This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001R2243
Commission Regulation (EC) No 2243/2001 of 16 November 2001 amending Council Regulation (EC) No 1420/1999 and Commission Regulation (EC) No 1547/1999 as regards shipments of certain types of waste to Cameroon, Paraguay and Singapore (Text with EEA relevance)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2243/2001 tas-16 ta' Novembru 2001 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1420/1999 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1547/1999 fir-rigward ta' vjeġġi ta' ċerti tipi ta' skart għall-Kamerun, il-Paragwaj u SingaporeTest b'relevanza għaż-ŻEE.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2243/2001 tas-16 ta' Novembru 2001 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1420/1999 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1547/1999 fir-rigward ta' vjeġġi ta' ċerti tipi ta' skart għall-Kamerun, il-Paragwaj u SingaporeTest b'relevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 303, 20.11.2001, pp. 11–15
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 303 , 20/11/2001 P. 0011 - 0015
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2243/2001 tas-16 ta' Novembru 2001 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1420/1999 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1547/1999 fir-rigward ta' vjeġġi ta' ċerti tipi ta' skart għall-Kamerun, il-Paragwaj u Singapore (Test b'relevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 259/93 ta' l-1 ta' Frar 1993 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta' vjeġġi ta' skart fi, għal u mill-Komunità Ewropea [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1999/816 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1420/1999 tad-29 ta' April 1999 li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni li għandhom japplikaw għat-trasport ta' ċerti tipi ta' skart lejn ċertu pajjiżi mhux ta' l-OECD [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1800/2001 [4], u b'mod partikolari l-Artikolu 3(5) tiegħu, Billi: (1) F'Jannar 2000, il-Kummissjoni Ewropea bagħtet note verbale lill-pajjiżi kollha mhux ta' OECD (inklużi l-Ungerija u l-Polonja, li s'issa għadhom ma applikawx id-Deċiżjoni ta' OECD C(92)39 finali). L-għan ta' dan in-note verbal kien tripplu: (a) li javża lil dawn il-pajjiż bir-Regolamenti ġodda tal-Komunità; (b) li jitlob għall-konferma tal-posizzjonijiet rispettivi kif imniżżla fl-annessi li jinsabu mat-Regolament (KE) Nru 1420/1999 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1547/1999 tat-12 ta' Lulju 1999 li jistabbilixxi l-proċeduri ta' kontroll taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 li japplika għal vjeġġi ta' ċerti tipi ta' skart għal ċerti pajjiżi li għalihom id-Deċiżjoni OECD C(92) 39 finali ma tapplikax [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1800/2001; u (c) li jkollhom tweġiba minn dawk il-pajjiżi li ma weġbux fl-1994. (2) Fost il-pajjiżi li wieġbu, il-Paragwaj avża lill-Kummissjoni li l-importazzjoni ta' ċertu skart elenkat fl-Anness II li jinsab mar-Regolament (KEE) Nru 259/93 huwa aċċettat mingħajr proċedura ta' kontroll. Dwar l-iskart l-ieħor, indikaw li l-posizzjoni tagħhom ma nbidlitx (tweġiba ta' l-1 ta' Marzu 2000). (3) Is-Singapore innotifika lill-Kummissjoni li l-importazzjoni ta' ċertu skart elenkat fl-Anness II li jinsab mar-Regolament (KEE) Nru 259/93 huwa aċċettat jew mingħajr kull proċedura ta' kontroll jew wara l-proċedura li tapplika għall-iskart elenkat fl-Anness III li jinsab ma' l-istess Regolament ("proċedura għambra"). Dwar l-iskart l-ieħor, indikaw li l-posizzjoni tagħhom ma nbidlitx (tweġiba ta' l-ta' Jannar 2001). (4) Skond l-Artikolu 17(3) tar-Regolament (KEE) Nru 259/93, il-kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta' Lulju 1975 dwar skart [6], kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/350/KE [7], kien innotifikat bit-talba uffiċċjali tal-Paragwaj fit-8 