This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001R1920
Commission Regulation (EC) No 1920/2001 of 28 September 2001 laying down detailed rules for the implementation of Council Regulation (EC) No 2494/95 as regards minimum standards for the treatment of service charges proportional to transaction values in the harmonised index of consumer prices and amending Regulation (EC) No 2214/96 (Text with EEA relevance)
Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-21 ta' Ġunju 2001 temenda l-Linja Gwida BĊE/2000/1 tat- 3 ta' Frar 2000 fuq l-amministrazzjoni ta' l-assi ta' valuta estera tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali u d-dokumentazzjoni legali għal operazzjonijiet li jinvolvu l-assi ta' valuta estera tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2001/5)
Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-21 ta' Ġunju 2001 temenda l-Linja Gwida BĊE/2000/1 tat- 3 ta' Frar 2000 fuq l-amministrazzjoni ta' l-assi ta' valuta estera tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali u d-dokumentazzjoni legali għal operazzjonijiet li jinvolvu l-assi ta' valuta estera tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2001/5)
ĠU L 261, 29.9.2001, pp. 46–48
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 23/08/2020; Imħassar b' 32020R1148
Official Journal L 261 , 29/09/2001 P. 0046 - 0048
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1920/2001 tat-28 ta' Settembru 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 fir-rigward ta' standards minimi għat-trattament ta' ħlasijiet dovuti għal servizzi li jikkorrispondu għall-valuri ta' transazzjoni fl-indiċi armonizzat ta' prezzijiet tal-konsumatur u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2214/96 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropeja, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 ta' Ottubru 1995 fir-rigward ta' indiċi armonizzati għall-prezzijiet tall-konsumatur [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 4 u l-Artikolu 5(3) tiegħu, Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew [2]; Billi: (1) Permezz tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2494/95, kull Stat Membru huwa meħtieġ li jipproduċi indiċi armonizzat ta' prezzijiet tal-konsumatur (HICP) li jibdew bl-indiċi ta' Jannar 1997. (2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1749/96 tad-9 ta' Settembru 1996 dwar il-miżuri inizjali sabiex jimplimentaw ir-Regolament tal-Kunsill (EC) Nru 2494/95 rigward l-indiċi armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur [3], kif emendati l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1688/98 [4], ifisser il-kopertura ta' HICP bħala dik il-merkanzija u dawk is-servizzi li huma nklużi fl-ispejjez ta' konsum monetarju finali tad-dar u li teħtieġ kopertura sħiħa tal-klassi 12.5.1tal-COICOP/HICP "Servizzi finanzjarji n.e.c" sa Diċembru 1999 mingħajr ma jitħallew barra speċifikament ħlasijiet dovuti maħduma bħala proporzjon tal-valur tat-transazzjoni. (3) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2214/96 tal-20 ta' Novembru 1996 rigward l-indiċi armonizzati tal-prezzijiet tal-konsumatur: trasmissjoni u tixrid ta' sub-indiċi tal-HICP [5], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1749/1999 [6], jeħtieġ sub-indiċi armonizzat għal kategorija ta' spiża COICOP/HICP 12.6.2 "Servizzi finanzjarji oħra n.e.c." eskluz pagamenti bl-imgħaxx u ħlasijiet dovuti bħala proporzjon tal-valur tat-transazzjoni. (4) Hemm skop konsiderevoli għan-nuqqas ta' komparibilità bl-esklużjoni ta' ħlasijiet dovuti għal servizzi li huma maħduma bħala proporzjon ta' valuri tat-transazzjoni; metodoloġija armonizzata sabiex jiġu trattati dawn il-ħlasijiet dovuti hija neċessarja sabiex jiġi żgurat li l-HICP riżultanti jilħqu l-paragunabilità meħtieġa kif stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2494/95. (5) It-trattament tal-ħlasijiet dovuti għal servizzi maħduma bħala proporzjon tal-valuri ta' transazzjoni għandhom ikunu konsistenti mat-trattament ta' merkanzija u servizzi fis-setturi tas-saħħa, l-edukazzjoni