Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R2013

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2013/2001 tat-12 ta’ Ottubru 2001 li jirrigwarda l-awtorizzazzjoni proviżorja ta’ l-użu ta’ additiv ġdid u l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ additiv fil-għalfTest b’rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 272, 13.10.2001, p. 24–28 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/2013/oj

    32001R2013



    Official Journal L 272 , 13/10/2001 P. 0024 - 0028


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2013/2001

    tat-12 ta’ Ottubru 2001

    li jirrigwarda l-awtorizzazzjoni proviżorja ta’ l-użu ta’ additiv ġdid u l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ additiv fil-għalf

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novmbru 1970 li tirrigwarda l-additivi fil-għalf [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u b’mod partikolari l-Artkolu 3 tagħha,

    Billi:

    (1) Id-Direttiva 70/524/KEE tipprovdi illi l-użanzi ġodda ta’ l-additivi jistgħu jiġu awtorizzati wara rivista ta’ applikazzjoni magħmulha skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva.

    (2) L-Artikolu 9e(1) tad-Direttiva 70/524/KEE jipprovdi illi tista’ tingħata awtorizzazzjoni proviżorja ta’ użu ġdid ta’ additiv jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3a(b) sa (e) u jekk ikun raġjonevoli li jiġi preżunt, minħabba r-riżultati miksuba, illi meta wżat fin-nutriment ta’ l-annimali jkollu wieħed mill-effetti riferiti fl-Artikolu 2(a). Dawn l-awtorizzazzjonijiet proviżorji jistgħu jingħataw għal perjodu taż-żmien sa erba’ snin fil-każ ta’ l-additivi riferiti fil-Parti II ta’ l-Anness Ċ mad-Direttiva 70/524/KEE.

    (3) L-istima tad-dossier issottomess rigward l-użu l-ġdid tat-tħejjija ta’ l-enżim deskritt fl-Anness I turi illi tissodisfa dawn il-kondizzjonijiet u jista’ għalhekk jiġi awtorizzat fuq bażi proviżorju għall-perjodu taż-żmien ta’ erba’ snin.

    (4) L-istima ta’ dan id-dossier turi wkoll illi għandhom jittieħdu ċerti prekawzjonijiet sabiex tiġi evitata l-esposizzjoni tal-ħaddiema għal dawn l-additivi ġodda. Din il-protezzjoni għandha tiġi żgurata bl-applikazzjoni tal-leġislazzjoni Komunitarja dwar is-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol.

    (5) Il-Kumitat Xjentifiku dwar in-Nutriment ta’ l-Annimali ta opinjoni favorevoli rigward is-sigurtà ta’ din it-tħejjija ta’ l-enżim.

    (6) L-inċident ta’ Chernobyl ikkawża li jaqa’ kesju radjo-attiv, li niġġeż il-għalf aħdar f’ċerti reġjuni ta’ l-Ewropa ta’ Fuq. Minħabba n-nofs-ħajja fiżika twila tar-radjo-kesju, din il-waqgħa għadha taffettwa l-produzzjoni ta’ l-annimali. Din is-sitwazzjoni ta’ emerġenza għadha tissokta b’mod partikolari fin-Norveġja. Is-sustanza elenkata fl-Anness II ma’ dan ir-Regolament tista’ tintuża sabiex tneħħi t-tniġġiż mill-għalf aħdar affettwat. Għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti tan-Norveġja appoġġjaw dossier, li jfittex estensjoni tal-perjodu taż-żmien ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ din is-sustanza.

    (7) Dan l-additiv hu maħsub li jintuża biss fiż-żoni mniġġża għal perjodu limitat taż-żmien. Taħt kondizzjonijiet nomali ma teżisti l-ebda ħtieġa li jintuża dan l-additiv, madankollu, għandu jinżamm disponibbli fil-każ ta’ inċidenti simili fil-ġejjieni fil-Komunità.

    (8) Billi ma ġew innotati l-ebda effetti negattivi matul l-użu nazzjonali tiegħu fil-livell ta’ Stat Membru lanqas minn meta l-awtorizzazzjoni proviżorja li ingħatat fil-livell Komunitarju fis-sena 1996, ġew sodisfatti l-kondizzjonijit kollha fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE. Għalhekk għandha tingħata awtorizzazzjoni permanenti lil dan l-additiv li jappartjieni għall-grupp ta’ għaqqada radjo-nuklidi elenkati fl-Anness II.

    (9) Il-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    It-tħejjija li tappartjieni għall-grupp "Enżimi" elenkati fl-Anness I hija awtorizzata li tintuża bħala additiv fin-nutriment ta’ l-annimali bil-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I.

    Artikolu 2

    L-additiv li jappartjieni għall-grupp "radjo-nuklidi li jgħaqqdu", elenkati fl-Anness II huwa awtorizzat li jintuża bħala additiv fin-nutriment ta’ l-annimali bil-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu jibda japplika mill-14 ta’ Ottubru 2001.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-12 ta’ Ottubru 2001.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 270, ta’ l-14.12.1970, p. 1.

