Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R2180

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2180/2001 tad-9 ta' Novembru 2001 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

    ĠU L 293, 10.11.2001, p. 5–7 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/2180/oj

    32001R2180



    Official Journal L 293 , 10/11/2001 P. 0005 - 0007


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2180/2001

    tad-9 ta' Novembru 2001

    dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura tal-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2031/2000 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

    Billi:

    (1) Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness ma’ dan ir-Regolament;

    (2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli wkoll japplikaw għal xi nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn disposizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bl-intenzjoni li jiġu applikati t-tariffa u miżuri oħra li jirrigwardaw il-kummerċ ta' l-oġġetti;

    (3) Skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża ma’ dan ir-Regolament iridu jiġu kklassifikati skond il-kodiċijiet tan-NM indikati fil-kolonna 2, skond ir-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3;

    (4) Huwa xieraq li informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda u li mhumiex konformi mad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, jistgħu jkomplu jintalbu, skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [4], għal perjodu ta' tlett xhur mid-detentur;

    (5) Il-miżuri li hemm provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża huma kklassifikati ġewwa n-Nomenklatura Magħquda skond il-kodiċijiet tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

    Artikolu 2

    L-informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri li mhihiex konformi mad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament tista’ tkompli tintalab skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tlett xhur.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fid-9 ta' Novembru 2001.

    Għall-Kummissjoni

    Frederik Bolkestein

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

    [2] ĠU L 279, tat-23.10.2001, p. 1.

    [3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

    [4] ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 17.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Kodiċi tan-NM | Raġunijiet |

    (1) | (2) | (3) |

    Prodott ta' tapit tad-drapp f'forma ta' kaxxa (65 % polyester u 35 % qoton), ta' qies ta' madwar 70 x 70ċm li huwa mgħammar minn fibri tal-polyester. Żewġ lasti flessibbli tal-plastik, mgħammra b'foam tal-plastik u mgħottija bid-drapp, huma provduti mat-tapit. Għandhom tul ta' madwar 1,5ċm kull waħda u jistgħu jitwaħħlu mat-trufijiet tat-tapit. L-aċċessorji li ġejjin huma provduti biex jitwaħħlu mal-lasti tal-plastik: mera magħmula mid-drapp u l-plastik,ċekċieka magħmula mill-plastik,fjura magħmula mid-drapp li fiha apparat elettroniku li jipproduċi biċċa mużika meta jingħafas.Il-prodott huwa maħsub għat-tfal sa l-età ta' 10 xhur. Ara l-istampa A | 95039037 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 1(t) tat-Taqsima XI u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 9503, 950390 u 95039037 Minħabba l-użu maħsub tiegħu u l-provvista tiegħu tal-ġugarelli, il-prodott huwa kkunsidrat bħala ġugarell tad-drapp. |

    Prodott f'forma ta' tapit tad-drapp, li huma mgħammar b'foam tal-plastik. It-tapit huwa magħmul minn erba’ biċċiet, li jistgħu jitwaħħlu b'modi differenti jinqaflu bil-Velcro. Tlett biċċiet tat-tapit għandhom it-twieqi, li huma pprovduti bl-aċċessorji li ġejjin: mera magħmula mill-plastik,ballun magħmul mid-drapp, li fih ċekċieka,stilla magħmula mid-drapp, li tipproduċi ħoss ta' għafis,borża tal-plastik li għandha timtela bl-ilma, li fiha ħut magħmula mill-plastik,stampi ta' l-annimali. Barra minn hekk din il-biċċa hija provduta b'figuri ta' sura tonda magħmula mid-drapp u fiha apparat elettroniku, li jipproduċi l-ħoss ta' l-annimal rilevanti.Biċċa waħda tikkonsisti minn tapit tad-drapp b'aċċessorji forma ta' disinni ġeometriċi. Dawn l-aċċessorji jitwaħħlu bil-Velcro jew lazzijiet tad-drapp mal-biċċiet tat-tapit. Il-prodott huwa maħsub għat-tfal sa l-età ta' 18-il xahar. Ara l-istampa B | 95039037 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 1(t) tat-Taqsima XI u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 9503, 950390 u 95039037 Minħabba l-użu maħsub tiegħu u l-provvista tiegħu tal-ġugarelli, il-prodott huwa kkunsidrat bħala ġugarell tad-drapp. |

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top