This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001R1274
Commission Regulation (EC) No 1274/2001 of 27 June 2001 amending Annex I to Council Regulation (EEC) No 2377/90 laying down a Community procedure for the establishment of maximum residue limits of veterinary medicinal products in foodstuffs of animal origin (Text with EEA relevance)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1274/2001 tas-27 ta' Ġunju 2001 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja sabiex jiġu stabbiliti l-limiti massimi ta' residue mill-prodotti mediċinali veterinarji fil-prodotti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimaliTest b'relevanza għall-ŻEE
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1274/2001 tas-27 ta' Ġunju 2001 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja sabiex jiġu stabbiliti l-limiti massimi ta' residue mill-prodotti mediċinali veterinarji fil-prodotti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimaliTest b'relevanza għall-ŻEE
ĠU L 175, 28.6.2001, p. 14–15
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 05/07/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0470
Official Journal L 175 , 28/06/2001 P. 0014 - 0015
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1274/2001 tas-27 ta' Ġunju 2001 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja sabiex jiġu stabbiliti l-limiti massimi ta' residue mill-prodotti mediċinali veterinarji fil-prodotti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali (Test b'relevanza għall-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta' Ġunju 2001 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja sabiex tistabbilixxi l-limiti massimi ta' residue mill-prodotti mediċinali veterinarji fil-prodotti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 807/1999 [2], u b'mod partikolari l-Artikoli 6, 7 u 8 tiegħu, Billi: (1) Skond ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90, il-limiti massimi tar-residue jridu jiġu stabbiliti progressivament għas-sustanzi attivi farmakoloġikament illi jintużaw fil-Komunità fil-prodotti mediċinali veterinarji maħsuba sabiex jiġu amministrati lill-annimali li jipproduċu l-ikel; (2) Il-limiti massimi tar-residue għandhom jiġu stabbiliti biss wara li jsir eżami fil-Kumitat tal-Prodotti Mediċinali Veterinarji dwar it-tagħrif kollu relevanti li jirrigwarda s-sigurtà tar-residue fis-sustanza interessata għall-konsumatur tal-prodotti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali u l-impatt tar-residue fuq l-ipproċessar industrijali tal-prodotti ta' l-ikel. (3) Filwaqt li jkunu qegħdin jiġu stabbiliti l-limiti massimi tar-residue mill-prodotti mediċinali veterinarji fil-prodotti ta' l-ikel li jorġinaw mill-annimali, huwa meħtieġ illi jiġu speċifikati l-ispeċi ta' l-annimali li fihom jistgħu jkunu presenti xi residue, il-livelli li jistgħu jkunu preżenti f'kull waħda mit-tessuti relevanti tal-laħam miksuba mill-annimal ittrattat (target tissue) u n-natura tar-residue li huwa relevanti għas-sorveljanza tar-residue (marker residue) (4) Għall-kontroll tar-residue, kif ipprovdut fil-leġislazzjoni Komunitarja xierqa, il-limiti massimi tar-residue għandhom normalment jiġu stabbiliti għat-tessuti 'tal-mira' fil-fwied jew fil-kliewi. Madanakollu, il-fwied u l-kliewi spiss jiġu mneħħija mill-karkassi li jkunu qegħdin jimxu fil-kummerċ internazzjonali, u l-limiti massimi tar-residue, għandhom għalhekk ukoll dejjem jiġu stabbiliti għat-tessuti tal-muskoli jew tax-xaħam; (5) Fil-każ tal-prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għalbiex jintużaw fuq l-għasafar li jbidu, l-annimali li jagħtu l-ħalib jew in-naħal ta' l-għasel, il-limiti massimi tal-residue jridu jiġu stabbiliti wkoll għall-bajd, il-ħalib u l-għasel. (6) Il-melossikan u t-tilmikosin għandhom jiddaħħlu fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90; (7) Għandu jitħalla perjodu adegwat taż-żmien qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu kull aġġustament li jista' jkun meħtieġ għall-awtorizzazzjonijiet sabiex jitqiegħdu fis-suq il-prodotti mediċinali veterinarji interessati liema awtorizzazzjonijiet ikunu ngħataw b'mod konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 81/851/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/37/KE [4], sabiex jitqiesu d-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament; (8) Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Prodotti Mediċinali Veterinarji, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Anness I mar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 huwa hawnhekk emendat kif iddikjarat fl-Anness ma' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jibda japplika mis-60 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Ġunju 2001. Għall-Kummissjoni Erkki Liikanen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, pġ. 1. [2] ĠU L 118, tas-27.4.2001, pġ. 6. [3] ĠU L 317, tas-6.11.1981, pġ. 1. [4] ĠU L 139, ta’ l-10.6.2000, pġ. 25. -------------------------------------------------- ANNESS A. L-Anness I mar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 huwa emendat kif ġej: 1. L-aġenti kontra l-infezzjonijiet 1.2. L-antibijotiċi 1.2.4. Il-makrolidi "Is-sustanza farmakoloġikament attiva | Marker Residue | L-ispeċi ta'l-annimali | L-MRLijiet | Target tissue | Disposizzjonijiet oħra | It-tilmikosin | It-tilmikosin | Id-dundjan | 75 μg/kg | Il-muskolu | | 75 μg/kg | Il-ġilda u x-xaħam | | 1000 μg/kg | Il-fwied | | 250 μg/kg | Il-kliewi" | | 4. L-aġenti kontra l-infjammazzjonijiet 4.1. L-aġenti mhux sterojdali kontra l-infjammazzjonijiet 4.1.4. Id-derivattivi ta' l-ossikam "Is-sustanza farmakoloġikament attiva | Marker residue | L-ispeċji ta'l-annimali | L-MRLijiet | Target tissue | Disposizzjonijiet oħra | Il-melossikan | Il-melossikan | Il-porċini | 20 μg/kg | Il-muskolu | | 65 μg/kg | Il-fwied | | 65 μg/kg | Il-kliewi" | | --------------------------------------------------