ta' Frar 2001. (5) Biex jingħata kont tas-sitwazzjoni l-ġdida f'dan il-pajjiż, huwa meħtieġ li jiġi emendat fl-istess waqt ir-Regolament (KE) Nru 1420/1999 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1547/1999. (6) Dwar il-Kamerun huwa meħtieġ li tiġi emendata s-sezzjoni GA ta' l-Anness A li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1420/1999 biex tiġi żgurata konsistenza mar-Regolament (KE) Nru 1547/1999. (7) Il-miżuri li għalihom jipporvdi dan r-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf bis-saħħa ta' l-Artikolu 18 tad-Direttiva 75/442/KEE, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Annessi A u D li jinsabu mar-Regolament (KE) Nru 1547/1999 huma emendati kif imniżżel fl-Anness I li jinsab ma' dan ir-Regolament. Artikolu 2 L-Anness A jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1420/1999 huma emendati kif imniżżel fl-Anness II li jinsab ma' dan ir-Regolament. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-16 ta' Novembru 2001. Għall-Kummissjoni Pascal Lamy Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 30, tas-6.2.1993, p. 1. [2] ĠU L 316, ta' l-10.12.1999, p. 45. [3] ĠU L 166, ta' l-1.7.1999, p. 6. [4] ĠU L 244, ta' l-14.9.2001, p. 19. [5] ĠU L 185, tas-17.7.1999, p. 1. [6] ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 39. [7] ĠU L 135, tas-6.6.1996, p. 32. -------------------------------------------------- ANNESS I L-Annessi A u D li jinsabu mar-Regolament (KE) Nru 1547/1999 huma emendati kif ġej: 1. Fl-Anness A, sezzjoni GC ("Skart ieħor li fih il-metall") it-test relatat ma' SINGAPORE, id-daħla li ġejja għandha tidħol: "GC 020 | Skrapp elettroniku (eż. bords ta' ċirkwiti stampati, komponenti elttroniċi, wajer, eċċ.) u komponenti elettroniċi miġbura mill-ġdid adattati bħala bażi u rkupru ta' metall prezzjuż'." | 2. Fl-Anness D, it-test kollu li jirrelata mal-PARAGWAJ huwa mibdul bit -test: "PARAGWAJ 1. Fis-sezzjoni GA ( "Skart tal-metall u metall imħallat f'forma metallika [1] li ma tixxerridx" GA 120 | 740400 | Skart u skrapp tar-ramm aħmar | GA 140 | 760200 | Skart u skrapp ta' l-aluminju | GA 150 | ex780200 | Skart u skrapp taċ-ċomb | GA 160 | 790200 | Skart u skrapp taż-żingu | GA 170 | 800200 | Skart u skrapp tal-landa | GA 430 | 7204 | Skart tal-ħadid jew azzar | 2. It-tipi kollha fis-sezzjoni GH ("Skart ta' plastik solidu") 3. It-tipi kollha fis-sezzjoni GI ("Karta, kartun jew skart tal-prodotti tal-karta"). 4. Fis-sezzjoni GJ ( "Skart tat-tessuti" ): GJ 010 | 5003 | Skart tal-ħarir (inklużi fosdqiet tad-dud tal-ħarir mhux adattati biex jitkebbu, skart tal-ħajt u ħażniet garnetted): | GJ 011 | 500310 | Mhux xkupiljat jew mimxut | GJ 030 | 5202 | Skart tat-tajjar (inkluż skart tal-ħajt u ħażniet garnetted) | GJ 031 | 520210 | Skart tal-ħajt (inkluż skart tal-ħjut) | GJ 032 | 520291 | Ħażniet garnetted | 5. Fis-sezzjoni GL ( "Sufra mhux ittrattata u skart ta' l-injam" ) GL 010 | ex440130 | Skart ta' l-injam u skrapp, sew jekk agglomerat jew li fi żkuk, trab tal-faħam, pettels jew forom simili | GL 020 | 450190 | Skart tas-sufra, mgħaffeġ, granulat jew mitħun" | 3. Fl-Anness D, it-test kollu li jirrelata ma' SINGAPORE huwa mibdul bit-test: "SINGAPORE 1. Fis-sezzjoni GA ( "Skart tal-metall u metall imħallat f'forma metallika [2] li ma tixxerridx" ) GA 430 | 7204 | Skart talħadid jew azzar" | [1] "li ma jixxeridx" ma jinkludix xi skart fil-forma ta' trab, ħama, trab jew oġġetti solidi li jkollhom ġo fihom skart likwidu perikoluż.) [2] "li ma jixxeridx" ma jinkludix xi skart fil-forma ta' trab, ħama, trab jew oġġetti solidi li jkollhom ġo fihom skart likwidu perikoluż.) -------------------------------------------------- ANNESS II L-Anness A li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1420/1999 qiegħed jiġi emendat kif ġej: 1. Fis-sezzjoni GA ("Skart tal-metall u metall imħallat f'forma metallika li ma tixxerridx") fit-test li jirrelata mal-Kamerun id-daħla: "GA 130 | 750300 | Skart u