Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R2025

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2025/2001 tas-16 ta’ Ottubru 2001 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1663/95 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 li jirrigwarda l-proċedura tal-verifika tal-kontijiet tat-Taqsima Garanziji tal-FAEGG

    ĠU L 274, 17.10.2001, p. 3–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/10/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R0885

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/2025/oj

    32001R2025



    Official Journal L 274 , 17/10/2001 P. 0003 - 0004


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2025/2001

    tas-16 ta’ Ottubru 2001

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1663/95 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 li jirrigwarda l-proċedura tal-verifika tal-kontijiet tat-Taqsima Garanziji tal-FAEGG

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxil-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 4 (8), Artikolu 6 (2) u Artikolu 7 (5) tiegħu.

    Billi:

    (1) L-Artikolu 9 (1) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 u l-Artikolu 2 (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2309/1999 tal-25 ta’ Ottubru 1999 li jistabbilixxu regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament (KE) Nru 1663/95 rigward l-għamla u l-kontenut tat-tagħrif dwar il-kontabilità li l-Istati Membri jridu jżommu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni għall-għanijiet tal-verifika tal-kontijiet tat-Taqsima Garanziji tal-FAEGG [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1863/20001 [3], jeħtieġu illi l-Istati Membri li jagħmlu t-tagħrif dwar il-kontijiet disponibbli lill-Kummissjoni fuq it-talba ta' din ta’ l-aħħar. L-Artikolu 4 (1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1663/95 tas-7 ta' Lulju 1995 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 rigward il-proċedura dwar il-verifika tal-kontijiet tat-Taqsima Garanziji tal-FAEGG [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) 2245/1999 [5], għandu jiġi addattat għal dawn ir-regoli.

    (2) Il-ħtiġijiet sabiex jiġu rrappurtati l-ammonti li jridu jiġu rkuprati fid-dikjarazzjoni annwali skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) 1663/95, minn naħa l-waħda, u fil-kontijiet ta’ kull xhar skond l-Artikolu 3 (6a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 296/96 tas-16 ta’ Frar 1996 dwar l-informazzjoni li trid tiġi trażmessa mill-Istati Membri u l-prenotament tan-nefqa ffinanzjata mit-Taqsima Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1934/2001 [7], minn naħa l-oħra, huma differenti. Dawn il-ħtiġijiet għandhom jiġu armonizzati billi jiġi emendat l-Artikolu 5 (1) tar-Regolament (KE) Nru 1663/95 kif jixraq.

    (3) Skond l-Artikolu 5 (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1259/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 li jistabbilixxi r-regoli komuni għall-iskemi ta’ appoġġ dirett skond il-politika komuni agrikola [8], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1244/20001 [9], l-Istati Membri jistgħu jużaw l-ammonti rrilaxxjati bit-tnaqqis jew il-kanċellamenti tal-ħlasijiet skond l-Artikoli 3 u 4 ta’ dan ir-Regolament għal ċerti miżuri ġewwa l-qafas ta’ l-għajnuna għall-iżvilupp rurali. L-ammonti hekk miżmuma mill-ħlasijiet ta’ l-għajnuna jridu jiġu akkreditati lil kont speċifiku miftuħ għal kull aġenzija tal-ħlas jew lil kont speċifiku uniku miftuħ fil-livell ta’ l-Istat Membru u maħsub esklussivament sabiex jiffinanzja l-appoġġ addizzjonali Komunitarju. Dan l-ammont għandu wkoll jagħmel parti mill-kontijiet annwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 4 (1) (a) ta’ Regolament (KE) Nru 1663/95.

    (4) Il-linji gwida dwar il-kriterja għall-akkreditazzjoni bħala aġenzija tal-ħlas rigward l-ipproċessar tal-pretensjonijiet permezz ta’ sistema ta' kompjuters għandhom jiġu aġġornati fid-dawl ta’ l-iżvilippi fl-ipproċessar bil-kompjuter.

    (5) Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Fond,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 1663/95 huwa emendat kif ġej:

    1) Fl-Artikolu 2 (1), l-aħħar inċiż ta’ l-ewwel subparagrafu u l-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu huma mħassra.

    2) Fl-Artikolu 2 (3), il-kliem "paragrafu 1" huma mibdula bil-kliem "Artikolu 4 (1)ċ ta’ dan ir-Regolament".

