Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R1455

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1455/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1254/1999 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella

    ĠU L 198, 21.7.2001, p. 58–60 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Impliċitament imħassar minn 32007R1234

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1455/oj

    32001R1455



    Official Journal L 198 , 21/07/2001 P. 0058 - 0060


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1455/2001

    tat-28 ta’ Ġunju 2001

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1254/1999 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 37 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1]

    Billi:

    (1) Biex tingħata għajnuna ħalli t-trobbija tradizzjonali tal-bhejjem ta’ l-ifrat tkun tista’ tinżamm, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1452/2001 [2], (KE) Nru 1453/2001 [3] u (KE) Nru 1454/2001 [4], li jintroduċu miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli għad-dipartimenti ta’ barra minn Franza, l-Azores u Madeira u l-Gżejjer Kanarji, jipprovdu rispettivament għall-introduzzjoni ta’ limiti speċifiċi fuq in-numru ta’ bhejjem li jikkwalifikaw għal premja speċjali, il-premja fuq il-baqar ta’ rdigħ kif ukoll dawk fuq il-qatla.

    (2) L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 [5] jistabbilixxi limiti reġjonali għal kull Stat Membru rigward il-premja speċjali. L-Anness II għal dak ir-Regolament jistabbilixxi limiti nazzjonali dwar il-premja fuq il-baqar tar-rdigħ. Dawk il-limiti m’għandhomx jeffettwaw l-introduzzjoni tal-limiti speċifiċi msemmija fuq. Bħala konsegwenza għandu jiġi stipulat minn issa li fil-każ ta’ Franza, il-Portugall u Spanja dawk il-limiti għandhom jinkludu sub-limiti bbażati fuq l-għadd ta’ premja mħallsa għal sena ta’ referenza lill-produtturi fid-dipartimenti li hemm barra minn Franza, l-Azores u l-Madeira u l-Gżejjer Kanarji u li dawn huma maħsuba esklussivament għall-produtturi f’dawk ir-reġjuni. Il-bhejjem l-oħra li jikkwalifikaw u li jiffurmaw il-limiti speċifiċi għall-premja speċjali u l-premja fuq il-baqar tar-rdigħ introdotti bir-Regolamenti (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001 u (KE) Nru 1454/2001 għandhom jiżdiedu ma’ dawk li hemm fl-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999,

    ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    L- Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 1254/1999 qed jiġi hawnhekk emendat kif ġej:

    1. L-Anness I għandu jinbidel bit-test li hemm fl-Anness I ma’ dan;

    2. L-Anness II għandu jinbidel bit-test li hemm fl-Anness II ma’ dan.

    L- Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, it-28 ta’ Ġunju 2001.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    B. Rosengren

    [1] Opinjoni mogħtija nhar l-14 ta’ Ġunju 2001 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).),

    [2] Ara l-paġna 11 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    [3] Ara l-paġna 26 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    [4] Ara l-paġna 45 ta’ dan il-Ġunral Uffiċjali.

    [5] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 21.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    PREMIUM SPEĊJALI

    Limiti reġjonali ta' l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999

    Il-Belġju | 235 149 |

    Id-Danimarka | 277 110 |

    Il-Ġermanja | 1 782 700 |

    Il-Greċja | 143 134 |

    Spanja | 713 999 |

    Franza | 1 754 732 |

    L-Irlanda | 1 077 458 |

    L-Italja | 598 746 |

    Il-Lussemburgu | 18 962 |

    L-Olanda | 157 932 |

    L-Awstrija | 423 400 |

    Il-Portugall | 175 075 |

    Il-Finlandja | 250 000 |

    L-Isvezja | 250 000 |

    Ir-Renju Unit | 1 419 811 |

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    IL-PREMIUM FUQ IL-BAQAR TAR-RDIGĦ

    Il-limiti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 lijgħoddu mill-1 ta' Jannar 2000

    Il-Belġju | 394 253 |

    Id-Danimarka | 112 932 |

    Il-Ġermanja | 639 535 |

    Il-Greċja | 138 005 |

    Spanja | 1 441 539 |

    Franza | 3 779 866 |

    L-Irlanda | 1 102 620 |

    L-Italja | 621 611 |

    Il-Lussemburgu | 18 537 |

    L-Olanda | 63 236 |

    L-Awstrija | 325 000 |

    Il-Portugall | 277 539 |

    Il-Finlandja | 55 000 |

    L-Isvezja | 155 000 |

    Ir-Renju Unit | 1 699 511 |

    --------------------------------------------------

    Top