EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R2299

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2299/2001 tas-26 ta' Novembru 2001 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 800/1999 li jipprovdi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' rifondi ta' l-esportazzjoni fuq prodotti agrikoli, u r-Regolament (KE) Nru 1291/2000 li jipprovdi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni u ċ-ċertifikati għall-iffissar bil-quddiem ta' prodotti agrikoli

ĠU L 308, 27.11.2001, p. 19–20 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/08/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0612

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/2299/oj

32001R2299



Official Journal L 308 , 27/11/2001 P. 0019 - 0020


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2299/2001

tas-26 ta' Novembru 2001

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 800/1999 li jipprovdi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' rifondi ta' l-esportazzjoni fuq prodotti agrikoli, u r-Regolament (KE) Nru 1291/2000 li jipprovdi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni u ċ-ċertifikati għall-iffissar bil-quddiem ta' prodotti agrikoli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1666/2000 [2] u b'mod partikolari l-Artikolu 9 (2) u l-Artikolu 5a (13) tiegħu, u għad-disposizzjonijiet li jikkorrispondu fir-regolamenti l-oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli,

Billi:

(1) L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2298/2001 tas-26 ta' Novembru 2001 li jistabbilixxi r-regoli dettaljali għall-esportazzjoni ta' prodotti fornuti bħala għajnuna permezz ta' ikel [3], jistipula li l-liċenzja ta' l-esportazzjoni bl-iffissar bil-quddiem tar-rifondi għandha tkun ippreżentata għall-esportazzjonijiet fil-kuntest ta' l-operazzjonijiet ta' l-għajnuna fil-forma ta' ikel li dwarhom jintalbu r-rifondi. Id-disposizzjonijiet relevanti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 90/2001 [5], u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1095/2001 [7], għandhom għalhekk jiġu emendati.

(2) L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 jeskludi ċerti operazzjonijiet mill-ħtieġa li tkun prodotta liċenzja, inklużi l-operazzjonijiet koperti bl-Artikoli 36, 40 u 44 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999. Ir-Referenza magħmula fl-Artikolu 24(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 għall-liċenzji għal dawk l-operazzjonijiet m'għandhiex għalhekk tapplika u għandha titħassar bħala riżultat.

(3) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitati ta' Ġestjoni kkonċernati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 4 (1) tar-Regolament (KE) Nru 800/199 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"Id-dritt għar-rifondi għandu jkun bil-kondizzjoni li tkun ippreżentata liċenzja ta' l-esportazzjoni bl-iffissar bil-quddiem tar-rifondi, ħlief fil-każi ta' l-esportazzjoni ta' l-oġġetti.

B'dana kollu, l-ebda liċenzja ma hija meħtieġa biex jinkisbu r-rifondi:

- meta l-kwantitajiet esportati għal kull dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni jkunu inqas minn jew ugwali għall-kwantitajiet stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000,

- fil-każi koperti bl-Artikoli 6, 36, 40, 44, 45 u l-Artikolu 46(1),

- għall-fornimenti lejn il-forzi armati ta' l-Istati Membri stazzjonati f'pajjiżi terzi."

Artikolu 2

Ir-Regolament (KEE) Nru 1291/2000 huwa emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 16 huwa mibdul bit-test li ġej:

"Artikolu 16

Applikazzjonijiet għal-liċenzji u għal-liċenzji bl-iffissar bil-quddiem tar-rifondi li huma mħejjija b'konnessjoni ma' l-operazzjoni ta' għajnuna permezz ta' ikel skond it-tifsira ta' l-Artikolu 10(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikultura konkluż bħala parti mill-Laqgħa ta' l-Urugwaj dwar negozjati għall-kummerċ plurilaterali għandu jkun fihom fis-sezzjoni 20 ta' l-inqas waħda mill-kliem li ġejjin:

- Certificado GATT — Ayuda alimentaria

- GATT-licens — fødevarehjælp

- GATT-Lizenz, Nahrungsmittelhilfe

- Il-Liċenzja taħt GATT — għajnuna permezz ta' ikel

- Licence under GATT — food aid

- Certificat GATT — aide alimentaire

- Titolo GATT — Aiuto alimentare

- GATT-certificaat — Voedselhulp

- Certificado GATT — ajuda alimentar

- GATT-todistus — elintarvikeapu

- GATT-licens — livsmedelsbistånd.

Il-pajjiż tad-destinazzjoni għandu jkun indikat fis-sezzjoni 7. Din il-liċenzja għandha tkun valida biss għall-esportazzjonijiet fil-kuntest ta' dawk l-operazzjonijiet ta' għajnuna permezz ta' l-ikel."

2. L-Artikolu 24 huwa mibdul b'dan li ġej:

"(b) fil-każ ta' liċenzja ta' l-esportazzjoni jew ċertifikat ta' l-iffissar bil-quddiem tar-rifondi, id-dikjarazzjoni li tirrigwardja:

- l-esportazzjoni, jew

- it-tqegħid ta' prodotti permezz ta' wieħed mill-arranġamenti li hemm provvediment dwarhom fl-Artikoli 4 jew 5 tar-Regolament (KEE) Nru 565/80."

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, is-26 ta' Novembru 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 181, ta’ l-1.7.1992, pġ. 21.

[2] ĠU L 193, tad-29.7.2000, pġ. 1.

[3] Ara l-paġna 16 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[4] ĠU L 102, tas-17.4.1999, pġ. 11.

[5] ĠU L 14, tat-18.1.2001, pġ. 22.

[6] ĠU L 152, ta’ l-24.6.2000, pġ. 1.

[7] ĠU L 150, tas-6.6.2001, pġ. 25.

--------------------------------------------------

Top