Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R1955

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1955/2001 tal-5 ta' Ottubru 2001 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2879/2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2702/1999 dwar il-miżuri sabiex jipprovdu tagħrif dwar il-prodotti agrikoli f'pajjiżi terzi, u jippromwovuhom

    ĠU L 266, 6.10.2001, p. 8–8 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1955/oj

    32001R1955



    Official Journal L 266 , 06/10/2001 P. 0008 - 0008


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1955/2001

    tal-5 ta' Ottubru 2001

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2879/2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2702/1999 dwar il-miżuri sabiex jipprovdu tagħrif dwar il-prodotti agrikoli f'pajjiżi terzi, u jippromwovuhom

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2702/1999 ta' l-14 ta' Diċembru 1999 dwar il-miżuri sabiex jipprovdu tagħrif dwar il-prodotti agrikoli f'pajjiżi terzi u jippromowovuhom [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

    Billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2879/2000 [2], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 962/2001 [3], jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament ta' hawn fuq.

    (2) L-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 2879/2000 jistabbilixxi t-temma taż-żmien bħala t-30 ta’ Settembru għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-programmi sottomessi u l-korpi rispettivi li jimplimentawhom.

    (3) Ġie mogħti aktar żmien lill-Istati Membri sabiex jibagħtu l-lista tal-programmi u l-korpi li jimplimentawhom magħżula għall-ewwel sena.

    (4) Minħabba d-diffikultajiet fl-implimentazzjoni ta’ l-arranġamenti l-ġodda tal-promozzjoni, il-programmi sottomessi minn ċerti Stati Membri nstabu li mhumiex kompletati u kien meħtieġ tagħrif addizzjonali sostanzjali, li wasal għand il-Kummissjoni reċentement biss.

    (5) Taħt dawn iċ-ċirkostanzi, sabiex jiġi permess illi jitlestew l-eżami u l-għażla tal-programmi, it-temma taż-żmien għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi posposta għall-20 ta’ Novembru għal din l-ewwel sena.

    (6) Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni maħruġa fil-laqgħa konġunta tal-Kumitati Maniġerjali tal-Promozzjoni tal-Prodotti Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 2879/2000, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

    "Madankollu fl-ewwel sena, il-Kummissjoni għandha tieħu Deċiżjoni l-aktar tard sal-20 ta’ Novembru 2001."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Ottubru 2001.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-5 ta’ Ottubru 2001.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 327, tal-21.12.99, p. 7.

    [2] ĠU L 333, tad-29.12.00, p. 63.

    [3] ĠU L 136, tat-18.05.01, p. 3.

    --------------------------------------------------

    Top