This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001R2036
Commission Regulation (EC) No 2036/2001 of 17 October 2001 supplementing the Annex to Regulation (EC) No 2400/96 on the entry of certain names in the "Register of protected designations of origin and protected geographical indications" provided for in Council Regulation (EEC) No 2081/92 on the protection of geographical indications and designations of origin for agricultural products and foodstuffs
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2036/2001 tas-17 ta’ Ottubru 2001 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta’ ċerti ismijiet fir-“Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” pprovdut bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta’ l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta' l-ikel agrikoli
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2036/2001 tas-17 ta’ Ottubru 2001 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta’ ċerti ismijiet fir-“Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” pprovdut bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta’ l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta' l-ikel agrikoli
ĠU L 275, 18.10.2001, pp. 9–10
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 275 , 18/10/2001 P. 0009 - 0010
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2036/2001 tas-17 ta’ Ottubru 2001 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta’ ċerti ismijiet fir-"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" pprovdut bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta’ l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta' l-ikel agrikoli IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta' l-14 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ismijiet ta’ l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta' l-ikel agrikoli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2796/2000 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 6(3) u (4) tiegħu, Billi: (1) Skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, Franza u l-Italja bagħtu lill-Kummissjoni seba’ applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ ċerti ismijiet bħala ismijiet ta’ l-oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi. (2) Skond l-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament, l-applikazzjonijiet instabu li jilħqu l-ħtiġijiet kollha stabbiliti fih u b'mod partikolari fihom it-tagħrif kollu meħtieġ skond l-Artikolu 4 tiegħu. (3) L-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni ma ġiet irċevuta mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament rigward l-ismijiet mogħtija fl-Anness ma’ dan ir-Regolament wara l-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej [3]. (4) L-ismijiet għandhom għalhekk jiddaħħlu fir-"Reġistru ta’ l-ismijiet ta’ l-oriġini protetti u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" u minn issa 'l quddiem jiġu protetti fil-Komunità kollha bħala ismijiet ta’ l-oriġini protetti jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti. (5) L-Anness ma’ dan ir-Regolament jissupplimenta l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2400/96 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1971/2001 [5], ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 L-ismijiet fl-Anness ma’ hawn huma miżjuda fl-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 2400/96 u mdaħħla bħala denominazzjoni ta’ l-oriġini protetti (DPO) jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP) fir-"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti"pprovdut bl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92. L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-17 ta’ Ottubru 2001. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 208, ta' l-24.7.1992, p. 1. [2] ĠU L 324, tal-21.12.00, p. 26. [3] ĠU C 297, tad-19.10.00, p. 2.ĠU C 297, tad-19.10.00, p. 4.ĠU C 313, tal-01.11.00, p. 5.ĠU C 330, tal-21.11.00, p. 2.ĠU C 331, tat-22.11.00, p. 7.ĠU C 366, tal-20.12.00, p. 9.ĠU C 366, tal-20.12.00, p. 12. [4] ĠU L 327, tat-18.12.96, p. 11. [5] ĠU L 269, tal-10.10.01, p. 5. -------------------------------------------------- L-ANNESS IL-PRODOTTI ELENKATI FL-ANNESS I MAT-TRATTAT TAL-KE, MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM Il-Laħam frisk u l-interjuri FRANZA It-Taureau de Camargue (IOP) Il-Prodotti bbażati fuq il-laħam FRANZA Il-Boudin blanc de Rethel (IĠP) Il-Jambon sec et noix de jambon sec des Ardennes (IĠP) Iż-Żjut u x-xaħmijiet Iż-Żejt taż-żebbuġa FRANZA L-Huile d'olive d'Aix-en-Provence (IOP) L-Huile d'olive de Haute-Provence (IOP) L-ITALJA Il-Veneto Valpolicella, il-Veneto Euganei e Berici, il-Veneto del Grappa (IOP) L-OĠĠETTI TA' L-IKEL ELENKATI FL-ANNESS I MAR-REGOLAMENT (KEE) Nru 2081/92 Il-Ħobż, l-għagina, il-kejkijiet, l-oġġetti tal-ħelu, il-gallettini u oġġetti oħra tal-furnar għall-bejgħ L-ITALJA Il-Coppia Ferrarese (IĠP) --------------------------------------------------