skrapp tannickel'" | huwa mibdul bid-daħla: "GA 140 | 760200 | Skart u skrapp ta' laluminju" | 2. Fl-Anness D, it-test kollu li jirrelata mal-PARAGWAJ huwa mibdul bit-test: "PARAGWAJ It-tipi kollha ħlief 1. Fis-sezzjoni GA ( "Skart tal-metall u metall imħallat f'forma metallika [1] li ma tixxerridx" GA 120 | 740400 | Skart u skrapp tar-ramm aħmar | GA 140 | 760200 | Skart u skrapp ta' l-aluminju | GA 150 | ex780200 | Skart u skrapp taċ-ċomb | GA 160 | 790200 | Skart u skrapp taż-żingu | GA 170 | 800200 | Skart u skrapp tal-landa | GA 430 | 7204 | Skart tal-ħadid jew azzar | 2. It-tipi kollha fis-sezzjoni GH ("Skart ta' plastik solidu") 3. It-tipi kollha fis-sezzjoni GI ("Karta, kartun jew skart tal-prodotti tal-karta"). 4. Fis-sezzjoni GJ ( "Skart tat-tessuti" ): GJ 010 | 5003 | Skart tal-ħarir (inklużi fosdqiet tad-dud tal-ħarir mhux addattati biex jitkebbu, skart tal-ħajt u ħażniet | GJ 011 | 500310 | - Mhux xkupiljat jew mimxut | GJ 030 | 5202 | Skart tat-tajjar (inkluż skart tal-ħajt u ħażniet garnetted) | GJ 031 | 520210 | Skart tal-ħajt (inkluż skart tal-ħjut) | GJ 032 | 520291 | Ħażniet garnetted | 5. Fis-sezzjoni GL ( "Sufra mhux ittrattata u skart ta' l-injam" ): GL 010 | ex440130 | Skart ta' l-injam u skrapp, sew jekk agglomerat jew li fi żkuk, trab tal-faħam, pettels jew forom simili | GL 020 | 450190 | Skart tas-sufra, mgħaffeġ, granulat jew mitħun" | 3. Fl-Anness D, it-test kollu li jirrelata mal-SINGAPORE huwa mibdul bit-test: "SINGAPORE It-tipi kollha ħlief 1. Fis-sezzjoni GA ("Skart tal-metall u metall imħallat f'forma metallika [2] li ma tixxerridx)" L-iskart li ġej u skrapp ta' metalli prezzjużi u taħlitiet tagħhom: GA 010 | ex711210 | - Tad-deheb | GA 020 | ex711220 | - Tal-platimum (l-espressjoni "platinum" tinkludi platinum, iridium, osmium, palladium, rhodium u ruthenium) | GA 030 | ex711290 | - Metalli prezzjużi oħra, eż. fidda | NB: Il-merkurju huwa speċifikament eskluż bħala kontaminant ta' dawn il-metalli jew it-taħlitiet tagħhom jew amalgams. L-iskart li ġej u skrapp ta' metalli li ma fihomx ħadid u taħlitiet tagħhom: GA 120 | 740400 | Skart u skrapp tar-ramm aħmar | GA 130 | 750300 | Skart u skrapp tan-nickel | GA 140 | 760200 | Skart u skrapp ta' l-aluminju | GA 150 | ex780200 | Skart u skrapp taċ-ċomb | GA 170 | 800200 | Skart u skrapp tal-landa | GA 190 | ex810291 | Skart u skrapp tal-molybdnum | GA 250 | ex810810 | Skart u skrapp tat-titanium | GA 260 | ex810910 | Skart u skrapp taż-żirkonju | GA 280 | ex811100 | Skart u skrapp tal-manganese | GA 300 | ex811220 | Skart u skrapp tal-kromju | GA 320 | ex811240 | Skart u skrapp tal-vanadium | GA 350 | ex811291 | Skart u skrapp tan-niobium | GA 430 | 7204 | Skart tal-ħadid jew azzar | 2. Fis-sezzjoni GC ( "Skart ieħor li jkun fih il-metalli" ): GC 020 | | Skrapp elettroniku (eż. bords ta' ċirkwiti stampati, komponenti elttroniċi, wajer, eċċ.) u komponenti elettroniċi miġbura mil-ġdid adattati bħala bażi u rkupru ta' metall prezzjuż. | GC 070 | ex261900 | Gagazza li toħroġ mill-manifattura ta' ħadid u azzar tal-karbun (inkluż azzar imħallat baxx) eskluża dik il-gagazza li ma tkunx ġiet speċifikament prodotta biex tilħaq il-ħtiġijiet u standards relevanti kemm nazzjonali u dawk internazzjonali | 3. Fis-sezzjoni GD ( "Skart minn operazzjonijiet ta' imminar: dan l-iskart għandu jkun f'forma li ma jixxerridx" ): GD 020 | ex251400 | Skart tal-lavanja, sew jekk irfinat fuq fuq sew jekk le jew maqtugħ biss permezz ta' serrar jew xort'oħra | 4. Fis-sezzjoni GH ( "Skart ta' plastik solidu" ): GH 013 | ex391530 | Skart ta' laqx u skrapp talplastik ta': Polymers u vinyl chloride" | [1] "li ma jixxerridx" ma jinkludix xi skart fil-forma ta' trab, ħama, trab jew oġġetti solidi li jkollhom ġo fihom skart likwidu perikoluż.) [2] "li ma jixxerridx" ma jinkludix xi skart fil-forma ta' trab, ħama, trab jew oġġetti solidi li jkollhom ġo fihom skart likwidu perikoluż. --------------------------------------------------