Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R1726

    Ir-Regolament (KE) Nru 1726/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2001 li jemenda l-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1292/96 fuq il-politika ta' l-għajnuna fuq l-ikel u l-ġestjoni ta' l-għajnuna fuq l-ikel u operazzjonijiet speċjali fl-għajnuna fis-sigurtà ta' l-ikel

    ĠU L 234, 1.9.2001, p. 10–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1726/oj

    32001R1726



    Official Journal L 234 , 01/09/2001 P. 0010 - 0010


    Ir-Regolament (KE) Nru 1726/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    tat-23 ta' Lulju 2001

    li jemenda l-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1292/96 fuq il-politika ta' l-għajnuna fuq l-ikel u l-ġestjoni ta' l-għajnuna fuq l-ikel u operazzjonijiet speċjali fl-għajnuna fis-sigurtà ta' l-ikel

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 179 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni [1],

    Waqt li jaġixxu b'mod konformi mal-proċeduri stabiliti fl-Artikolu 251 tat-Trattat [2],

    Billi:

    (1) L-Komunità u l-Istati Membri tagħha jieħdu sehem f'numru ta' ftehim internazzjonali marbuta mal-politika ta' l-għajnuna fuq l-ikel, ġestjoni ta' l-għajnuna għall-ikel u operazzjonijiet speċjali għas-sapport ta' sigurta ta' l-ikel, fosthom il-Konvenzjoni għall-Għajnuna ta' l-Ikel 1999.

    (2) Dik il-Konvenzjoni kienet approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/421/KE tat-13 ta' Ġunju 2000 mal-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta' l-Għajnuna fuq l-Ikel [3].

    (3) Huwa neċessarju li l-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1292/96 [4] ikun addattat b'mod sostantiv bi qbil ma' l-Artikoli III u IV tal-Konvenzjoni għall-Għajnuna fuq l-Ikel 1999,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1292/96 huwa emendat kif ġej:

    "Artikolu 21

    1. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, għandu jiddeċiedi s-sehem tal-Komunità ta' l-ammont totali ta' għajnuna, jew f'tunnellati ta' qamħ ekwivalenti jew fil-valur jew f'għaqda ta' tunnellaġġ u valur, stabbilita fil-Konvenzjoni għall-Għajnuna fuq l-Ikel bħala l-kontribut totali sewwa tal-Komunità kif ukoll ta' l-Istati Membri tagħha.

    2. Il-Kummissjoni għandha tikkordina l-operazzjonijiet tal-Komunità u ta' l-Istati Membri tagħha fir-rigward tal-forniment ta' għajnuna taħt il-Konvenzjoni għall-Għajnuna fuq l-Ikel u għandha tiżgura li l-kontribuzzjoni totali mill-Komunità u l-Istati Membri tagħha tkun almenu għolja daqs l-impenn li hemm provdut fl-imsemmija Konvenzjoni."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel fit-23 ta' Lulju 2001.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    N. Fontaine

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. Neyts-Uyttebroeck

    [1] ĠU C 154 E, ta' l-29.5.2001, p. 108.

    [2] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Mejju 2001 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-10 ta' Lulju 2001.

    [3] ĠU L 163, ta' l-4.7.2000, p. 37.

    [4] ĠU l 166, 5.7.1996, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top