u il-protezzjoni soċjali kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2166/1999 [7]. (6) Il-miżuri pprovvduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatistika stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom [8], ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Għan L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2214/96 dwar is-subindici tal-indiċi armonizzati ta' prezzijiet tal-konsumatur, minn hawn il-quddiem msemmija bħala "HICP", fir-rigward ta' servizzi finanzjarji, u li jistabbilixxi standards minimi għat-trattament ta' ħlasijiet dovuti għal servizzi proporzjonali għal valuri ta' transazzjoni sabiex jiġi żgurat li huma ta' min joqgħod fuqhom u rilevanti u li jilħqu l-kondizzjonijet ta' paragunabilità kif stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2494/95. Artikolu 2 Definizzjonijiet 1. Pagamenti bl-imgħax u ħlasijiet simili għall-imgħaxijiet dovuti jkopru pagamenti ta' imgħax nominali u kull element inkluz fil-kalkolu ta' imgħax effettiv. 2. Fejn il-ħlasijiet dovuti għas-servizz huma mfissra bħala proporzjon tal-valur ta' transazzjoni, il-prezzijiet tax-xerrej huma mfissra bħala l-proporzjon nnifsu, immultiplikat bil-valur ta' kull transazzjoni rappreżentattiva fil-perjodu ta' bażi jew ta' referenza. Artikolu 3 Trattament tal-ħlasijiet dovuti għal servizz 1. Is-subindiċi HICP konċernati għandhom jiġu kkalkulati bl-użu ta' formula li hija konsistenti mal-formula tat-tip Laspeyres utiliżżata għall- subindiċi oħrajn. Għandhom jirriflettu l-bdil fil-prezzijiet fuq il-bażi tal-ispejjez mibdula fiż-żamma ta' mudelli ta' konsum ta' familji li jgħixu taħt saqaf wieħed u l-kompożizzjoni tal-popolazzjoni ta' konsumaturi fuq il-perjodu bażi jew ta' referenza. (a) Il-prezzijiet tax-xerrej għall-servizzi li għandhom jiġu wżati fl-HICP għandhom ikunu l-ħlasijiet dovuti attwali miżmuma direttament fuq konsumaturi għas-servizz ipprovdut. L-HICP għandu jinkludi ħlasijiet dovuti maħduma bħala rata fissa jew rata għad-dritt. (b) Bdil fil-prezzijiet tax-xerrej li jirriflettu l-bidliet fir-regoli li jistabillixuhom għandhom jiġu murija bħala bdil fil-prezz fl-HICP. (ċ) Bdil fil-prezzijiet tax-xerrej li jirriżultaw minn bdil fil-valuri ta' kull transazzjoni rappreżentativa għandha tiġi murija bħala bidla fil-prezz fl-HICP. (d) L-unitajiet rappreżentativi ta'transazzjoni għandhom jiġu maħduma f'termini fiżiċi, ħlief fejn dan mhux xieraq jew possibbli, f'liema kaz għandhom jiġu maħduma fil-munita tal-Istat Membru. (e) It-tibdil fil-valuri tal-unitajiet rappreżentativi ta' transazzjoni għandha tiġi stmata skond it-tibdil fl-indiċi tal-prezzijiet li jirrapreżenta b'mod xieraq kull transazzjoni konċernata. Fejn dawn jeżistu, subindiċi HICP jew indiċi miġbura għandhom ikunu kkunsidrati xierqa għal dan l-iskop. 2. Fejn l-ispeċifikazzjoni tinbidel, il-prezzijiet għandhom jiġu ttrattati skond ir-regoli dwar tibdil fl-ispeċifikazzjonijiet, u b'mod partikolari dawk li għandhom x'jaqsmu ma' aġġustamenti fil-kwalità kif stabbilit fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1749/96. 3. Fejn servizzi ġew milħuqa mill-konsumaturi mingħajr ħlas u sussegwentement jiġi mitlub prezz attwali, il-bidla minn żero għal prezz reali, u viċi versa, għandu jiġi rifless fl-HICP. 4. Fejn servizzi pprovduti flimkien ma' merkanzija jew servizzi oħra saru disponibbli lill-konsumaturi mingħajr ma jintalab il-ħlas dovut u sussegwentement huma ċċarġjati fuq kull bażi separata, il-bidla għandha tiġi riflessa fl-HICP. 5. Fejn rilevanti, il-proċedura li tinsab fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2646/98 [9] rigward tariffi għandu japplika mutatis mutandis. Artikolu 4 Servizzi finanzjarji n.e.c. Il-kontenut ta' kategorija 12.6.2, "Servizzi finanzjarji oħra n.e.c.(S)", f' L-ANNESS II tar-Regolament (KE) Nru 2214/96 rigward is-subindiċi tal-indiċi armonizzati ta' prezzijiet għal konsumatur, huma mibdula bit-test segwenti: "12.6.2. Servizzi finanzjarji oħra n.e.c.