    3) It-test li ġej jiġi miżjud fit-tmien ta’ Artikolu 4 (1):

    "(ċ) reġistrazzjoni sħiħa tat-tagħrif kollu dwar il-kontabilità meħtieġa għal skopijiet statistiċi u ta’ kontroll fl-għamla u fil-kontenut stabbilit fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 2 (3) ta’ dan ir-Regolament."

    4) L-Artikolu 4(2) jiġi mibdul bit-test li ġej:

    "2. Id-dokumenti u t-tagħrif dwar il-kontabilità referiti fil-paragrafu 1 għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sa l-10 ta’ Frar tas-sena li tiġi wara t-tmiem tas-sena finanzjarja li tinteressaha. Id-dokumenti referiti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 għandhom jintbagħtu f’erba’ kopji jew, alternattivament, f’kopja waħda flimkien ma' kopja elettronika."

    5) L-Artikolu 5(1) jiġi mibdul bit-test li ġej:

    "1. Il-kontijiet referiti fl-Artikolu 4 (1) (a) għandhom jinkludu:

    (a) in-nefqa fil-qosor, oġġett b'sub-oġġett, ta' l-estimi finanzjarji Komunitarji;

    (b) tabella tad-differenzi, oġġett b'sub-oġġett, bejn in-nefqa ddikjarata fid-dikjarazzjoni annwali u dik iddikjarata fid-dikjarazzjoni ta’ kull xahar għall-istess perjodu taż-żmien fid-dokument referit fl-Artikolu 3 (5) tar-Regolament (KE) Nru 296/96. Din għandha tkun akkumpanjata bi spjega dwar kull differenza skond is-sub-oġġett;

    (ċ) it-tabella, għat-tmiem tas-sena finanzjarja, referita fl-Artikolu 3 (6a) (a) tar-Regolament (KE) Nru 296/96;

    (d) sommarju tal-ħidmiet ta’ intervent u dikjarazzjoni rigward il-kwantità u l-lokalità tal-ħażniet fit-tmiem tas-sena finanzjarja;

    (e) konferma illi d-dettalji għal kull moviment tal-magazinaġġ ta’ intervent jiġi miżmum fil-fajlijiet ta’ l-aġenzija tal-ħlas;

    (f) it-tabelli, għat-tmiem tas-sena finanzjarja, referiti fl-Artikolu 3 (6a) (b) tar-Regolament (KE) Nru 296/96."

    6) Il-punt 6(vi) ta’ l-Anness jiġi mibdul bit-test li ġej:

    "Il-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà ta' l-informazzjoni kollha bil-kompjuter għandhom jiġu żgurati b’meżżi addattati għall-istruttura amministrattiva, il-personal u l-ambjent teknoloġiku ta’ kull aġenzija tal-ħlas individwali. L-isforz finanzjarju u teknoloġiku għandu jkun fil-proporzjon tar-riskji attwali miġrura.

    F'kull sistema bil-kompjuter użata, għandhom ikunu fil-post proċeduri adegwati għal:

    (a) l-organizzazzjoni ġenerali, il-korp maniġerjali u l-verifika,

    (b) is-sigurtà fiżika,

    (ċ) is-sigurtà loġika,

    (d) is-sistemi ta’ l-iżvilupp, il-programmazzjoni u l-manutenzjoni,

    (e) il-ħidmiet tar-rutina,

    (f) it-telekomunikazzjonijiet,

    (g) il-mikro-kompjuters,

    (h) il-pjanifikazzjoni ta’ kontinġenza,

    (i) il-kontrolli ta’ l-applikazzjoni."

    L-Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-16 ta’ Ottubru 2001.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 160, tas-26.9.1999, p. 103.

    [2] ĠU L 295, tad-19.11.1999, p. 1.

    [3] ĠU L 259, tas-27.9.2001, p. 1.

    [4] ĠU L 158, tat-8.7.1995, p. 6.

    [5] ĠU L 273, tat-23.10.1999, p. 5.

    [6] ĠU L 39, tas-17.12.1996, p. 5.

    [7] ĠU L 262, tat-2.10.2001, p. 8.

    [8] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 113.

    [9] ĠU L 173, tas-27.6.2001, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top