This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001R2105
Commission Regulation (EC) No 2105/2001 of 26 October 2001 amending Regulation (EC) No 1093/2001 as regards hemp imports
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 2105/2001 tas-26 ta’ Ottubru 2001 li jemenda r-Regolament (KE) Numru 1093/2001 dwar l-importazzjoni tal-qanneb
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 2105/2001 tas-26 ta’ Ottubru 2001 li jemenda r-Regolament (KE) Numru 1093/2001 dwar l-importazzjoni tal-qanneb
ĠU L 283, 27.10.2001, p. 11–11
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 26/06/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0507
Official Journal L 283 , 27/10/2001 P. 0011 - 0011
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 2105/2001 tas-26 ta’ Ottubru 2001 li jemenda r-Regolament (KE) Numru 1093/2001 dwar l-importazzjoni tal-qanneb IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 1673/2000 tas-27 ta’ Lulju 2000 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-kittien u l-qanneb mkabbra għal fibra [1], u partikolarment l-Artikoli 9 u 14 tiegħu, Billi: (1) Regoli ġodda dwar l-importazzjoni tal-qanneb huma stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 1093/2001 [2], li jemenda r-Regolament (KE) Numru 245/2001 [3] li jistab-bilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Numru 1673/2000. l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Numru 1093/2001 jistipula li dawk ir-regoli għandhom japplikaw mill-1 ta’ Novembru 2001. (2) Il-ħolqien ta’ miżuri nazzjonali li jikkorrispondu mar-regoli l-ġodda dwar l-importazzjoni tal-qanneb teħtieġ tibdil nazzjonali leġislattivi, amministrattivi maġġuri u prattiċi. B’ konseg-wenza, xi Stati Membri ma jkunux jistgħu jiggarantixxu li r-regoli jiġu applikati fid-data mbassra, l-1 ta’ Novembru 2001. L-Istati Membri għandhom jingħataw iżjed żmien biex jassiguraw li r-regoli jidħlu fis-seħħ fl-istess żmien u b’ l-istess mod, u għalhekk id-data ġdida ta’ l-1 ta’ Mejju 2002 għandha tiġi ffissata għall-applikazzjoni tar-regoli l-ġodda. Bħala konsegwenza, il-miżuri ta’ kontroll fis-seħħ qabel id-data ta’ qabel għandhom ikomplu fl-applikazzjoni sat-30 ta’ April 2002. (3) Il-miżuri maħsuba f’ dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Fibri Naturali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 F’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Numru 1093/2001, id-data "1 ta’ Novembru 2001" hija sostitwita b’ "1 ta’ Mejju 2002" u d-data "31 ta’ Ottubru 2001" hija sostitwita b’ "30 ta’ April 2002". L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament ghandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-26 ta’ Ottubru 2001. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 16. [2] ĠU L 150, tas-6.6.2001, p. 17. [3] ĠU L 35, tas-6.2.2001, p. 18. --------------------------------------------------