    [2] ĠU L 234, ta’ l-1.9.2001, p. 55.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    In-Nru jew in-Nru tal-KE) | L-Additiv | Id-Desrizzjoni tal-formola kimika | L-Ispeċi jew il-kategorija ta' l-annimal | Il-Għomor massimu | Il-Kontenut Minimu | Il-Kontenut Massimu | Dispożizzjonijiet Oħra | It-Tmiem tal-perjodu taż-żmien ta' l-awtorizzazzjoni |

    ta' għalf ikkompletat | ta' għalf ikkompletat |

    54 | L-Endo-1,3(4)-beta-glukanase: Il-KE 3.2.1.6. | It-tħejjija ta' l-endo-1,3(4)-beta-glukanase prodott mill-Aspergillus aculeatus (CBS 589.94), endo-1,4-beta-glukanase prodott minnIt-Trichoderma longibrachiatum (CBS 592.94) alfa-anilase prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553) u l-endo-1,4-beta-ksilane prodott mit-Trichoderma viride (NIBH FERMBP 4842) li jkollu minimu ta' attività ta: Endo-1,3(4)-beta-glukanase: 10000 U/g Endo-1,4-beta-glukanase: 120000 U/g Alfa-amilase: 400 U/g L-Endo-1,4-beta-ksilane: 210000 U/g | Id-Dundjanigħas-simna | — | L-Endo-1,3(4)-beta-glukanase: 500 U | — | 1.Fid-direzzjonijietgħall-użu ta' l-additiv u t-taħlita ta' qabel,indika l-ħażna, it-temperaturaħajja tal-ħażna, u l-istabbilita biex isirgerbub.2.Id-doża rakkommandata għal kull kilogramma ta' għalf ikkompletat:l-endo-1,3(4)-beta-glukanase: minn 500 sa 1500 U endo-1,4-beta-glukanase: minn 6000 sa U 18000 U alfa-amilase: minn 20 sa 60 U endo-1,4-beta-glukanase: minn 10500 sa 31500 U 3.Għall-użu fit-tgħam kompost sinjur fil-polisakkaridi mingħajr lamtu (l-iktar il-beta-glukani,l-arabinoksilani) p.e. li jkun fihomiktar minn 30 % qamħ | tat- 13.10.2005 |

    L-Endo-1,4-beta-glukanase: Il-KE 3.2.1.4. | L-Endo-1,4-beta-glukanase: 6000 U | — |

    Alfa-anilase: Il-KE 3.2.1.1. | Alfa-amilase: 20 U | — |

    Endo-1,4-beta-ksilane: Il-KE 3.2.1.8. | Endo-1,4-beta-ksilanase: 10500 U | — |

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    In-Nru (jew in-Nru tal-KE) | L-Additiv | Id-Deskrizzjoni tal-formola kimika | L-Ispeċi jew il-Kategorija ta' l-annimal | Il-Għomor massimu | Il-Kontenut Minimu | Il-Kontenut Massimu | Dispożizzjonijiet Oħra | It-Tmiem tal-perjodu taż-żmien ta' l-awtorizzazzjoni |

    mg/kg tal-għalf ikkompletat | mg/kg tal-għalf ikkompletat |

    Il-Għaqqada radjo-nuklidi

    1.Il-Għaqqada tal-kesju radjo-attiv (137 Cs u 134 Cs)

    1.1 | Ammonju | NH4Fe(III)[(Fe(II)(CN)6)] | Il-Bhejjem li jixtarru (domestiċi u selvaġġi) | — | 50 | 500 | Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu: "Għal żoni ġeografiċi limitati biss fil-każ ta' kontaminazzjoni bir-radjo-nuklidi""Il-kwantità ta' ammonju ferriku (III) eksaċjanoferrat (II) fir-razzjon ta' kuljum irid ikun bejn il-10 mg u l-150 mg għal 10 kg tal-piż tal-ġisem" | Mingħajr limitu taż-żmien |

    L-Għoġġiela qabel il-bidu ta' l-ixtarr | — | 50 | 500 | Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu: "Għal żoni ġeografiċi limitati biss fil-każ ta' kontaminazzjoni bir-radjo-nuklidi""Il-kwantità ta' ammonju ferriku (III) eksaċjanoferrat (II) fir-razzjon ta' kuljum irid ikun bejn il-10 mg u l-150 mg għal 10 kg tal-piż tal-ġisem" | Mingħajr limitu taż-żmien |

    Il-Ħrief qabel il-bidu ta' l-ixtarr | — | 50 | 500 | Indika fl-isteruzzjonijiet għall-użu: "Għal żoni ġeografiċi limitati biss fil-każ ta' kontaminazzjoni bir-radjo-nuklidi""Il-kwantità ta' ammonju ferriku (III) eksaċjanoferrat (II) fir-razzjon ta' kuljum irid ikun bejn il-10 mg u l-150 mg għal 10 kg tal-piż tal-ġisem" | Mingħajr limitu taż-żmien |

    Il-Gidien qabel qabel il-bidu ta' rumination l-ixtarr | — | 50 | 500 | Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu: "Għal żoni ġeografiċi limitati biss fil-każ ta' kontaminazzjoni bir-radjo-nuklidi""Il-kwantitàta' ammonu ferriku (III) eksaċjanoferrat (II) fir-razzjon ta' kujum irid ikun bejn il 10 mg u l-150 mg kull 10 kg tal-piż tal-ġisem" | Mingħajr limitu taż-żmien |

    Il-ħnieżer (domestiċi u selvaġġi) | — | 50 | 500 | Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu: "Għal żoni ġeografiċi limitati biss fil-każ ta' kontaminazzjoni bir-radjo-nuklidi""Il-kwantità ta' ammonju ferriku (III) eksaċjanoferrat (II) fir-razzjon ta' kuljum irid ikun bejn il-10 mg u l-150 mg għal 10 kg tal-piż tal-ġisem" | Mingħajr limitu taż-żmien |

    --------------------------------------------------

    Top