(S) - ħlasijiet reali dovuti għas-servizzi finanzjarji tal-banek, uffiċċji postali, banek ta' tfaddil, uffiċċji tal-kambju u istituzzjonijiet finanzjarji varji, - ħlasijiet u ħlasijiet dovuti għal servizzi ta' brokers, kunsilliera tal-investiment, konsulenti ta' taxxa u oħrajn. Jeskludu: Ħlasijiet tal-imgħax u ħlasijiet dovuti bħala imgħax ta' kull tip u ħlasijiet dovuti amministrattivi ta' fondi tal-pensjoni privati u oħrajn." Artikolu 5 Servizzi oħra n.e.c. Il-kontenut ta' kategorija 12.7.2, "Servizzi oħra n.e.c. (S)", f' L-ANNESS II tar-Regolament (KE) Nru 2214/96 rigward is-subindiċi tal-indiċi armonizzati ta' prezzijiet għal konsumatur, huma mibdula bit-test segwenti: "12.7.0. Servizzi oħra n.e.c. (S) - ħlasijiet għas-servizzi legali, aġenziji tal-impieġ, eċċ., - ħlasijiet dovuti lill-kummissjonanti tal-funerali u servizzi oħra simili, - ħlasijiet għas-servizzi ta' aġenti tad-djar, rkantaturi, operaturi tas-salesrooms u intermedjarji oħra, - ħlasijiet għal fotokopji u riproduzzjonijiet oħra ta' dokumenti, - ħlasijiet għall-ħruġ ta' ċertifikati tat-twelid, żwieġ u mewt u dokumenti amministrattivi oħra, - ħlasijiet għall-avviżi u reklamar fuq gażżetti, - ħlasijiet għas-servizzi ta' grafologi, astrologi, detektifs, gwardjani privati, aġenziji matrimonjali u persuni li jagħtu pariri dwar iż-żwieġ, kittieba pubbliċi u konċessjonijiet mixxellanji (siġġijiet, toilets,), eċċ Jinkludu: Pagamenti għas-servizzi ta' aġenti ta-djar li għandhom x'jaqsmu ma'kiri. Jeskludu: Skond l-konvenzjonijiet tas-SEK 1995, huma esklużi l-kontribuzzjonijiet u ħlasijiet dovuti għall-sħubija f'assoċjazzjonijiet professjonali, knejjes u klubs soċjali, kulturali, rekreattivi u sportivi (ESA 1995, paragrafu 3.77.e) u kummissjonijiet lill-aġenti tad-djar dwar il-bejgħ jew xiri ta' assi mhux finanzjarji ("Formazzjoni ta' kapital gross fiss" skond is-SEK 1995, paragrafi 3 102, 3 105(a), 3 111, 3 115)." Artikolu 6 Informazzjoni bażika 1. L-informazzjoni bażika għandha tkun kull prezz u piz ta' xiri li huma meħtieġa sabiex jiġi komputati is-subindiċi b'mod konformi mad-dispossizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. 2. L-unitajiet statistiċi msejħa mill-l-Istati Membri sabiex jikkooperaw fil-ġbir jew għoti ta' informazzjoni bażika huma obbligati li jagħtu informazzjoni onesta u kompleta fiż-żmien li tiġi mitluba u jippermettu l-organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet responsabbli fil-ġbir ta' statistika uffiċċjali, fuq talba, sabiex tiġi akkwistata informazzjoni fil-livell ta' detall meħtieġ sabiex jiġi evalwata l-konformità mal-ħtiġijiet komparabbli u l-kwalità ta' subindiċi HICP. Artikolu 7 Paragunabilità HICP mibnija skond id-dispożizzjonijiet ta' dan ir- Regolament jew skond proċeduri oħra li ma jirriżultawx bħala indiċi li jvarjaw sistematikament b'aktar minn wieħed f'għaxra ta' punt wieħed perċentwali fuq medja ta' aktar minn sena imqabbla mas-sena ta' qabel minn kull indiċi magħduda li jsegwu dawn il-proċeduri, għandom jiġu kkunsidrati komparabbli. Artikolu 8 Kontroll tal-Kwalità L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni (Eurostat) informazzjoni fuq il-proċeduri żviluppati għat-trattament ta' ħlasijiet dovuti fuq servizzi bi proporzjon ma' valuri ta' transazzjoni fejn tali proċeduri jvarjaw minn dawk speċifikati fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament, qabel tali proċeduri jiġu wżati. Artikolu 9 Implimentazzjoni Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri f' Diċembru 2001 u jieħdu effett bl-indiċi għal Jannar 2002. Artikolu 10 Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum ta' wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-28 ta' Settembru 2001. Għall-Kummissjoni Pedro Solbes Mira Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 257, tas-27.10.1995, p. 1. [2] ĠU C 244, ta' l-1.9.2001, p. 5. [3] ĠU L 229, ta' l-10.9.1996, p. 3. [4] ĠU L 214, tal-31.7.1998, p. 23. [5] ĠU L 296, tal-21.11.1996, p. 8. [6] ĠU L 214, tat-13.8.1999, p. 1. [7] ĠU L 266, ta' l-14.10.1999, p. 1. [8] ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47. [9] ĠU L 335, ta' l-10.12.1998, p. 30. --------------------------------------------------