazzjonijiet ta' għajnuna li jirrigwardaw snin ta' marketing jew perjodi ta' premiums li jibdew qabel l-1 ta' Jannar 2002.

    2. Riferenza għar-Regolament (KEE) nru 3887/92 għandha tittieħed bħala referenza għal dan ir-Regolament u għandha tkun moqrija b'konformità mal-lista misjuba fl-Anness.

    Artikolu 54

    Dħul fis-seħħ

    1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    2. Għandu japplika għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna li jirrigwardaw s-snin ta' marketing jew perjodi ta' premiums li jibdew fl-1 ta' Jannar ta' l-2002.

    L-Artikolu 3 u t-tinei subparagrafu ta' l-Artikolu 52(2) għandhom japplikaw b'effett mill-1 ta' Jannar ta' l-2003.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul Brussel, 11 ta' Diċembru ta' l-2001

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 355, tal-5.12.1992, pġ.1.

    [2] ĠU L 72, ta’ l-14.3.2001, pġ.6.

    [3] ĠU L 391, tal-31.12.1992, pġ.36.

    [4] ĠU L 314, ta’ l-14.12.2000, pġ.8.

    [5] ĠU L 337, ta’ l-4.12.1990, pġ.7.

    [6] ĠU L 328, tat-23.12.2000, pġ.1.

    [7] ĠU L 160, tas-26.6.1999, pġ.1.

    [8] ĠU L 145, tal-31.5.2001, pġ.16

    [9] ĠU L 204, tal-11.8.2000, pġ.1.

    [10] ĠU L 160, tas-26.6.1999, pġ.21.

    [11] ĠU L 201, tas-26.7.2001, pġ. 1.

    [12] ĠU L 160, tas-26.6.1999, pġ.103.

    [13] ĠU L 355, tal-5.12.1992, pġ.32.

    [14] ĠU L 281, ta’ l-4.11.1999, pġ. 30.

    [15] ĠU L 245, ta’ l-1.10.1993, pġ. 99.

    [16] ĠU L 312, ta’ l-20.11.1998, pġ.1.

    [17] ĠU L 354, tat-30.12.1997, pġ.23.

    [18] ĠU L 160, tas-26.6.1999, pġ.48.

    [19] ĠU L 312, tat-23.12.1995, pġ.1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    LISTA TA' KORRELAZZJONI

    Regolament (KEE) Nru 3887/92 | Dan ir-Regolament |

    Artikolu 1 | Artikolu 1 |

    Artikolu 2(1) | Artikolu 5(1) |

    Artikolu 2(2) | - |

    Artikolu 2(3) | Artikolu 5(2) |

    Artikolu 2(4) | Artikolu 46 |

    Artikolu 3 | Artikolu 4(1) |

    Artikolu 4(1) l-ewwel subparagrafu | Artikolu 6(1) |

    Artikolu 4(1) It-Tieni subparagrafu | Artikolu 2 punt (k) |

    Artikolu 4(1) It-Tielet subparagrafu | Artikolu 7 |

    Artikolu 4(2) Punt (a) | Artikolu 8 |

    Artikolu 4(2) punt (b) | - |

    Artikolu 4(3) | Artikolu 6(3) |

    Artikolu 4(4) | - |

    Artikolu 4(5) | Artikolu 9 |

    Artikolu 4(6) | Artikolu 6(2) |

    Artikolu 4(7) | Artikolu 4(2) |

    Artikolu 5 | Artikolu 10 |

    Artikolu 5a | Artikolu 11 |

    Artikolu 5b | Artikolu 12 |

    Artikolu 6(1) | Artikolu 15 |

    Artikolu 6(2) | Artikolu 16 |

    Artikolu 6(3) | Artikolu 18(1) and (2) |

    Artikolu 6(3a) | - |

    Artikolu 6(4) | Artikolu 19 |

    Artikolu 6(5) l-ewwel subparagrafu | Artikolu 17(1) |

    Artikolu 6(5) Tieni subparagrafu | Artikolu 21 |

    Artikolu 6(5) Tielet subparagrafu | Artikolu 25(1) |

    Artikolu 6(5) subparagrafu 4 | Artikolu 17(2) |

    Artikolu 6(6) | Artikolu 25(2) |

    Artikolu 6(6a) l-ewwel, tieni u tielet subparagrafi | Artikolu 26 |

    Artikolu 6(6a)Ir-raba' subparagrafu | Artikolu 27 |

    Artikolu 6(6a) Il-ħames subparagrafu | - |

    Artikolu 6(6b) | - |

    Artikolu 6(6c) | Artikolu 18(3) |

    Artikolu 6(7) u (8) | Artikolu 22 |

    Artikolu 6(9) | Artikolu 28 |

    Artikolu 7(1) | Artikolu 23 |

    Artikolu 7(2) | - |

    Artikolu 7a(1) u (2) l-ewwel u tieni usbparagrafi | Artikolu 20 |

    Artikolu 7a(2) It-tielet subparagrafu u (3) u (4) | Artikolu 29 |

    Artikolu 7b | Artikolu 17(3) |

    Artikolu 8 | Artikolu 13 |

    Artikolu 9(1) | Artikolu 31(1) |

    Artikolu 9(2) l-ewwel subparagrafu l-ewwel sentenza | Artikolu 31(2) |

    Artikolu 9(2) l-ewwel subparagrafu tieni sentenza u t-tieni subparagrafu | Artikolu 31(4) u Artikolu 32(1) |

    Artikolu 9(2) It-tielet subparagrafu | - |

    Artikolu 9(2) Ir-raba' subparagrafu | Artikolu 30 |

    Artikolu 9(2) ħames subparagrafu | - |

    Artikolu 9(2) Is-sitt subparagrafu | Artikolu 2 punt (r) |

    Artikolu 9(2) Is-seba' subparagrafu | - |

    Artikolu 9(3) | Artikolu 33 |

    Artikolu 9(4) l-ewwel subparagrafu | Artikolu 34 |

    Artikolu 9(4) It-tieni subparagrafu | Artikolu 31(3) |

    Artikolu 10(1) sa (4) | Artikolu,36 |

    Artikolu 10(5) | Artikolu 41 |

    Artikolu 10a | Artikolu 37 |

    Artikolu 10b | Artikoli 38 u 40 |

    Artikolu 10c | Artikolu 39 |

    Artikolu 10d | Artikolu 36(4) |

    Artikolu 10e(l) | Artikolu 38(4) u Artikolu 40 |

    Artikolu l0e(2) | Artikolu 42 |

    Artikolu 10f | - |

    Artikolu 10g | Artikolu 43 |

    Artikolu 11(1) | Artikolu 47(2) |

    Artikolu 11(la) | Artikolu 44(2) |

    Artikolu 11(2) u (3) | Artikolu 48 |

    Artikolu 12 | - |

    Artikolu 13 | - |

    Artikolu 14 | Artikolu 49 |

    Artikolu 14a | Artikolu 50 |

    Artikolu 15 | Artikolu 51 |

    Artikolu 16 | - |

    Artikolu 17(1) u (2) | - |

    Artikolu 17(3) | Artikolu 52(2) |

    Artikolu 18 | Artikolu 52(3) u (4) |

    Artikolu 19 | Artikolu 54 |

    --------------------------------------------------

    Top